Dewteronomju 9:1-29

9  “Ismaʼ, O Israel, illum int se taqsam il-​Ġordan+ biex tidħol u tieħu l-​proprjetà taʼ ġnus akbar u iktar setgħanin minnek,+ bliet kbar u fortifikati sas-​smewwiet,+  nies kbar u twal, ulied l-​Għanakin,+ li int kont taf bihom u li dwarhom int stess smajt jingħad, ‘Min jistaʼ jżomm sod quddiem ulied Għanak?’  U llum int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek se jaqsam quddiemek.+ Hu nar li jeqred.+ Hu se jġibhom fix-​xejn,+ u hu nnifsu se jrażżanhom quddiemek; u int tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom u teqridhom bil-​ħeffa, sewwasew bħalma qallek Ġeħova.+  “Tgħidx dan f’qalbek meta Ġeħova Alla tiegħek iwarrabhom minn quddiemek, ‘Kien minħabba s-​sewwa tiegħi stess li Ġeħova daħħalni f’din l-​art+ biex niħodha f’idejja,’ meta fil-​fatt huwa minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​ġnus li Ġeħova qed ikeċċihom minn quddiemek.+  M’huwiex minħabba s-​sewwa tiegħek+ jew minħabba l-​qalb retta tiegħek+ li se tidħol biex tieħu arthom; fil-​fatt, huwa minħabba l-​ħażen taʼ dawn il-​ġnus li Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek,+ u sabiex iwettaq il-​kelma li Ġeħova ħalef lil missirijietek, Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb.+  U kun af li mhux minħabba s-​sewwa tiegħek li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik din l-​art tajba biex tiħodha f’idejk; għax int poplu rasu iebsa.*+  “Ftakar u tinsiex kif inkorlajt lil Ġeħova Alla tiegħek fix-​xagħri.+ Minn dakinhar li ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu sakemm wasaltu f’dan il-​post intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova.+  Anki fil-​Ħoreb qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja, u b’hekk Ġeħova tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-​xejn.+  Meta tlajt fuq il-​muntanja biex nieħu t-​twavel tal-​ġebel,+ it-​twavel tal-​patt li Ġeħova kien għamel magħkom,+ u bqajt ngħammar fuq il-​muntanja erbgħin jum u erbgħin lejl,+ (la kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,) 10  imbagħad Ġeħova tani ż-​żewġ twavel tal-​ġebel miktubin bis-​sabaʼ t’Alla;+ u fuqhom kien hemm il-​kliem kollu li Ġeħova kien qalilkom fuq il-​muntanja minn ġon-​nar f’jum il-​kongregazzjoni.+ 11  U ġara li fi tmiem l-​erbgħin jum u l-​erbgħin lejl Ġeħova tani ż-​żewġ twavel tal-​ġebel, it-​twavel tal-​patt;+ 12  u Ġeħova qalli, ‘Qum, inżel malajr minn hawnhekk, għaliex in-​nies tiegħek li int ħriġt mill-​Eġittu aġixxew b’mod mill-​agħar.+ Huma malajr warrbu mit-​triq li kkmandajthom dwarha. Għamlu għalihom xbieha minn metall imdewweb.’+ 13  U Ġeħova ssokta jgħidli dan, ‘Ħarist lejn dan il-​poplu u rajt li dan poplu rasu iebsa.+ 14  Ħallini ħa nġibhom fix-​xejn+ u neqred isimhom minn taħt is-​smewwiet,+ u ħa nagħmel lilek ġens iktar setgħan u iktar kotran minnhom.’+ 15  “Imbagħad dort u nżilt minn fuq il-​muntanja, waqt li l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar;+ u ż-​żewġ twavel tal-​patt kienu f’idejja t-​tnejn.+ 16  Imbagħad ħarist, u, ara, kontu dnibtu kontra Ġeħova Alla tagħkom! Għamiltu għoġol minn metall imdewweb.+ Malajr warrabtu mit-​triq li Ġeħova kien ikkmandakom dwarha.+ 17  Imbagħad qbadt iż-​żewġ twavel u waddabthom minn idejja t-​tnejn u farrakthom quddiem għajnejkom.+ 18  U nxtħett fl-​art quddiem Ġeħova, bħall-​ewwel darba, erbgħin jum u erbgħin lejl. La kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,+ minħabba dnubkom kollu li kontu wettaqtu meta għamiltu l-​ħażen f’għajnejn Ġeħova sabiex toffenduh.+ 19  Għax jien bżajt minħabba r-​rabja taħraq li biha Ġeħova kien tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-​xejn.+ Madankollu, Ġeħova semagħni din id-​darba wkoll.+ 20  “Għal Aron, ukoll, Ġeħova tgħaddab tant li ried iġibu fix-​xejn;+ imma jien tlabt bil-​ħerqa+ wkoll għal Aron f’dak iż-​żmien partikulari. 21  U dnubkom li kontu għamiltu, l-​għoġol,+ ħadtu u ħraqtu fin-​nar u farraktu u tħantu sew sakemm sar fin bħat-​trab; imbagħad tfajt it-​trab tiegħu fil-​wied li kien nieżel mill-​muntanja.+ 22  “Ukoll, f’Tabgħera+ u f’Massah+ u f’Kibrot-ħattawa+ intom qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja.+ 23  U meta Ġeħova ħariġkom minn Kades-barnegħa+ u qalilkom, ‘Itilgħu u ħudu f’idejkom l-​art li żgur li se nagħtiha lilkom!’ intom aġixxejtu b’mod ribelluż kontra l-​ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u m’eżerċitajtux il-​fidi+ fih u ma smajtux minn kliemu.+ 24  Intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova+ minn mindu sirt nafkom. 25  “Għalhekk, bqajt mixħut fl-​art quddiem Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl,+ għax jien inxtħett fl-​art għaliex Ġeħova qal li se jġibkom fix-​xejn.+ 26  U bdejt nitlob bil-​ħerqa+ lil Ġeħova u ngħidlu, ‘O Mulej Sovran Ġeħova, teqridx lill-​poplu tiegħek, saħansitra l-​proprjetà privata tiegħek,+ li fdejtu bil-​kobor tiegħek, u li ħriġtu mill-​Eġittu+ b’id b’saħħitha.+ 27  Ftakar fil-​qaddejja tiegħek Abraham, Iżakk, u Ġakobb.+ Tħarisx lejn l-​ebusija taʼ dan il-​poplu u l-​ħażen tagħhom u dnubhom,+ 28  li ma tmurx l-​art+ li ħriġtna minnha tgħid: “Kien għax Ġeħova ma kellux il-​ħila jdaħħalhom fl-​art li kien wegħedhom, u għax kien jobgħodhom li ħariġhom biex joqtolhom fix-​xagħri.”+ 29  Huma għadhom il-​poplu tiegħek u l-​proprjetà privata tiegħek,+ li ħriġt bil-​qawwa kbira tiegħek u bi driegħek maħruġ ’il barra.’+

Noti taʼ taħt

Jew, “għonqu iebes.”