Ebrej 13:1-25

13  Komplu uru mħabbitkom lejn l-​aħwa.+  Tinsewx l-​ospitalità,+ għax permezz tagħha xi wħud, bla ma kienu jafu, laqgħu għandhom lill-​anġli.+  Żommu f’moħħkom lil dawk li qegħdin marbutin fil-​ħabs+ bħallikieku kontu marbutin magħhom,+ u lil dawk li qed jiġu trattati ħażin,+ ladarba intom ukoll għadkom fil-​ġisem.  Ħa jkun iż-​żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-​sodda taż-​żwieġ bla tinġis,+ għax Alla jiġġudika liż-​żienja u lill-​adulteri.+  Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus,+ waqt li tkunu kuntenti+ b’dak li għandkom fil-​preżent.+ Għax hu qal: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.”+  B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ+ u ngħidu: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?”+  Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom+ u li ħabbrulkom il-​kelma t’Alla, u imitaw+ il-​fidi tagħhom,+ waqt li tosservaw bir-​reqqa r-​riżultat tal-​kondotta tagħhom.  Ġesù Kristu hu l-​istess il-​bieraħ u llum, u għal dejjem.+  Tinġarrux minn tagħlim differenti u barrani;+ għax ikun aħjar għall-​qalb li tiġi ssodata bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ milli bl-​affarijiet taʼ l-​ikel,+ li ma kinux taʼ benefiċċju għal dawk li jokkupaw ruħhom bihom. 10  Għandna artal li minnu dawk li jagħtu servizz sagru fit-​tinda m’għandhomx awtorità jieklu.+ 11  Għax l-​iġsma taʼ dawk l-​annimali li demmhom jittieħed fil-​post qaddis mill-​qassis il-​kbir għad-​dnub jinħarqu barra l-​kamp.+ 12  Għaldaqstant, sabiex iqaddes+ lill-​poplu b’demmu stess,+ Ġesù wkoll sofra ’l barra minn bieb il-​belt.+ 13  Għalhekk, ħa noħorġu lejh ’il barra mill-​kamp, u nġorru t-​tmaqdir li ġarr hu,+ 14  għax hawnhekk m’għandniex belt li tibqaʼ,+ imma qed infittxu bil-​ħeġġa dik li ġejja.+ 15  Permezz tiegħu, ħa noffru dejjem sagrifiċċju taʼ tifħir lil Alla,+ jiġifieri, il-​frott tax-​xofftejn+ li jistqarru ismu pubblikament.+ 16  Iktar minn hekk, tinsewx tagħmlu l-​ġid+ u taqsmu m’oħrajn, għax sagrifiċċji bħal dawn jogħġbu ħafna lil Alla.+ 17  Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom+ u kunu sottomessi lejhom,+ għax huma qed jgħassulkom ruħkom bħala dawk li għad iridu jagħtu kont;+ sabiex dan jagħmluh bil-​ferħ u mhux bit-​tnehid, għax inkella jkun taʼ ħsara għalikom.+ 18  Ibqgħu itolbu+ għalina, għax aħna fiduċjużi li għandna kuxjenza onesta, peress li nixtiequ nġibu ruħna bl-​onestà f’kollox.+ 19  Imma speċjalment inħeġġiġkom li titolbu, sabiex nerġaʼ ningħatalkom iktar malajr.+ 20  Issa l-​Alla tal-​paċi,+ li bid-​demm taʼ patt taʼ dejjem+ qajjem mill-​imwiet+ lir-​ragħaj il-​kbir+ tan-​nagħaġ,+ il-​Mulej tagħna Ġesù, 21  jarmakom b’kull ħaġa tajba biex tagħmlu r-​rieda tiegħu, u, permezz taʼ Ġesù Kristu, iwettaq fina dak li jogħġbu;+ lilu tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen. 22  Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex taċċettaw din il-​kelma taʼ inkuraġġiment, għax, tabilħaqq, ktibtilkom ittra bi ftit kliem.+ 23  Kunu afu li ħuna Timotju+ nħeles, u, jekk jiġi malajr, narakom miegħu. 24  Selluli għal dawk kollha li qed imexxu+ fostkom u għall-​qaddisin kollha. Dawk li qegħdin l-​Italja+ jsellu għalikom. 25  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tkun magħkom ilkoll.

Noti taʼ taħt