Dewteronomju 33:1-29

33  Issa din hi l-​barka+ li biha Mosè, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ bierek lil ulied Israel qabel ma miet.  U qal:“Ġeħova—ġie mis-​Sinaj,+U leħħ fuqhom mis-​Segħir.+Idda mir-​reġjun muntanjuż tal-​Faran,+U miegħu kien hemm il-​mirjadi* mqaddsa,+Fuq il-​lemin tiegħu l-​gwerriera tagħhom.+   Hu tabilħaqq kien qed jgħożż il-​poplu tiegħu;+Il-​qaddisin kollha tiegħu qegħdin f’idek.+U huma—huma qagħdu bil-​qiegħda ħdejn saqajk;+Bdew jilqgħu ftit minn kliemek.+   (Mosè poġġa liġi bħala kmand fuqna,+Wirt il-​kongregazzjoni taʼ Ġakobb.)+   U Alla kien sultan f’Ġesurun,*+Meta nġabru l-​kapijiet tal-​poplu,+L-​għadd sħiħ tat-​tribujiet taʼ Israel.+   Ħa jgħix Ruben u ma jmutx,+U ħa ma jkunux ftit niesu.”+  U din kienet il-​barka għal Ġuda,+ hekk kif issokta jgħid:“Ismaʼ, O Ġeħova, leħen Ġuda,+U jalla ġġibu għand niesu.Dirgħajh iġġieldu għal dak li hu tiegħu;U jalla tkun t’għajnuna kontra l-​avversarji tiegħu.”+  U dwar Levi qal:+“It-​Tummim tiegħek u l-​Urim+ tiegħek huma tar-​raġel leali lejk,+Li f’Massah lilu int għaddejt minn prova.+Bdejt tiġġieled miegħu ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba,+   Ir-raġel li qal lil missieru u lil ommu, ‘Ma rajtux.’Lanqas lil ħutu ma rrikonoxxa,+U lil uliedu ma kienx jafhom.Għax huma ħarsu dak li għedt int,+U baqgħu josservaw il-​patt tiegħek.+ 10  Ħa jgħallmu lil Ġakobb id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek+U lil Israel il-​liġi tiegħek.+Ħa joffru l-​inċens quddiem imnifsejk+U offerta sħiħa fuq l-​artal tiegħek.+ 11  Bierek, O Ġeħova, l-​enerġija kbira tiegħu,+U jalla tieħu pjaċir b’għemil idejh.+Kisser ġenbejn dawk li jqumu kontrih,+U dawk li tant jobogħduh, sabiex ma jqumux.”+ 12  Dwar Benjamin qal:+“Ħa jgħammar il-​maħbub+ taʼ Ġeħova fis-​sigurtà ħdejh,+Waqt li jipprovdilu kenn il-​jum kollu,+U jrid jgħammar bejn spallejh.”+ 13  U dwar Ġużeppi qal:+“Jalla artu tkun dejjem imbierka minn Ġeħova+Bl-​affarijiet mill-​aqwa tas-​sema, bin-​nida,+U bl-​ilmijiet fondi mifruxin minn taħt,+ 14  U bl-​affarijiet mill-​aqwa, li tipproduċi x-​xemx,+U bl-​affarijiet mill-​aqwa, li jipproduċu x-​xhur qamrin,+ 15  U bl-​aqwanett tal-​muntanji tal-​lvant,+U bl-​affarijiet mill-​aqwa taʼ l-​għoljiet dejjiema, 16  U bl-​affarijiet mill-​aqwa taʼ l-​art u kulma fiha,+U bl-​approvazzjoni taʼ Dak li għammar fl-​għollieqa.+Jalla jinżlu fuq ras Ġużeppi+U fuq il-​qorriegħa taʼ ras il-​magħżul minn fost ħutu.+ 17  Bħall-ewwel imwieled taʼ barri hu ġmielu,+U qrunu l-​qrun taʼ barri salvaġġ.+Bihom jimbotta popli sħaħ+Kollha flimkien sa truf l-​art,U huma l-​għaxriet taʼ l-​eluf t’Efrajm,+U huma l-​eluf taʼ Manasse.” 18  U dwar Żebulun qal:+“Thenna, O Żebulun, fil-​ħruġ tiegħek,+U, Issakar, fit-​tined tiegħek.+ 19  Isejħu lil popli lejn il-​muntanja.Hemmhekk bħala sagrifiċċju joffru s-​sagrifiċċji tas-​sewwa.+Għax jerdgħu l-​ġid kotran taʼ l-​ibħra+U l-​ħażniet moħbijin tar-​ramel.” 20  U dwar Gad qal:+“Imbierek dak li qed iwessaʼ l-​fruntieri taʼ Gad.+Għal iljun jgħammar,+U jċarrat id-​driegħ, iva, il-​qorriegħa tar-​ras.+ 21  U jagħżel l-​ewwel parti għalih,+Għax hemmhekk hu merfugħ sehem min jagħti l-​istatut.+U l-​kapijiet tal-​poplu jinġabru flimkien.Is-​sewwa taʼ Ġeħova se jwettaqU d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu maʼ Israel.” 22  U dwar Dan qal:+“Dan hu ferħ taʼ ljun.+Joħroġ jaqbeż mill-​Basan.”+ 23  U dwar Naftali qal:+“Naftali sodisfatt bl-​approvazzjoniU mimli bil-​barka taʼ Ġeħova.Ħu f’idejk il-​punent u n-​nofsinhar.”+ 24  U dwar Aser qal:+“Imbierek bl-​ulied hu Aser.+Ħa jkun approvat minn ħutu,+U jgħaddas siequ fiż-​żejt.+ 25  Ħadid u ram aħmar huma l-​istaneg tiegħek,+U timxi bil-​kumdità għomrok kollu. 26  M’hemm ħadd bħall-​Alla l-​veru+ taʼ Ġesurun,+Li biex jgħinek jaqsam riekeb is-​sema+U fuq is-​sħab tas-​smewwiet jirkeb fil-​kobor tiegħu.+ 27  Moħba għalik hu l-​Alla taʼ żmien il-​qedem,+U taħtek id-​dirgħajn dejjiema hemm.+U jkeċċi l-​għadu minn quddiemek,+U jgħid, ‘Ġibhom fix-​xejn!’+ 28  U Israel jgħammar fis-​sigurtà,+L-​għajn taʼ Ġakobb għaliha waħedha,+Fuq art taʼ qmuħ u nbid ġdid.+Iva, is-​smewwiet tiegħu joqtru n-​nida.+ 29  Hieni int, O Israel!+Min hemm bħalek,+Poplu li jgawdi s-​salvazzjoni minn Ġeħova,+It-​tarka taʼ l-​għajnuna tiegħek,+U s-​sejf eċċezzjonali tiegħek?+Għalhekk, l-​għedewwa tiegħek jiġu b’rashom baxxuta quddiemek,+U int—int fuq il-​postijiet għoljin tagħhom tirfes.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “għaxriet t’eluf.”
Ara Dt 32:15, in-​nota taʼ taħt.