Ebrej 4:1-16

4  Għalhekk, la baqaʼ l-​wegħda taʼ dħul fil-​mistrieħ tiegħu,+ ara li ma jmurx xi darba xi ħadd minnkom jidher li naqas minnha.+  Għax aħna kellna l-​aħbar tajba mxandra lilna wkoll,+ saħansitra bħalma kellhom huma;+ imma l-​kelma li semgħu ma switilhomx taʼ ġid,+ għax ma kellhomx l-​istess fidi+ bħal dawk li semgħu.+  Għax aħna li eżerċitajna l-​fidi nidħlu fil-​mistrieħ, bħalma qal: “Għalhekk, ħlift+ fir-​rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-​mistrieħ tiegħi,’”+ għalkemm l-​għemejjel tiegħu tlestew+ sa mit-​tisjis tad-​dinja.+  Għax f’post wieħed qal dwar is-​sebaʼ jum dan li ġej: “U Alla straħ fis-​sebaʼ jum mill-​għemejjel kollha tiegħu,”+  u jerġaʼ f’dan il-​post qal: “Ma jidħlux fil-​mistrieħ tiegħi.”+  Għalhekk, peress li għad hemm l-​iskop li xi wħud jidħlu fih, u dawk li kienu l-​ewwel li xxandritilhom l-​aħbar tajba+ ma daħlux minħabba d-​diżubbidjenza,+  hu jerġaʼ jistabbilixxi ċertu jum billi, wara żmien daqshekk twil, fis-​salm taʼ David jgħid “Illum”; bħalma ntqal hawn fuq: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom.”+  Għax kieku Ġożwè+ daħħalhom f’post taʼ mistrieħ,+ Alla ma kienx iktar tard jitkellem+ dwar jum ieħor.  Għalhekk, baqaʼ mistrieħ tas-​Sabat* għan-​nies t’Alla.+ 10  Għax il-​bniedem li daħal fil-​mistrieħ+ t’Alla wkoll straħ mill-​għemejjel tiegħu stess,+ bħalma Alla straħ minn tiegħu. 11  Għalhekk, ħa nagħmlu l-​almu tagħna biex nidħlu f’dak il-​mistrieħ, li ma jmurx xi ħadd jaqaʼ fl-​istess mudell taʼ diżubbidjenza.+ 12  Għax il-​kelma+ t’Alla hi ħajja+ u qawwija+ u taqtaʼ iktar minn sejf b’żewġt ixfar+ u tinfed tant li tifred ir-​ruħ+ u l-​ispirtu,+ u l-​ġogi u l-​mudullun tagħhom, u tistaʼ tagħraf il-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.+ 13  U m’hemm l-​ebda ħolqien li hu moħbi quddiemu,+ imma kollox hu għeri u mikxuf beraħ quddiem dak li rridu nagħtuh kont.+ 14  Għalhekk, ladarba għandna qassis il-​kbir grandjuż li għadda mis-​smewwiet,+ Ġesù l-​Iben t’Alla,+ ħa nżommu sod u nibqgħu nistqarruh.+ 15  Għax bħala qassis il-​kbir m’għandniex wieħed li ma jistax jagħder+ id-​dgħjufijiet tagħna, imma wieħed li ġie provat fl-​aspetti kollha bħalna, imma baqaʼ mingħajr dnub.+ 16  Għalhekk, ħa nersqu+ bil-​libertà tal-​kelma+ lejn it-​tron tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa, sabiex insibu ħniena u qalb tajba mhix mistħoqqa għall-​għajnuna f’waqtha.+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.