Ebrej 11:1-40

11  Il-fidi+ hi l-​istennija garantita t’affarijiet li nittamaw+ għalihom, it-​turija evidenti taʼ realtajiet li ma jidhrux.+  Għax permezz taʼ dan, in-​nies tal-​qedem ngħataw xiehda.+  Bil-fidi nintebħu li s-​sistemi+ tpoġġew fl-​ordni bil-​kelma t’Alla,+ u b’hekk dak li jidher ġie minn affarijiet li ma jidhrux.+  Bil-fidi Abel offra lil Alla sagrifiċċju aħjar minn taʼ Kajjin,+ u b’din il-​fidi ngħata xiehda li kien raġel sewwa, għax Alla xehed+ rigward l-​għotjiet tiegħu; u permezz tagħha, għalkemm miet, għadu jitkellem.+  Bil-fidi Enok+ ġie trasferit biex ma jarax il-​mewt, u ma nstab imkien għax Alla kien ittrasferieh;+ imma qabel ma ġie trasferit kellu x-​xiehda li kien għoġob sew lil Alla.+  Iktar minn hekk, mingħajr fidi+ impossibbli li togħġbu sew,+ għax min jersaq lejn Alla jrid jemmen li hu jeżisti+ u li jippremja+ lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.+  Bil-fidi Noè,+ wara li ngħata twissija divina dwar affarijiet li kienu għadhom ma dehrux,+ wera l-​biżaʼ t’Alla u bena arka+ biex isalva lin-​nies taʼ daru; u permezz taʼ din il-​fidi kkundanna lid-​dinja,+ u sar werriet tal-​ġustizzja+ li tiġi permezz tal-​fidi.  Bil-fidi Abraham,+ meta kien imsejjaħ, obda u mar f’post li kellu jirċivih bħala wirt; u mar, għalkemm ma kienx jaf fejn kien sejjer.+  Bil-fidi għex bħala barrani fl-​art tal-​wegħda bħallikieku f’art barranija,+ u għex fit-​tined+ maʼ Iżakk+ u Ġakobb,+ li kienu werrieta miegħu taʼ l-​istess wegħda.+ 10  Għax kien qed jistenna l-​belt+ li għandha sisien taʼ veru, li l-​bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.+ 11  Bil-fidi wkoll Sara+ rċiviet qawwa biex toħroġ tqila b’nisel,* saħansitra meta kienet għaddiet l-​età li jkollha t-​tfal,+ peress li qisitu leali* lil dak li għamel il-​wegħda.+ 12  Għaldaqstant ukoll minn raġel wieħed,+ kważi mejjet,+ twieldu wlied daqs il-​kwiekeb tas-​sema fil-​kotra u bla għadd daqs ir-​ramel f’xatt il-​baħar.+ 13  Dawn kollha mietu waqt li żammew il-​fidi,+ għalkemm ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħdi,+ imma rawhom mill-​bogħod+ u laqgħuhom u stqarrew pubblikament li kienu stranġieri u residenti temporanji f’dik l-​art.+ 14  Għax dawk li jgħidu dan juru bil-​provi li qed ifittxu bil-​ħeġġa post għalihom infushom.+ 15  Iżda, kieku tabilħaqq baqgħu jiftakru dak il-​post li minnu kienu telqu,+ kien ikollhom opportunità jerġgħu lura.+ 16  Imma issa qed jirsistu għal post aħjar, jiġifieri, wieħed tas-​sema.+ Għalhekk, Alla ma jistħix minħabba fihom, li jissejjaħ Alla tagħhom,+ għax ħejja belt+ għalihom. 17  Bil-fidi Abraham, meta ġie provat,+ kważi offra lil Iżakk, u r-​raġel li bil-​ferħ kien irċieva l-​wegħdi pprova joffri lill-​iben uniġenitu tiegħu,+ 18  għalkemm kien intqallu: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+ 19  Imma qies li Alla setaʼ jqajmu saħansitra mill-​imwiet;+ u minn hemm irċivieh ukoll bħala tixbiha.