Ebrej 12:1-29

12  Għalhekk, mela, peress li aħna mdawrin bi sħaba hekk kbira taʼ xhieda,+ ħa nneħħu aħna wkoll kull piż+ u dak id-​dnub li faċilment ifixkilna,+ u ħa niġru bis-​sabar+ it-​tiġrija+ li tqiegħdet quddiemna,+  waqt li nħarsu fiss lejn Ġesù, l-​Aġent Ewlieni+ u Dak li jipperfezzjona l-​fidi tagħna.+ Għall-​ferħ li tqiegħed quddiemu ssaporta+ z-​zokk tat-​tortura, u ma qiesx l-​għajb, u qagħad bil-​qiegħda fuq il-​lemin tat-​tron t’Alla.+  Tabilħaqq, irriflettu sew dwar dak li ssaporta l-​kliem ostili+ minn dawk li jidinbu kontra l-​interessi tagħhom stess, biex ma tegħjewx u ċċedu f’ruħkom.+  Fit-taqbida tagħkom kontra dak id-​dnub għadkom qatt ma rreżistejtu sad-​demm,+  imma nsejtu għalkollox it-​twiddib li hu indirizzat lilkom bħala wlied:+ “Ibni, iċċekkinx id-​dixxiplina mingħand Ġeħova, u taqtax qalbek meta jikkoreġik;+  għax Ġeħova jiddixxiplina lil min iħobb; fil-​fatt, isawwat lil kulmin jilqaʼ bħala ibnu.”+  Qed tissaportu minħabba d-​dixxiplina.+ Alla qed jittrattakom taʼ wlied.+ Għax liema iben ma jiġix dixxiplinat minn missieru?+  Imma jekk ma tiħdux id-​dixxiplina li kulħadd jieħu minnha, intom fil-​fatt tkunu tfal illeġittimi,+ u mhux ulied.  Iktar minn hekk, kellna missirijiet li kienu tal-​laħam bħalna biex jiddixxiplinawna,+ u konna nirrispettawhom. M’għandniex għalhekk iktar u iktar nissottomettu ruħna lejn il-​Missier tal-​ħajja spiritwali tagħna u ngħixu?+ 10  Għax għal ftit żmien huma kienu jiddixxiplinawna kif kien jidhrilhom li hu tajjeb,+ imma hu jiddixxiplinana għall-​ġid tagħna biex ikollna sehem mill-​qdusija tiegħu.+ 11  Veru, fil-​preżent ebda dixxiplina ma tidher li hi taʼ ferħ, imma taʼ niket;+ iżda wara, lil dawk li jkunu tħarrġu biha tagħtihom frott li jġib il-​paċi,+ jiġifieri, is-​sewwa.+ 12  Għaldaqstant iddrittaw l-​idejn merħijin+ u l-​irkopptejn dgħajfin,+ 13  u ibqgħu ddrittaw il-​mogħdijiet għal saqajkom,+ biex il-​partijiet dgħajfin ma jinqalgħux mill-​ġogi, imma minflok, jitfejqu.+ 14  Fittxu li tkunu fil-​paċi man-​nies kollha,+ u li jkollkom il-​qdusija+ li mingħajrha ebda bniedem ma jara lill-​Mulej;+ 15  oqogħdu attenti li ħadd ma jiġi mċaħħad mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ li ebda għerq velenuż+ ma jinbet u joħloq l-​inkwiet u ħafna jitniġġsu bih;+ 16  li ma jkun hemm ebda żieni jew xi ħadd li ma japprezzax l-​affarijiet sagri, bħal Għesaw,+ li għal ikla waħda partat id-​drittijiet tiegħu bħala l-​ewwel imwieled.+ 17  Għax tafu li anki meta mbagħad ried jiret il-​barka+ ġie miċħud,+ u għalkemm fittex bidla fid-​deċiżjoni bil-​ħeġġa u bid-​dmugħ,+ ma sabhiex.+ 18  Għax m’ersaqtux lejn muntanja li tistaʼ tinħass+ u li ġiet imqabbda bin-​nar,+ u lejn sħaba sewda u dalma ħoxna u tempesta,+ 19  u lejn il-​ħoss taʼ trumbetta+ u l-​leħen jitkellem;+ li malli semgħuh in-​nies talbu bil-​ħniena biex ebda kelma oħra ma tintqalilhom.+ 20  Għax ma felħux għall-​kmand: “U jekk xi bhima tmiss il-​muntanja, trid tiġi mħaġġra.”+ 21  Ukoll, ix-​xena tant kienet tal-​biżaʼ li Mosè qal: “Jien beżgħan u qed nirtogħod.”+ 22  Imma rsaqtu lejn il-​Muntanja Sijon+ u l-​belt+ taʼ l-​Alla l-​ħaj, Ġerusalemm tas-​sema,+ u lejn mirjadi* t’anġli+ 23  miġburin f’assemblea ġenerali,+ u lejn il-​kongregazzjoni taʼ l-​ewwel imweldin+ li ġew miktubin+ fis-​smewwiet, u lejn Alla, l-​Imħallef taʼ kulħadd,+ u lejn il-​ħajjiet spiritwali+ tal-​ġusti li ntgħamlu perfetti,+ 24  u lejn Ġesù, il-​medjatur+ taʼ patt ġdid,+ u lejn id-​demm tat-​traxxix,+ li jitkellem aħjar minn demm Abel.+ 25  Araw li ma ġġibux skużi quddiem dak li qed jitkellem.+ Għax jekk ma ħelsuhiex dawk li ġabu l-​iskużi quddiem dak li kien qed jagħti twissija divina fuq l-​art,+ kemm iktar ma neħilsuhiex aħna jekk nagħtu daharna lil dak li jitkellem mis-​smewwiet.+ 26  Dak iż-​żmien leħnu heżżeż l-​art,+ imma issa wiegħed u qal: “Għal darb’oħra nheżżeż mhux biss l-​art imma wkoll is-​sema.”+ 27  Issa l-​espressjoni “Għal darb’oħra” tindika t-​tneħħija taʼ l-​affarijiet li qed jitheżżu, jiġifieri, l-​affarijiet li ntgħamlu,+ sabiex jibqgħu l-​affarijiet li mhux qed jitheżżu.+ 28  Għalhekk, ladarba se nirċievu saltna li ma tistax titheżżeż,+ ħa nkomplu ngawdu l-​qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu nagħtu servizz sagru lil Alla b’mod aċċettabbli, bil-​biżaʼ t’Alla u b’rispett profond.+  29  Għax Alla tagħna hu wkoll nar li jeqred.+

Noti taʼ taħt

Jew, “għaxriet t’eluf.”