Dewteronomju 32:1-52

32  “Agħtu widen, O smewwiet, u ħa nitkellem jien;U ħa tismaʼ l-​art dak li jgħid fommi.+   L-istruzzjoni tiegħi traxxax bħax-​xita,+Dak li ngħid jien joqtor bħan-​nida,+Bħal irxiex fuq il-​ħaxix+U bħal ħalbiet spissi tax-​xita fuq il-​ħdura.+   Għax jien se niddikjara l-​isem taʼ Ġeħova.+Irrikonoxxu l-​kobor t’Alla tagħna!+   Il-Blata, perfett għemilu,+Għax triqatu kollha huma ġustizzja.+Alla taʼ fedeltà,+ li miegħu m’hemm ebda inġustizzja;+Ġust u rett hu.+   Huma, min-​naħa tagħhom, aġixxew b’mod mill-​agħar;+M’humiex uliedu, id-​difett hu tagħhom stess.+Ġenerazzjoni mgħawġa u maqluba!+   Għala tibqaʼ tagħmillu hekk lil Ġeħova,+O poplu stupidu u bla għerf?+M’huwiex hu Missierek li ħalqek,+Hu li għamlek u stabbiliek fis-​sod?+   Ftakar f’jiem il-​qedem,+Ikkunsidraw is-​snin taʼ qabel minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni;Staqsi lil missierek, u jgħidlek;+Lix-​xjuħ tiegħek, u jgħidulek.+   Meta l-​Iktar Għoli ta wirt lill-​ġnus,+Meta fired lil ulied Adam minn xulxin,+Hu stabbilixxa l-​fruntiera tal-​popli+Skond l-​għadd taʼ wlied Israel.+   Għax sehem Ġeħova hu l-​poplu tiegħu;+Ġakobb hu s-​sehem li jiret.+ 10  Sabu f’art li hi xagħri,+U f’deżert vojt, b’għajat tal-​waħx.+Hu beda jipproteġih,+ jieħu ħsiebu,+Iħarsu bħall-​mimmi t’għajnejh.+ 11  Bħalma ajkla tqanqal il-​bejta tagħha,Tittajjar fuq il-​frieħ tagħha,+Tifrex ġwinħajha, taqbadhom,Iġġorrhom fuq tarf ġwinħajha,+ 12  Ġeħova waħdu baqaʼ jmexxih,+U ma kien hemm ebda alla barrani flimkien miegħu.+ 13  Rikkbu fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art,+U b’hekk kiel il-​prodott tar-​rabaʼ.+U tah jerdaʼ l-​għasel minn irdum,+U żejt minn blata taż-​żnied;+ 14  Butir mill-​merħla tal-​baqar u ħalib mill-​merħla tan-​nagħaġ+Flimkien max-​xaħam taʼ l-​imtaten,U nagħaġ, ir-​razza tal-​Basan, u bdabad+Flimkien maʼ l-​aqwa tal-​qamħ;+U d-​demm taʼ l-​għeneb bqajt tixrob bħala nbid.+ 15  Meta Ġesurun*+ beda jeħxien, imbagħad ta biż-​żewġ.+—Int ħxint, smint, u mtlejt.+Għalhekk, abbanduna lil Alla li għamlu,+U stkerrah il-​Blata+ tas-​salvazzjoni tiegħu. 16  Bdew iqanqluh għall-​għira*+ b’allat barranin;+B’affarijiet mistkerrhin baqgħu joffenduh.+ 17  Bdew joffru sagrifiċċji lid-​demonji, mhux lil Alla,+Allat li ma kinux jafu bihom,+Allat ġodda li daħlu dan l-​aħħar,+Li missirijietkom ma kinux midħla tagħhom. 18  Il-Blata li nisslek, insejtu,+U ħriġtu minn moħħok lil Alla, Dak li wildek b’uġigħ tal-​ħlas.+ 19  Meta Ġeħova ra dan, imbagħad ma baqax jirrispettahom,+Minħabba d-​dwejjaq li ġabulu wliedu subien u bniet. 20  Għalhekk qal, ‘Ħa naħbi wiċċi minnhom,+Ħa nara x’se jkun tmiemhom wara.Għax huma ġenerazzjoni mħassra,+Ulied li fihom m’hemm ebda fedeltà.+ 21  Huma, min-​naħa tagħhom, qanqluni għall-​għira b’dawk li m’humiex allat;+Dejquni bl-​idoli fiergħa tagħhom;+U jien, min-​naħa tiegħi, se nqanqalhom għall-​għira b’dak li m’huwiex poplu;+B’ġens stupidu se noffendihom.+ 22  Għax nar ġie mkebbes fir-​rabja tiegħi+U se jaqbad sal-​Qabar,* l-​iktar post fil-​baxx,+U se jeqred l-​art u l-​prodott tagħha+U jagħti n-​nar lis-​sisien tal-​muntanji.+ 23  Inżid il-​gwajijiet fuqhom;+Il-​vleġeġ tiegħi naħlihom fuqhom.+ 24  Mifnijin mill-​ġuħ+ ikunu u mikulin mid-​deni qawwi+U mill-​qerda qalila.+U snien il-​bhejjem nibagħtilhom,+Flimkien mal-​velenu tas-​sriep tat-​trab.+ 25  Barra se jċaħħadhom is-​sejf,+U ġewwa l-​biżaʼ,+Kemm miż-​żagħżugħ u kemm mill-​verġni,+Kemm mit-​tarbija tal-​ħalib u kemm mir-​raġel b’xagħru griż.+ 26  Messni għedt: “Inxerridhom,+Ma jibqgħux jissemmew iktar minn bnedmin mortali,”+ 27  Li kieku ma bżajtx miż-​żebliħ taʼ l-​għadu,+Li l-​għedewwa tagħhom jinterpretaw dan ħażin,+U jgħidu: “Idna kienet superjuri,+U ma kienx Ġeħova li wettaq dan kollu.”