Ebrej 1:1-14

1  Alla, li żmien twil ilu kellem lil missirijietna ħafna drabi+ u b’ħafna modi permezz tal-​profeti,+  fi tmiem dan iż-​żmien+ kellem lilna permezz taʼ Iben,+ li ħatru werriet taʼ kollox,+ u li permezz tiegħu għamel+ is-​sistemi.  Hu r-​riflessjoni tal-​glorja tiegħu+ u r-​rappreżentazzjoni eżatta taʼ l-​istess natura tiegħu,+ u jżomm kollox flimkien bil-​kelma tal-​qawwa tiegħu;+ u wara li għamel purifikazzjoni għal dnubietna+ qagħad bil-​qiegħda fuq il-​leminija+ tal-​Maestà fil-​postijiet għoljin.+  Għalhekk, sar aqwa mill-​anġli,+ tant li wiret isem+ iktar eċċellenti minn tagħhom.  Per eżempju, lil liema wieħed mill-​anġli qatt qallu: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek”?+ U jerġaʼ: “Jien stess insir missieru, u hu stess isir ibni”?+  Imma meta jerġaʼ jġib lill-​Ewwel Imwieled+ tiegħu fuq l-​art abitata, jgħid: “U ħa jmilu quddiemu+ l-​anġli kollha t’Alla.”+  Ukoll, dwar l-​anġli jgħid: “U jagħmel lill-​anġli tiegħu spirti, u lill-​qaddejja pubbliċi tiegħu fjamma tan-​nar.”+  Imma dwar l-​Iben: “Alla hu t-​tron tiegħek għal dejjem+ taʼ dejjem, u x-​xettru taʼ saltnatek+ hu xettru rett.+  Int ħabbejt il-​ġustizzja, u bgħadt il-​ksur tal-​liġi. Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek, dilkek+ biż-​żejt tal-​ferħ iktar minn sħabek.”+ 10  U: “Int fil-​bidu, O Mulej, qegħedt is-​sisien taʼ l-​art, u s-​smewwiet huma għemil idejk.+ 11  Dawn jgħibu, imma int innifsek dejjem se tibqaʼ; u bħal libsa+ lkoll jiqdiemu, 12  u tkebbibhom bħal mantar,+ bħal libsa; u huma jinbidlu, imma int tibqaʼ l-​istess, u sninek qatt ma jispiċċaw.”+ 13  Imma dwar liema wieħed mill-​anġli qatt qal: “Oqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin tiegħi, sakemm inqiegħed l-​għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk”?+ 14  M’humiex ilkoll spirti+ għal servizz pubbliku,+ mibgħutin biex jaqdu lil dawk li se jirtu+ s-​salvazzjoni?

Noti taʼ taħt