Ebrej 3:1-19

3  Għaldaqstant, aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-​sejħa tas-​sema,+ irriflettu dwar l-​appostlu+ u l-​qassis il-​kbir li nistqarru+—Ġesù.  Hu kien leali+ lejn Dak li ħatru, bħalma kien ukoll Mosè+ fid-​dar kollha Tiegħu.+  Għax hu meqjus denju taʼ iktar glorja+ minn Mosè, billi min+ jibni dar għandu iktar unur mid-​dar li jkun bena.+  Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.+  U Mosè, bħala qaddej,+ wera fedeltà fid-​dar+ kollha Tiegħu bħala xiehda taʼ dak li kellu jingħad wara,+  imma Kristu, bħala Iben,+ kien leali fuq id-​dar Tiegħu. Aħna d-​dar Tiegħu,+ jekk inżommu sod sat-​tmiem il-​libertà tal-​kelma u l-​ftaħir bit-​tama tagħna.+  Għalhekk, bħalma jgħid l-​ispirtu qaddis:+ “Jekk illum tisimgħu leħnu,+  twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa,+ bħal dakinhar tal-​prova+ fix-​xagħri,+  li fih missirijietkom għaddewni minn prova, għalkemm raw l-​għemejjel tiegħi+ għal erbgħin sena sħaħ.+ 10  Minħabba dan ħassejtni diżgustat b’din il-​ġenerazzjoni u għedt, ‘Dejjem jiżvijaw fi qlubhom,+ u ma sarux jafu triqati.’+ 11  Għalhekk, ħlift fir-​rabja tiegħi, ‘Ma jidħlux+ fil-​mistrieħ tiegħi.’”+ 12  Attenti, ħuti, li ma tmurx tiżviluppa f’xi ħadd minnkom qalb mill-​agħar li tkun nieqsa mill-​fidi u titbiegħdu mill-​Alla l-​ħaj;+ 13  imma ibqgħu ħeġġu+ lil xulxin kull jum, sakemm dan jistaʼ jissejjaħ “Illum,”+ li ma jmurx xi ħadd minnkom jitwebbes bil-​qawwa qarrieqa+ tad-​dnub. 14  Għax, fil-​fatt, ikollna sehem fil-​Kristu+ jekk biss inżommu sod sat-​tmiem il-​fiduċja li kellna fil-​bidu,+ 15  waqt li qed jingħad: “Jekk illum tisimgħu leħnu,+ twebbsux qlubkom bħal dakinhar li tqanqlet rabja ħarxa.”+ 16  Għax min kienu dawk li semgħu u madankollu qanqlu rabja ħarxa?+ Fil-​fatt, mhux dawk kollha li ħarġu mill-​Eġittu taħt Mosè għamlu hekk?+ 17  Ukoll, Alla b’min ħassu diżgustat għal erbgħin sena sħaħ?+ Ma kienx b’dawk li dinbu, li l-​iġsma mejtin tagħhom waqgħu fix-​xagħri?+ 18  Imma lil min ħalef+ li ma jidħlux fil-​mistrieħ tiegħu ħlief lil dawk li m’obdewhx?+ 19  Hekk naraw li ma setgħux jidħlu minħabba n-​nuqqas taʼ fidi.+

Noti taʼ taħt