Dewteronomju 4:1-49

4  “U issa, O Israel, ismaʼ r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed ngħallimkom tagħmlu, sabiex tgħixu+ u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed jagħtikom Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom.  Iżżidu xejn mal-​kliem li qed nordnalkom, lanqas tnaqqsu minnu,+ sabiex tħarsu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom li qed nordnalkom.  “Għajnejkom stess raw dak li għamel Ġeħova fil-​każ tal-​Bagħal taʼ Pegħor,+ li kull raġel li mexa wara l-​Bagħal taʼ Pegħor, Ġeħova Alla tagħkom qerdu għalkollox minn nofskom.+  Imma intom li bqajtu mqabbdin+ maʼ Ġeħova Alla tagħkom, kollha kemm intom għadkom ħajjin illum.  Ara! Għallimtkom ir-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji,+ sewwasew bħalma kkmandani Ġeħova Alla tiegħi, biex tagħmlu hekk fl-​art li se tiħduha f’idejkom.  U tridu tħarsuhom u tagħmluhom, għaliex b’dan turu li għandkom l-​għerf+ u l-​abbiltà li tifhmu+ quddiem għajnejn il-​popli li se jisimgħu dawn ir-​regolamenti kollha, u żgur li se jgħidu, ‘Dan il-​ġens kbir hu bla dubju poplu li għandu l-​għerf u l-​abbiltà li jifhem.’+  Għax liema ġens kbir+ hemm li għandu l-​allat qribu kif hu Ġeħova Alla tagħna kulmeta nsejħulu?+  U liema ġens kbir hemm li għandu regolamenti u deċiżjonijiet ġudizzjarji ġusti bħal din il-​liġi kollha li qed inpoġġi quddiemkom illum?+  “Biss oqgħod attent għalik innifsek u ħu ħsieb ruħek sew,+ sabiex ma tinsiex l-​affarijiet li rajt b’għajnejk+ u biex ma jitbegħdux minn qalbek il-​jiem kollha taʼ ħajtek;+ u trid tgħarrafhom lil uliedek u lil ulied uliedek,+ 10  l-affarijiet li rajt b’għajnejk fil-​jum li int qgħadt quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-​Ħoreb,+ meta Ġeħova qalli, ‘Iġmagħli n-​nies flimkien ħalli nsemmgħalhom kliemi,+ sabiex jitgħallmu jibżgħu+ minni l-​jiem kollha li jkunu ħajjin fuq l-​art u sabiex jgħallmu lil uliedhom.’+ 11  “Għalhekk, intom ersaqtu qrib u qgħadtu f’riġlejn il-​muntanja, u l-​muntanja kienet qed taqbad bin-​nar sa nofs is-​sema; kien hemm dlam, sħab, u dalma ħoxna.+ 12  U Ġeħova beda jkellimkom minn ġon-​nar.+ Il-​ħoss tal-​kliem smajtuh, imma ma rajtu ebda sura+—xejn ħlief leħen.+ 13  U qalilkom il-​patt tiegħu,+ li kkmandakom twettquh—l-​Għaxar Kelmiet,+ li mbagħad kitibhom fuq żewġ twavel tal-​ġebel.+ 14  U kien lili li Ġeħova kkmanda f’dak iż-​żmien partikulari biex ngħallimkom ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji, ħalli twettquhom fl-​art li se taqsmu biex tiħduha f’idejkom.+ 15  “U ħudu ħsieb sew tagħkom infuskom,+ għaliex ma rajtu ebda sura+ dakinhar li Ġeħova kellimkom fil-​Ħoreb minn ġon-​nar, 16  sabiex ma taġixxux b’mod mill-​agħar+ u ma tagħmlux xi xbieha skolpita, il-​forma taʼ xi simbolu, ir-​rappreżentazzjoni taʼ raġel jew mara,+ 17  ir-rappreżentazzjoni taʼ xi bhima li hemm fuq l-​art,+ ir-​rappreżentazzjoni taʼ xi għasfur bil-​ġwienaħ li jtir fis-​smewwiet,+ 18  ir-rappreżentazzjoni taʼ xi ħaġa li titħarrek fuq l-​art, ir-​rappreżentazzjoni taʼ xi ħuta+ li hemm fl-​ilmijiet taħt l-​art; 19  u biex ma terfax għajnejk lejn is-​smewwiet u tara x-​xemx u l-​qamar u l-​kwiekeb, l-​armata kollha tas-​smewwiet, u titħajjar tmil quddiemhom u taqdihom,+ dawk li Ġeħova Alla tiegħek qassamhom lill-​popli kollha taħt is-​smewwiet kollha.+ 20  Imma intom dawk li Ġeħova ħadkom sabiex joħroġkom mill-​forn tal-​ħadid,+ mill-​Eġittu, biex issiru poplu bħala proprjetà privata tiegħu+ bħalma intom illum. 21  “U Ġeħova tgħaddab għalija minħabba fikom,+ u b’hekk ħalef li m’għandix naqsam il-​Ġordan jew nidħol fl-​art tajba li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.+ 22  Għax jien se mmut f’din l-​art.+ M’iniex se naqsam il-​Ġordan, imma intom se taqsmu, u tridu tieħdu f’idejkom din l-​art tajba. 23  Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma tinsewx il-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li għamel magħkom+ u biex ma tagħmlux għalikom infuskom xbieha skolpita, il-​forma taʼ kwalunkwe ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex ma tagħmilx.+ 24  Għax Ġeħova Alla tiegħek hu nar li jeqred,+ Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.