Dewteronomju 5:1-33

5  U Mosè sejjaħ lil Israel kollu+ u qalilhom: “Ismaʼ, O Israel, ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li qed inwasslilkom f’widnejkom illum, u tridu titgħallmuhom u toqogħdu attenti li tagħmluhom.+  Ġeħova Alla tagħna għamel patt magħna fil-​Ħoreb.+  Dan il-​patt Ġeħova m’għamlux maʼ missirijietna, imma magħna, dawk kollha minna li aħna ħajjin hawnhekk illum.  Wiċċ imbwiċċ kellimkom Ġeħova fuq il-​muntanja minn ġon-​nar.+  Jien kont qiegħed bejn Ġeħova u bejnkom f’dak iż-​żmien partikulari+ biex ngħidilkom il-​kelma taʼ Ġeħova, (għax intom bżajtu minħabba n-​nar u ma tlajtux fuq il-​muntanja,)+ li kienet tgħid,  “‘Jien Ġeħova Alla tiegħek,+ li ħriġtek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera.+  Ma jkollok qatt allat oħrajn għajri.+  “‘Tagħmilx xi xbieha skolpita,+ kwalunkwe forma+ bħal xi ħaġa li hemm fis-​smewwiet hemm fuq jew fuq l-​art hawn taħt jew fl-​ilmijiet taħt l-​art.  Tmilx quddiemhom u titħajjarx taqdihom,+ għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva,+ li għall-​iżball tal-​missirijiet nikkastiga lill-​ulied, sat-​tielet u r-​rabaʼ ġenerazzjoni, fil-​każ taʼ dawk li jobogħduni;+ 10  imma nuri l-​qalb tajba bl-​imħabba sa l-​elf ġenerazzjoni fil-​każ taʼ dawk li jħobbuni u jħarsu l-​kmandamenti tiegħi.+ 11  “‘Tużax l-​isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin,+ għax Ġeħova ma jħallix bla kastig lil kulmin juża ismu b’mod ħażin.+ 12  “‘Waqt li tħares jum is-​Sabat* biex tqaddsu, sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek,+ 13  għandek taħdem u tagħmel ix-​xogħol kollu tiegħek f’sitt ijiem.+ 14  Imma s-​sebaʼ jum hu Sabat għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol,+ la int, la ibnek, la bintek, la l-​ilsir tiegħek, la l-​ilsira tiegħek, la l-​barri tiegħek, la l-​ħmar tiegħek, la kwalunkwe annimal domestiku tiegħek, u lanqas ir-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,+ sabiex l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek jistrieħu l-​istess bħalek.+ 15  U ftakar li int kont ilsir fl-​art taʼ l-​Eġittu+ u Ġeħova Alla tiegħek ħarġek minn hemmhekk b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra.+ Huwa għalhekk li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak tħares jum is-​Sabat.+ 16  “‘Onora lil missierek u lil ommok,+ sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek; sabiex ittawwal jiemek u jaħbatlek tajjeb+ fuq l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 17  “‘Toqtolx.*+ 18  “‘Lanqas għandek tagħmel adulterju.+ 19  “‘Lanqas għandek tisraq.+ 20  “‘Lanqas għandek tixhed falz kontra għajrek.+ 21  “‘Lanqas għandek tixtieq mart għajrek.+ Lanqas għandek tixxennaq b’egoiżmu għal dar għajrek, għar-​rabaʼ tiegħu, għall-​ilsir tiegħu, għall-​ilsira tiegħu, għall-​barri tiegħu, għall-​ħmar tiegħu, jew għal kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.’+ 22  “Dan il-​Kliem Ġeħova qalu lill-​kongregazzjoni kollha tagħkom fuq il-​muntanja minn ġon-​nar,+ minn ġos-​sħaba u minn ġod-​dalma ħoxna, b’leħen għoli, u ma żied xejn; imbagħad kitbu fuq żewġ twavel tal-​ġebel u tahomli.+ 23  “U ġara li, malli kontu smajtu l-​leħen minn ġod-​dlam, waqt li l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar,+ intom ġejtu ħdejja, il-​kapijiet kollha tat-​tribujiet tagħkom u x-​xjuħ tagħkom. 24  Imbagħad għedtuli, ‘Ara! Ġeħova Alla tagħna wriena l-​glorja tiegħu u l-​kobor tiegħu, u smajna leħnu minn ġon-​nar.+ Illum rajna li Alla jistaʼ jkellem lill-​bniedem, u dan jibqaʼ ħaj.+ 25  U issa għala għandna mmutu? Għax dan in-​nar kbir jistaʼ jeqridna.+ Jekk nerġgħu nisimgħu leħen Ġeħova Alla tagħna darb’oħra, aħna żgur immutu.+ 26  Għax min hemm minn fost il-​bnedmin kollha li semaʼ l-​leħen taʼ l-​Alla l-​ħaj+ jitkellem minn ġon-​nar, bħalma għamilna aħna, u madankollu jibqaʼ ħaj? 27  Int innifsek mur qrib u ismaʼ kulma se jgħid Ġeħova Alla tagħna; u int tkun dak li tgħidilna kulma jgħidlek Ġeħova Alla tagħna,+ u aħna nisimgħuh u nagħmluh.’ 28  “Għalhekk, Ġeħova semaʼ l-​kliem li kontu qed tgħidu meta kellimtuni, u Ġeħova ssokta jgħidli, ‘Smajt il-​kliem li kien qed jgħid dan il-​poplu, li qaluh lilek. Kulma qalu hu tajjeb.+ 29  O li kieku jdaħħluha f’din qalbhom li jibżgħu minni+ u jħarsu l-​kmandamenti tiegħi dejjem,+ sabiex jaħbtilhom tajjeb sew lilhom u sew lil uliedhom għal żmien indefinit!*+ 30  Mur għidilhom: “Morru lura lejn it-​tined tagħkom.” 31  U int oqgħod hawnhekk miegħi, u jien ngħidlek il-​kmandamenti u r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li għandek tgħallimhom+ u li huma jridu jagħmluhom fl-​art li qed nagħtihom biex jiħduha f’idejhom.’ 32  U intom qisu li tagħmlu sewwasew bħalma kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom.+ Iddurux lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug.+ 33  Għandkom timxu fit-​triq kollha li kkmandakom Ġeħova Alla tagħkom,+ sabiex tgħixu u jaħbtilkom tajjeb+ u ttawlu jiemkom fl-​art li se tiħduha f’idejkom.

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Ara Eżo 20:13, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.