Dewteronomju 7:1-26

7  “Meta Ġeħova Alla tiegħek sa fl-​aħħar idaħħlek fl-​art li sejjer fiha sabiex tiħodha f’idejk,+ iwarrab minn quddiemek ġnus kotrana,+ il-​Ħittin,+ il-​Girgasin,+ l-​Amurrin,+ il-​Kangħanin,+ il-​Pereżin,+ il-​Ħiwwin,+ u l-​Ġebusin,+ sebat iġnus iktar kotrana u iktar setgħana minnek.+  U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u int tegħlibhom.+ Qis li teqridhom.*+ Tagħmel ebda patt magħhom u lanqas tħenn għalihom.+  U titħallatx b’rabta taż-​żwieġ magħhom. Lil bintek tagħtihiex lil ibnu, u lil bintu tiħodhiex għal ibnek.+  Għax hu jbiegħed lil ibnek milli jimxi warajja, u huma jaqdu lil allat oħrajn;+ u r-​rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jġibek fix-​xejn minnufih.+  “Mill-​banda l-​oħra, dan għandkom tagħmlulhom: L-​artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom,+ u l-​pilastri sagri tagħhom għandkom tkissruhom,+ u l-​arbli sagri tagħhom+ għandkom tqaċċtuhom,+ u x-​xbihat minquxin tagħhom għandkom taħarquhom fin-​nar.+  Għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Lilek għażel Ġeħova Alla tiegħek biex issir il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali, mill-​popli kollha li hemm fuq wiċċ l-​art.+  “Ma kienx għaliex kontu l-​iktar kotrana mill-​popli kollha li Ġeħova wera affezzjoni lejkom, u b’hekk għażilkom,+ għax intom kontu l-​inqas mill-​popli kollha.+  Imma kien għaliex Ġeħova ħabbkom,+ u għax ried iħares il-​ħalfa li kien ħalef lil missirijietkom,+ li Ġeħova ħariġkom b’id b’saħħitha,+ sabiex jifdik minn dar l-​ilsiera,+ minn id il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu.  U int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek hu l-​Alla l-​veru,+ l-​Alla l-​leali,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba fil-​każ taʼ dawk li jħobbuh u dawk li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu għal elf ġenerazzjoni,+ 10  imma jħallas f’wiċċu lil min jobogħdu billi jeqirdu.+ Ma joqgħodx jaħsibha maʼ min jobogħdu; iħallsu f’wiċċu. 11  U int ħares il-​kmandamenti u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed nikkmandak illum billi tagħmilhom.+ 12  “U jrid iseħħ li, peress li intom tkomplu tisimgħu dawn id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji u tħarsuhom u twettquhom,+ Ġeħova Alla tiegħek iħares il-​patt miegħek+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba li dwarha ħalef lil missirijietek.+ 13  U żgur li jħobbok u jbierkek+ u jkattrek+ u jbierek il-​frott taʼ ġufek+ u l-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ il-​qmuħ tiegħek u l-​inbid ġdid tiegħek u ż-​żejt tiegħek, iż-​żgħar tal-​baqar tiegħek u l-​frieħ tan-​nagħaġ tiegħek,+ fuq l-​art li ħalef lil missirijietek li jagħtihielek.+ 14  Issir l-​iktar imbierek mill-​popli kollha.+ Ma jkunx hemm fik raġel jew mara bla nisel, lanqas fost l-​annimali domestiċi tiegħek.+ 15  U Ġeħova jwarrab minnek kull marda; u l-​mard ikrah kollu taʼ l-​Eġittu li taf bih,+ ma jitfgħux fuqek, imma jitfgħu fuq dawk kollha li jobogħduk. 16  U int għandek teqred lill-​popli kollha li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ Għajnejk m’għandhomx jitħassruhom;+ u taqdix lill-​allat tagħhom,+ għaliex din tkun nassa għalik.+ 17  “Jekk tgħid f’qalbek, ‘Dawn il-​ġnus huma kotrana wisq għalija. Kif se jkolli l-​ħila nkeċċihom?’+ 18  tibżax minnhom.+ Qis li tiftakar dak li Ġeħova Alla tiegħek għamel lill-​Fargħun u lill-​Eġittu kollu,+ 19  il-provi kbar li raw għajnejk,+ u s-​sinjali u l-​mirakli+ u l-​id b’saħħitha+ u d-​driegħ maħruġ ’il barra+ li bihom ħarġek Ġeħova Alla tiegħek.+ Hekk se jagħmlilhom Ġeħova Alla tiegħek lill-​popli kollha li qed tibżaʼ minnhom.+ 20  U Ġeħova Alla tiegħek se jġegħelhom iħossuhom skuraġġiti,+ sakemm jgħibu dawk li tħallew+ u li kienu qed jinħbew minn quddiemek. 21  Tinħasadx minħabba fihom, għax Ġeħova Alla tiegħek, Alla kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ qiegħed f’nofsok.+ 22  “U Ġeħova Alla tiegħek se jwarrab lil dawn il-​ġnus minn quddiemek ftit ftit.+ M’intix se titħalla teqridhom malajr, għax inkella joktru kontrik il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ. 23  U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u jħarbathom bi tħarbita kbira, sakemm jinġiebu fix-​xejn.+ 24  U jagħtik f’idek is-​slaten tagħhom,+ u int eqred ismijiethom minn taħt is-​smewwiet.+ Ħadd ma jiqaflek,+ sakemm tkun qridthom għalkollox.+ 25  Ix-xbihat minquxin taʼ l-​allat tagħhom għandkom taħarquhom fin-​nar.+ Tixtieqx il-​fidda u d-​deheb taʼ fuqhom,+ lanqas tiħodhom għalik,+ li ma tinqabadx fin-​nassa bihom;+ għax din hi ħaġa mistkerrha+ għal Ġeħova Alla tiegħek. 26  U ddaħħalx ħaġa mistkerrha f’darek u minħabba f’hekk int issir ħaġa li għandha tinqered bħalha. Għandek titqażżiżha għall-​aħħar u assolutament tistmerrha,+ għaliex hi xi ħaġa li għandha tinqered.+

Noti taʼ taħt

Jew, “tiddedikahom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 26 ukoll.