Ebrej 6:1-20

6  Għaldaqstant, issa li tlaqna d-​duttrina elementari+ dwar il-​Kristu,+ ħa nirsistu lejn il-​maturità,+ u ma nerġgħux inqiegħdu l-​pedament,+ jiġifieri, l-​indiema minn għemejjel mejtin,+ u l-​fidi f’Alla,+  it-tagħlim fuq il-​magħmudijiet+ u t-​tqegħid taʼ l-​idejn,+ l-​irxoxt tal-​mejtin+ u l-​ġudizzju taʼ dejjem.+  U dan nagħmluh, jekk Alla jippermetti.+  Hu impossibbli għal dawk li kienu mdawlin darba għal dejjem,+ u li daqu l-​għotja b’xejn tas-​sema,+ u li kellhom sehem mill-​ispirtu qaddis,+  u li daqu+ l-​kelma eċċellenti t’Alla u l-​qawwiet tas-​sistema li ġejja,+  imma li jkunu tbiegħdu,+ li dawn jerġgħu jitqanqlu għall-​indiema,+ għax huma stess jerġgħu jsammru maʼ zokk lill-​Iben t’Alla u jesponuh għall-​għajb quddiem kulħadd.+  Per eżempju, l-​art li tixrob ix-​xita li spiss taqaʼ fuqha, u li mbagħad tnibbet ħaxix tajjeb lil dawk li tiġi kultivata għalihom,+ tirċievi bi ħlas barka mingħand Alla.  Imma jekk tipproduċi xewk u għollieq, titwarrab u tkun waslet biex tinsteħet;+ u tispiċċa maħruqa.+  Madankollu, fil-​każ tagħkom, maħbubin, aħna konvinti minn affarijiet aħjar u affarijiet li jwasslu għas-​salvazzjoni, għalkemm qed nitkellmu b’dan il-​mod. 10  Għax Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu,+ peress li qdejtu lill-​qaddisin+ u għadkom taqduhom. 11  Imma aħna nixtiequ li kull wieħed minnkom juri l-​istess bżulija sabiex ikollu fiduċja sħiħa+ fit-​tama+ sat-​tmiem,+ 12  biex ma titgħażżnux,+ imma timitaw+ lil dawk li bil-​fidi u l-​paċenzja jirtu l-​wegħdi.+ 13  Għax meta Alla għamel il-​wegħda tiegħu lil Abraham,+ billi ma setax jaħlef b’xi ħadd akbar minnu, ħalef+ bih innifsu 14  u qal: “Żgur li nbierkek bil-​kbir, u nkattrek bl-​abbundanza.”+ 15  U b’hekk, wara li wera l-​paċenzja, Abraham kiseb din il-​wegħda.+ 16  Għax il-​bnedmin jaħilfu b’min hu akbar minnhom,+ u l-​ħalfa tagħhom hi t-​tmiem taʼ kull kwistjoni, għax għalihom hi garanzija legali.+ 17  B’dan il-​mod, Alla, meta ried juri b’mod iktar abbundanti lill-​werrieta+ tal-​wegħda kemm l-​iskop tiegħu ma jinbidilx,+ ikkonferma dan b’ħalfa, 18  sabiex, b’żewġ affarijiet li ma jinbidlux u li hu impossibbli li Alla jigdeb dwarhom,+ aħna, li ħrabna lejn il-​kenn, ikollna inkuraġġiment qawwi biex naqbdu mat-​tama+ mqiegħda quddiemna. 19  Din it-​tama+ li għandna hi bħal ankra għal ruħna, żgura u soda, u tidħol ’il ġewwa mill-​purtiera,+ 20  fejn qabilna daħal għan-​nom tagħna dak li ħejjielna t-​triq,+ Ġesù, li sar qassis il-​kbir għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.+

Noti taʼ taħt