Ebrej 10:1-39

10  Għax ladarba l-​Liġi hi biss dell+ taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu, imma mhux ir-​realtà tagħhom, il-​bnedmin qatt ma jistgħu bl-​istess sagrifiċċji li joffru kontinwament minn sena għall-​oħra jagħmlu perfetti lil dawk li jersqu lejn Alla.+  Għax kieku kien hekk, ma kinux huma jieqfu joffru s-​sagrifiċċji, peress li dawk li qed jagħtu servizz sagru u tnaddfu darba għal dejjem ma kinux ikunu jafu iktar bid-​dnubiet?+  Għall-kuntrarju, b’dawn is-​sagrifiċċji jiġu mfakkrin id-​dnubiet minn sena għall-​oħra,+  għax hu impossibbli li d-​demm tal-​barrin u tal-​mogħoż ineħħi d-​dnubiet.+  Għalhekk, meta jiġi fid-​dinja jgħid: “‘Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx,+ imma ħejjejt ġisem għalija.+  Int m’approvajtx offerti tal-​ħruq sħaħ u offerti għad-​dnub.’+  Imbagħad jien għedt, ‘Ara! Ġejt (fir-romblu tal-​ktieb hemm miktub dwari)+ biex nagħmel ir-​rieda tiegħek, O Alla.’”+  Wara li l-​ewwel jgħid: “Int la ridt u lanqas approvajt sagrifiċċji u offerti u offerti tal-​ħruq sħaħ u offerti għad-​dnub”+—sagrifiċċji li huma offruti skond il-​Liġi+  imbagħad fil-​fatt jgħid: “Ara! Ġejt biex nagħmel ir-​rieda tiegħek.”+ Ineħħi taʼ l-​ewwel biex jistabbilixxi t-​tieni.+ 10  B’din ir-​“rieda”+ tqaddisna+ permezz taʼ l-​offerta+ tal-​ġisem taʼ Ġesù Kristu li saret darba+ għal dejjem. 11  Ukoll, kull qassis jieħu postu+ minn jum għall-​ieħor+ biex jagħti servizz pubbliku u joffri l-​istess sagrifiċċji spiss, għax dawn qatt ma jistgħu jneħħu d-​dnubiet għalkollox.+ 12  Imma dan ir-​raġel offra sagrifiċċju wieħed għad-​dnubiet għal dejjem+ u qagħad bil-​qiegħda fuq il-​leminija t’Alla,+ 13  jistenna, minn dak iż-​żmien ’il quddiem, sakemm l-​għedewwa tiegħu jitqiegħdu bħala banketta għal saqajh.+ 14  Għax bl-​offerta taʼ sagrifiċċju wieħed+ għamel perfetti+ għal dejjem lil dawk li qed jitqaddsu. 15  Iktar minn hekk, jixhdilna wkoll l-​ispirtu qaddis,+ għax wara li qal: 16  “‘Dan hu l-​patt li nagħmel magħhom wara dak iż-​żmien,’ jgħid Ġeħova. ‘Inqiegħed il-​liġijiet tiegħi fi qlubhom, u niktibhom f’moħħhom,’”+ 17  imbagħad jgħid: “U żgur ma niftakarx iktar dnubiethom u l-​għemejjel tagħhom kontra l-​liġi.”+ 18  Issa meta jkun hemm din il-​maħfra,+ ma jkunx hemm iktar offerta għad-​dnub.+ 19  Għalhekk, ħuti, ladarba għandna l-​qlubija biex nidħlu fit-​triq+ għal ġol-​post qaddis+ bid-​demm taʼ Ġesù, 20  li hu inawgura għalina bħala triq ġdida u ħajja minn ġol-​purtiera,+ jiġifieri, laħmu,+ 21  u ladarba għandna l-​aqwa qassis fuq id-​dar t’Alla,+ 22  ħa nersqu bi qlub sinċieri u b’fiduċja sħiħa u bil-​fidi, wara li qalbna ġiet imnaddfa minn kuxjenza ħażina+ bit-​traxxix u ġisimna maħsul b’ilma nadif.+ 23  Ħa nżommu sod l-​istqarrija pubblika tat-​tama tagħna+ mingħajr ma niddubitaw,+ għax leali*+ hu min wiegħed. 24  U ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu+ għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin,+ 25  u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien,+ bħalma ħaduha drawwa jagħmlu xi wħud, imma ninkuraġġixxu+ lil xulxin, u dan iktar u iktar hekk kif taraw joqrob il-​jum.+ 26  Għax jekk wara li nkunu rċivejna l-​għarfien eżatt dwar il-​verità+ nipprattikaw id-​dnub għax irridu,+ ma jibqaʼ ebda sagrifiċċju għad-​dnubiet,+ 27  imma stennija tal-​biżaʼ tal-​ġudizzju+ u għira taqbad li se teqred lil dawk li jopponu.+ 28  Kulmin ma jkunx ta kas il-​liġi taʼ Mosè jmut bla mogħdrija, bix-​xiehda taʼ tnejn jew tlieta.+ 29  X’kastig+ ferm iktar aħrax taħsbu li jkun jistħoqqlu min jgħaffeġ taħt saqajh+ lill-​Iben t’Alla u jqis id-​demm+ tal-​patt li bih kien imqaddes bħala ordinarju u jiddisprezza bla mistħija l-​ispirtu+ tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa? 30  Għax nafuh lil dak li qal: “Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas”;+ u reġaʼ: “Ġeħova se jiġġudika lill-​poplu tiegħu.”+ 31  Hi ħaġa tal-​biżaʼ li taqaʼ f’idejn l-​Alla l-​ħaj.+ 32  Madankollu, ibqgħu ftakru fiż-​żmien taʼ qabel meta, wara li ġejtu mdawlin,+ issaportejtu taqbida kbira bis-​sofferenzi,+ 33  xi drabi waqt li kontu qed tiġu esposti, bħal f’teatru,+ għaż-​żebliħ u għat-​tribulazzjonijiet, u xi drabi billi sseħibtu maʼ dawk li kienu għaddejjin minn din l-​esperjenza.+ 34  Għax intom esprimejtu simpatija lejn dawk fil-​ħabs kif ukoll issaportejtu bil-​ferħ is-​serq+ taʼ ġidkom, billi tafu li għandkom ġid aħjar u li jibqaʼ.+ 35  Għalhekk, tarmux il-​libertà tal-​kelma+ li għandkom u li għad titħallas bi premju kbir.+ 36  Għax teħtieġu s-​sabar+ sabiex, wara li tkunu għamiltu r-​rieda t’Alla,+ tirċievu t-​twettiq tal-​wegħda.+ 37  Għax “ftit ferm” baqaʼ,+ u “dak li ġej jasal u ma jiddawwarx.”+ 38  “Imma l-​ġust tiegħi jgħix permezz tal-​fidi,”+ u, “jekk jerġaʼ lura minni bil-​biżaʼ, ruħi ma tiħux pjaċir bih.”+ 39  Issa aħna m’aħniex it-​tip li nerġgħu lura bil-​biżaʼ biex ninqerdu,+ imma t-​tip li għandna l-​fidi biex inżommu ruħna ħajja.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “fidil.”