Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ebrej 2:1-18

2  Huwa għalhekk li għandna bżonn noqogħdu attenti iktar mis-soltu għal dak li smajna,+ biex qatt ma ninġarru mal-kurrent.+  Għax jekk il-kelma li ntqalet permezz taʼ l-anġli+ wriet ċar li kienet soda, u kull ksur tal-liġi u att diżubbidjenti ħa l-ħlas li kien ħaqqu fi qbil mal-ġustizzja,+  kif se neħilsu+ jekk inkunu ttraskurajna+ salvazzjoni kbira+ bħal din li bdiet tintqal permezz tal-Mulej tagħna+ u ġiet verifikata+ għalina minn dawk li semgħuh,  waqt li Alla ngħaqad magħhom billi xehed b’sinjali kif ukoll b’għeġubijiet u b’diversi għemejjel setgħanin+ u bit-tqassim+ taʼ l-ispirtu qaddis skond ir-rieda tiegħu?+  Għax ma kienx għall-anġli li ssuġġetta l-art abitata li ġejja+ u li dwarha qed nitkellmu.  Imma xi mkien ċertu xhud darba kiteb: “X’inhu l-bniedem biex iżżommu f’moħħok,+ jew bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?+  Int għamiltu ftit inqas mill-anġli; bi glorja u unur inkurunajtu,+ u ħtartu fuq għemil idejk.+  Kollox issuġġettajt taħt saqajh.”+ Għax meta ssuġġetta kollox għalih,+ Alla ma ħalla xejn li mhux suġġettat għalih.+ Iżda issa għadna m’aħniex qed naraw kollox suġġettat għalih;+  imma naraw lil Ġesù, li ntgħamel ftit inqas mill-anġli,+ inkurunat bi glorja+ u unur talli bata l-mewt,+ biex bil-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla jduq il-mewt għal kull bniedem.+ 10  Għax kien xieraq li dak li kollox hu għalih+ u kollox hu permezz tiegħu, biex iġib lil ħafna wlied għall-glorja,+ jagħmel perfett lill-Aġent Ewlieni+ tas-salvazzjoni tagħhom permezz tas-sofferenzi.+ 11  Għax kemm dak li qed iqaddes u kemm dawk li qed jitqaddsu+ ġejjin ilkoll minn wieħed,+ u għal din ir-raġuni ma jistħix isejħilhom “ħuti,”+ 12  bħalma jgħid: “Se nxandar ismek lil ħuti; f’nofs il-kongregazzjoni se nfaħħrek bl-għanjiet.”+ 13  U jerġaʼ: “Inpoġġi l-fiduċja tiegħi fih.”+ U jerġaʼ: “Ara! Jien u l-ulied żgħar li tani Ġeħova.”+ 14  Għalhekk, ladarba l-“ulied żgħar” għandhom sehem mid-demm u l-laħam, hu wkoll sar tad-demm u l-laħam,+ biex b’mewtu+ jġib fix-xejn+ lil dak li jistaʼ jikkaġuna l-mewt,+ jiġifieri, ix-Xitan,+ 15  u jeħles+ lil dawk kollha li minħabba l-biżaʼ mill-mewt+ kienu suġġettati għall-jasar ħajjithom kollha.+ 16  Għax, fil-fatt, mhux lill-anġli qed jgħin, imma qed jgħin lil nisel Abraham.+ 17  Għaldaqstant kellu jsir bħal ħutu f’kollox,+ biex isir qassis il-kbir ħanin u leali fis-servizz lil Alla,+ sabiex joffri sagrifiċċju propizjatorju*+ għad-dnubiet tan-nies.+ 18  Għax billi hu stess sofra meta kien provat,+ jistaʼ jidħol għal dawk li qed jiġu provati.+

Noti taʼ taħt

Ara Rum 3:25, in-nota taʼ taħt.