+ 28  Għax Israel hu ġens nieqes mill-​għaqal,+U fosthom m’hemmx abbiltà li jifhmu.+ 29  O li kienu għorrief!+ Kieku kienu jirriflettu dwar dan.+Kienu jqisu x’se jkun tmiemhom wara.+ 30  Kif jistaʼ xi ħadd jiġri wara elf,U tnejn iġiegħlu għaxart elef jaħarbu?+Li ma kienx għax il-​Blata tagħhom kien biegħhom+U Ġeħova kien telaqhom. 31  (Għax il-​blata tagħhom m’hijiex bħall-​Blata tagħna,+Anki l-​għedewwa tagħna jaslu għal din il-​konklużjoni.)+ 32  Għax id-​dielja tagħhom hi mid-​dielja taʼ SodomaU mir-​rabaʼ mtarraġ taʼ Gomorra.+L-​għeneb tagħhom għeneb velenuż,L-​għenieqed tagħhom morri.+ 33  L-inbid tagħhom hu l-​velenu taʼ sriep kbarU l-​velenu kiefer tal-​kobri.+ 34  M’huwiex dan maħżun għandi,B’siġill imwaħħal miegħu fil-​maħżen tiegħi?+ 35  Il-vendetta hi tiegħi, u t-​tpattija.+Fiż-​żmien stabbilit sieqhom togħtor,+Għax jum id-​diżastru tagħhom hu qrib,+U l-​ġrajjiet li hemm lesti għalihom ġejjin bil-​ħeffa.’+ 36  Għax Ġeħova se jiġġudika lill-​poplu tiegħu+U se jiddispjaċih għall-​qaddejja tiegħu,+Għaliex jara li s-​saħħa għabetU ma fadalx ħlief min hu baxx. 37  U hu jgħid, ‘Fejn huma allathom,+Il-​blata li fittxew il-​kenn fiha,+ 38  Li kienu jieklu x-​xaħam tas-​sagrifiċċji tagħhom,+Jixorbu l-​inbid taʼ l-​offerti tax-​xorb tagħhom?+Ħa jqumu jgħinukom.+Ħa jsiru għalikom post fejn tinħbew.+ 39  Araw issa li jien—jien hu+U m’hemmx allat flimkien miegħi.+Jien nagħti l-​mewt, u jien nagħti l-​ħajja.+Jien nidrob,+ u jien—jien infejjaq,+U m’hemm ħadd li jaħtafli minn idi.+ 40  Għax nerfaʼ idi lejn is-​sema b’ħalfa,+U ngħid: “Daqskemm jien ħaj għal dejjem,”*+ 41  Jekk insinn is-​sejf ileqq tiegħi,+U nieħu f’idi l-​ħaqq,+Irrodd il-​vendetta lill-​avversarji tiegħi+U npattiha lil dawk li tant jobogħduni.+ 42  Insakkar bid-​demm il-​vleġeġ tiegħi,+Waqt li sejfi jiekol il-​laħam,+Bid-​demm tal-​maqtulin u taʼ l-​ilsiera,Bl-​irjus tal-​mexxejja taʼ l-​għadu.’+ 43  Ifirħu, O ġnus, mal-​poplu tiegħu,+Għax hu se jitħallas għad-​demm tal-​qaddejja tiegħu,+U jrodd il-​vendetta lill-​avversarji tiegħu+U jagħmel tpattija għall-​art tal-​poplu tiegħu.” 44  B’hekk, Mosè ġie u qal il-​kliem kollu taʼ din l-​għanja biex jisimgħuh in-​nies,+ hu u Ħosegħa,* bin Nun.+ 45  Wara li Mosè temm jgħid dan il-​kliem kollu lil Israel kollu, 46  hu ssokta jgħidilhom: “Daħħlu fi qlubkom il-​kliem kollu li llum qed ngħidilkom bħala twissija għalikom,+ sabiex tordnaw lil uliedkom biex joqogħdu attenti li jagħmlu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi.+ 47  Għax din m’hijiex kelma bla siwi għalikom,+ imma tfisser ħajjitkom,+ u b’din il-​kelma ttawlu jiemkom fuq l-​art li għaliha se taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom.”+ 48  U Ġeħova kellem lil Mosè f’dan l-​istess jum u qallu: 49  “Itlaʼ fuq din il-​muntanja t’Għabarim,+ il-​Muntanja Nebo,+ li qiegħda fl-​art taʼ Mowab, li tħares lejn Ġeriko, u ara l-​art taʼ Kangħan, li qed nagħti lil ulied Israel biex tkun tagħhom.+ 50  Imbagħad tmut fuq il-​muntanja li tielaʼ fuqha, u tinġabar maʼ niesek,+ bħalma miet ħuk Aron fuq il-​muntanja Ħor+ u nġabar maʼ niesu; 51  għar-raġuni li intom inqastu mid-​dover lejja+ f’nofs ulied Israel ħdejn l-​ilmijiet taʼ Meriba+ taʼ Kades fix-​xagħri taż-​Żin; għar-​raġuni li intom ma qaddistunix f’nofs ulied Israel.+ 52  Għax mill-​bogħod se taraha l-​art, imma m’intix se tidħol hemmhekk fl-​art li qed nagħti lil ulied Israel.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed Rett”; titlu onorarju għal Israel.
Qabbel Eżo 34:14, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
L-isem oriġinali taʼ Ġożwè.