+ 20  Bil-fidi wkoll Iżakk bierek lil Ġakobb+ u lil Għesaw+ rigward l-​affarijiet li kellhom jiġu. 21  Bil-fidi Ġakobb, meta kien wasal biex imut,+ bierek lil kull wieħed minn ulied Ġużeppi+ u ta qima billi straħ fuq ras il-​bastun tiegħu.+ 22  Bil-fidi Ġużeppi, meta qorob lejn it-​tmiem taʼ ħajtu, semma l-​eżodu+ taʼ wlied Israel; u ta ordni dwar l-​għadam tiegħu.+ 23  Bil-fidi Mosè, wara li twieled,+ ġie moħbi għal tliet xhur mill-​ġenituri tiegħu, għax raw li ċ-​ċkejken kien sabiħ+ u ma beżgħux mill-​ordni+ tas-​sultan. 24  Bil-fidi Mosè, meta kiber,+ ma riedx jissejjaħ bin bint il-​Fargħun,+ 25  imma għażel li jkun trattat ħażin mal-​poplu t’Alla minflok ma jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub, 26  għax qies it-​tmaqdir+ tal-​Kristu bħala rikkezzi akbar mit-​teżori taʼ l-​Eġittu; għax ħares fiss lejn il-​ħlas tal-​premju.+ 27  Bil-fidi telaq mill-​Eġittu+ u ma beżax mir-​rabja tas-​sultan,+ imma baqaʼ sod bħallikieku qed jara lil Dak li hu inviżibbli.+ 28  Bil-fidi ċċelebra l-​Qbiż+ u t-​traxxix tad-​demm,+ biex il-​qerried ma jmissilhomx lill-​ewwel imweldin.+ 29  Bil-fidi għaddew mill-​Baħar l-​Aħmar qisu fuq art niexfa,+ imma malli l-​Eġizzjani ssograw jgħaddu, inbelgħu.+ 30  Bil-fidi ġġarrfu s-​swar taʼ Ġeriko wara li kienu daru magħhom għal sebat ijiem.+ 31  Bil-fidi Raħab+ il-​prostituta ma nqerditx maʼ dawk li kienu diżubbidjenti, għax laqgħet lill-​ispiji bis-​sliem.+ 32  U x’ngħid iktar? Għax qatt ma nispiċċa kieku kelli nkompli nirrakkonta dwar Gidegħon,+ Barak,+ Sansun,+ Ġefta,+ David+ kif ukoll Samwel+ u l-​profeti l-​oħrajn,+ 33  li permezz tal-​fidi għelbu saltniet fil-​ġlied,+ wettqu l-​ġustizzja,+ kisbu l-​wegħdi,+ waqqfu ħalq l-​iljuni,+ 34  irreżistew il-​forza tan-​nar,+ ħelsu minn xifer is-​sejf,+ minn dgħajfin intgħamlu qawwijin,+ saru qalbenin fil-​gwerer,+ ħarbtu l-​armati tal-​barranin.+ 35  Xi nisa rċivew il-​mejtin tagħhom bl-​irxoxt;+ imma nies oħrajn ġew torturati għax ma ridux jaċċettaw il-​ħelsien b’xi fidwa, sabiex jiksbu rxoxt aħjar. 36  Iva, oħrajn irċivew il-​prova tagħhom permezz taʼ żebliħ u swat, tabilħaqq, iktar minn hekk, permezz taʼ rbit+ u ħabsijiet.+ 37  Kienu mħaġġrin,+ kienu provati,+ kienu mħanxrin min-​nofs, mietu+ minfudin bis-​sejf, iġġerrew lebsin il-​ġlud tan-​nagħaġ+ u l-​ġlud tal-​mogħoż, waqt li kienu fil-​bżonn,+ fit-​tribulazzjoni,+ u trattati ħażin;+ 38  u d-​dinja ma kinitx denja tagħhom. Iġġerrew fid-​deżerti u l-​muntanji u l-​għerien+ u l-​grotti taʼ l-​art. 39  Iżda dawn kollha, għalkemm ngħataw xiehda permezz tal-​fidi tagħhom, ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħda,+ 40  għax Alla ra minn qabel xi ħaġa aħjar+ għalina,+ sabiex+ ma jintgħamlux perfetti+ mingħajrna.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “b’żerriegħa.”
Letteralment, “fidil.”