Dewteronomju 6:1-25

6  “Issa dawn huma l-​kmandamenti, ir-​regolamenti, u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li Ġeħova Alla tagħkom ikkmandani biex ngħallimkom,+ sabiex tagħmluhom fl-​art li se taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom;  sabiex tibżaʼ+ minn Ġeħova Alla tiegħek u tħares l-​istatuti kollha tiegħu u l-​kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak, int u ibnek u bin ibnek,+ il-​jiem kollha taʼ ħajtek, u sabiex ittawwal jiemek.+  Ismaʼ, O Israel, u qis li tagħmilhom,+ sabiex jaħbatlek tajjeb+ u toktor ħafna, sewwasew bħalma wiegħdek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek,+ rigward l-​art li tnixxi ħalib u għasel.  “Ismaʼ, O Israel: Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.+  U ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha+ u b’ruħek kollha+ u bil-​forza kollha tiegħek.+  U dan il-​kliem li qed nikkmandak illum irid ikun f’qalbek;+  u daħħlu sew f’qalb ibnek+ u tkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd+ u meta tqum.  U orbtu bħala sinjal maʼ idek,+ u jservi bħala strixxa fuq ġbinek bejn għajnejk;+  u iktbu fuq il-​koxox tal-​bieb taʼ darek u fuq il-​bibien taʼ beltek.+ 10  “U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek idaħħlek fl-​art li ħalef lil missirijietek Abraham, Iżakk, u Ġakobb li jagħtihielek,+ bliet kbar u sbieħ li ma bnejtx int,+ 11  djar mimlijin bl-​affarijiet tajbin kollha li ma mlejtx int, ġwiebi mħaffrin li ma ħaffirtx int, u għelieqi bid-​dwieli u siġar taż-​żebbuġ li ma ħawwiltx int, u tkun kilt u xbajt,+ 12  oqgħod attent li ma tinsiex+ lil Ġeħova, li ħarġek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera. 13  Minn Ġeħova Alla tiegħek għandek tibżaʼ,+ u lilu għandek taqdi,+ u b’ismu għandek taħlef.+ 14  Timxux wara allat oħrajn, kwalunkwe alla tal-​popli taʼ madwarkom,+ 15  (għax Ġeħova Alla tiegħek f’nofsok hu Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva,)+ li ma tmurx ir-​rabja taʼ Ġeħova Alla tiegħek tixgħel kontrik+ u jeqirdek għalkollox minn fuq wiċċ l-​art.+ 16  “Tgħaddux lil Ġeħova Alla tagħkom minn prova,+ kif għaddejtuh minn prova f’Massah.*+ 17  Għandkom assolutament tħarsu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ u t-​testimonjanzi* tiegħu+ u r-​regolamenti tiegħu+ li kkmandak.+ 18  U agħmel dak li hu sewwa u tajjeb f’għajnejn Ġeħova, sabiex jaħbatlek tajjeb+ u tidħol fl-​art tajba li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietek u tiħodha f’idejk,+ 19  billi twarrab l-​għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek, sewwasew bħalma wiegħed Ġeħova.+ 20  “Jekk ibnek jistaqsik fil-​futur+ u jgħidlek, ‘Xi jfissru t-​testimonjanzi u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li kkmandakom Ġeħova Alla tagħna?’ 21  imbagħad trid tgħid lil ibnek, ‘Aħna konna lsiera tal-​Fargħun fl-​Eġittu, imma Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu b’id b’saħħitha.+ 22  Għalhekk, Ġeħova baqaʼ jagħmel quddiem għajnejna+ sinjali u mirakli,+ kbar u taʼ ħsara, fuq l-​Eġittu, fuq il-​Fargħun, u fuq in-​nies kollha taʼ daru. 23  U ħariġna minn hemmhekk sabiex iġibna hawnhekk biex jagħtina l-​art li dwarha kien ħalef lil missirijietna.+ 24  Għalhekk, Ġeħova kkmandana nħarsu dawn ir-​regolamenti kollha,+ biex dejjem nibżgħu minn Ġeħova Alla tagħna għall-​ġid tagħna,+ sabiex nibqgħu ħajjin bħalma aħna llum.+ 25  U nkunu ġusti+ jekk noqogħdu attenti li nagħmlu dawn il-​kmandamenti kollha quddiem Ġeħova Alla tagħna, sewwasew bħalma kkmandana hu.’+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Għadda minn Prova; Prova.”
Jew, “tfakkiriet.” F’vers 20 ukoll.