+ 25  “Jekk tnisslu l-​ulied u wlied l-​ulied u jkun ilkom tgħammru għal żmien twil f’din l-​art u taġixxu b’mod mill-​agħar+ u tagħmlu xbieha skolpita,+ forma taʼ kwalunkwe ħaġa, u tagħmlu l-​ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tagħkom+ sabiex toffenduh, 26  jien illum insejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-​art li għaliha se taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+ 27  U Ġeħova jxerridkom fost il-​popli,+ u minnkom jibqaʼ għadd żgħir+ fost il-​ġnus li sejrin fihom meta Ġeħova jkeċċikom. 28  U hemmhekk ikollkom taqdu lil allat,+ xogħol idejn il-​bniedem, injam u ġebel,+ li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, la jieklu, u lanqas ixommu.+ 29  “Jekk tfittxu lil Ġeħova Alla tiegħek minn hemmhekk, żgur li ssibu,+ għaliex tfittxu b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+ 30  Meta tkun f’sitwazzjoni mwiegħra u fi tmiem il-​jiem jiġrilek skond dan il-​kliem kollu, imbagħad ikollok iddur lura lejn Ġeħova Alla tiegħek+ u tismaʼ leħnu.+ 31  Għax Ġeħova Alla tiegħek hu Alla mimli ħniena.+ Mhux se jabbandunak jew jeqirdek jew jinsa l-​patt+ taʼ missirijietek li ħalfilhom. 32  “Issa staqsi, jekk jogħġbok, dwar il-​jiem taʼ l-​imgħoddi+ li seħħew qablek, minn dakinhar li Alla ħalaq il-​bniedem fuq l-​art+ u minn tarf wieħed tas-​smewwiet sat-​tarf l-​ieħor tas-​smewwiet, Ġrat xi ħaġa kbira bħal din jew instemgħet xi ħaġa bħalha?+ 33  Kien hemm xi poplu ieħor li semaʼ leħen Alla jitkellem minn nofs in-​nar kif smajtu int stess, u bqajt ħaj?+ 34  Jew ipprova Alla jiġi biex jieħu ġens għalih innifsu minn fost ġens ieħor bi provi,+ b’sinjali,+ b’mirakli,+ bi gwerra,+ b’id b’saħħitha,+ bi driegħ maħruġ ’il barra,+ u b’biżaʼ kbir+ bħal kulma Ġeħova Alla tagħkom għamel għalikom fl-​Eġittu quddiem għajnejkom? 35  Lilek—lilek intwera, sabiex tkun taf li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru;+ m’hemmx ieħor għajru.+ 36  Mis-smewwiet ġiegħlek tismaʼ leħnu sabiex jikkoreġik; u fuq l-​art ġiegħlek tara n-​nar kbir tiegħu, u smajt kliemu minn ġon-​nar.+ 37  “U madankollu int tibqaʼ ħaj, għaliex hu ħabb lil missirijietek, u b’hekk għażel lil nisilhom warajhom+ u ħarġek mill-​Eġittu bil-​qawwa kbira tiegħu+ u żamm għajnejh fuqek, 38  biex ikeċċi minn quddiemek ġnus akbar u iktar setgħanin minnek, sabiex idaħħlek, ħalli jagħtik l-​art tagħhom bħala wirt bħalma diġà beda jseħħ.+ 39  U llum int taf tajjeb, u f’qalbek trid tiftakar li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt.+ M’hemmx ħliefu.+ 40  U ħares ir-​regolamenti tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak illum, biex dejjem jaħbatlek tajjeb sew lilek+ u sew lil uliedek warajk, u sabiex ittawwal jiemek fuq l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.”+ 41  Dik il-​ħabta Mosè għażel tlett ibliet fin-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx,+ 42  biex jaħrab hemmhekk dak li joqtol lil għajru bla ma jkun jaf kif,+ waqt li ma kienx jobogħdu qabel;+ u jrid jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet u jgħix,+ 43  jiġifieri, Beser+ fix-​xagħri fuq il-​pjanura fl-​għoli għar-​Rubenin, u Ramot+ f’Gilegħad għall-​Gadin, u Golan+ fil-​Basan għall-​Manassin.+ 44  Issa din hi l-​liġi+ li Mosè qiegħed quddiem ulied Israel. 45  Dawn huma t-​testimonjanzi*+ u r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li Mosè kellem dwarhom lil ulied Israel meta ħarġu mill-​Eġittu, 46  ħdejn il-​Ġordan, fil-​wied quddiem Bet-pegħor,+ fl-​art taʼ Siħon, is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon+ u li kien megħlub minn Mosè u wlied Israel meta ħarġu mill-​Eġittu.+ 47  U ħadu f’idejhom artu u l-​art t’Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, iż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin li kienu fir-​reġjun tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx, 48  minn Għarogħer,+ li qiegħda fuq ix-​xatt tal-​wied taʼ l-​Arnon, sal-​Muntanja Sigħon, jiġifieri, il-​Ħermon,+ 49  u l-​Għaraba+ kollha fir-​reġjun tal-​Ġordan lejn il-​lvant, u sal-​baħar taʼ l-​Għaraba+ f’tarf it-​tlajjaʼ tal-​Pisga.+

Noti taʼ taħt

Jew, “tfakkiriet.”