Dewteronomju 31:1-30

31  U Mosè mar u lissen dan il-​kliem lil Israel kollu  u qalilhom: “Illum għandi mija u għoxrin sena.+ Mhux se nitħalla iktar noħroġ u nidħol,+ għax Ġeħova qalli, ‘Ma taqsamx dan il-​Ġordan.’+  Ġeħova Alla tiegħek qed jaqsam quddiemek.+ Hu stess se jġib fix-​xejn lil dawn il-​ġnus minn quddiemek, u int trid tkeċċihom.+ Hu Ġożwè li se jaqsam quddiemek,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova.  U Ġeħova se jagħmlilhom bħalma għamel lil Siħon+ u lil Għog,+ is-​slaten taʼ l-​Amurrin, u lil arthom, meta ġabhom fix-​xejn.+  U Ġeħova rħiehom f’idejkom,+ u tridu tagħmlulhom skond il-​kmandamenti kollha li kkmandajtkom jien.+  Kunu kuraġġużi u agħmlu l-​ħila.+ Tibżgħux u tinħasdux quddiemhom,+ għaliex hu Ġeħova Alla tiegħek li qed jimxi miegħek. La se jabbandunak u lanqas jitilqek għalkollox.”+  U Mosè sejjaħ lil Ġożwè u qallu quddiem għajnejn Israel kollu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għaliex int—int se ddaħħal lil dan il-​poplu fl-​art li Ġeħova ħalef lil missirijiethom li jagħtihielhom, u int tagħtiha lilhom bħala wirt.+  U hu Ġeħova li qed jimxi quddiemek. Hu nnifsu se jibqaʼ miegħek.+ La se jabbandunak u lanqas jitilqek għalkollox. Tibżax u titwerwirx.”+  Imbagħad Mosè kiteb din il-​liġi+ u taha lill-​qassisin, ulied Levi,+ dawk li jġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ u lix-​xjuħ kollha taʼ Israel. 10  U Mosè ssokta jikkmandahom u jgħidilhom: “Fi tmiem kull sebaʼ snin, fiż-​żmien stabbilit tas-​sena tal-​ħelsien,+ fil-​festa taʼ l-​għerejjex,+ 11  meta Israel kollu jiġi biex jara wiċċ Ġeħova+ Alla tiegħek fil-​post li jagħżel hu,+ int taqra din il-​liġi quddiem Israel kollu biex jisimgħuk.+ 12  Laqqaʼ l-​poplu,+ l-​irġiel, in-​nisa, iċ-​ċkejknin, u r-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, sabiex jisimgħu u sabiex jitgħallmu,+ għax iridu jibżgħu minn Ġeħova Alla tagħkom+ u joqogħdu attenti li jwettqu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi. 13  U wliedhom li m’għandhomx għarfien għandhom jisimgħu,+ u jitgħallmu jibżgħu minn Ġeħova Alla tagħkom il-​jiem kollha li qed tgħixu fuq l-​art li għaliha qed taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom.”+ 14  U Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Qorbu jiemek biex tmut.+ Sejjaħ lil Ġożwè, u oqogħdu fit-​tinda tal-​laqgħa, biex jien ninkarigah.”+ Għalhekk, Mosè u Ġożwè marru u qagħdu fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 15  Imbagħad Ġeħova deher ħdejn it-​tinda fil-​kolonna tas-​sħab, u l-​kolonna tas-​sħab qagħdet ħdejn id-​daħla tat-​tinda.+ 16  Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ara! Int se timtedd maʼ missirijietek;+ u dawn in-​nies se jqumu+ u jkollhom relazzjoni immorali m’allat barranin taʼ l-​art li sejrin fiha,+ eżatt f’nofshom, u jabbandunawni+ u jiksru l-​patt tiegħi li għamilt magħhom.+ 17  U dakinhar ir-​rabja tiegħi tixgħel kontrihom,+ u nabbandunahom+ u naħbi wiċċi minnhom,+ u jsiru xi ħaġa li għandha tinqered; u jiġu fuqhom ħafna gwajijiet u hemmijiet,+ u jgħidu dakinhar, ‘M’huwiex għax Alla tagħna mhux qiegħed f’nofsna li dawn il-​gwajijiet ġew fuqna?’+ 18  Jien assolutament se naħbi wiċċi dakinhar minħabba l-​ħażen kollu li għamlu, għaliex daru lejn allat oħrajn.+ 19  “U issa iktbu għalikom din l-​għanja+ u għallmuha lil ulied Israel.+ Qegħduhielhom f’fommhom sabiex din l-​għanja sservi bħala x-​xiehda tiegħi kontra wlied Israel.+ 20  Għax jien se nġibhom fl-​art li dwarha ħlift lil missirijiethom+ u li tnixxi ħalib u għasel,+ u huma jieklu+ u jixbgħu u jeħxienu+ u jduru lejn allat oħrajn,+ u jaqdu lilhom u juru nuqqas taʼ rispett lejja u jiksru l-​patt tiegħi.+ 21  U jrid iseħħ li meta jiġu fuqhom ħafna gwajijiet u hemmijiet,+ din l-​għanja tinstemaʼ quddiemhom bħala xiehda, għax m’għandhiex tintesa minn fomm nisilhom, għax jien naf tajjeb bl-​inklinazzjoni tagħhom+ li qed jiżviluppaw illum qabel ma ndaħħalhom fl-​art li ħlift dwarha.” 22  Għalhekk, Mosè kiteb din l-​għanja dakinhar, biex jgħallimha lil ulied Israel.+ 23  U inkariga lil Ġożwè, bin Nun,+ u qallu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għaliex int—int se ddaħħal lil ulied Israel fl-​art li ħliftilhom dwarha,+ u jien nibqaʼ miegħek.” 24  U ġara li malli Mosè temm jikteb fi ktieb il-​kliem taʼ din il-​liġi sakemm lestieh,+ 25  Mosè beda jordna lil-​Leviti, dawk li jġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ u jgħidilhom: 26  “Ħudu dan il-​ktieb tal-​liġi,+ u qegħduh mal-​ġenb taʼ l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom, u jrid iservi bħala xiehda hemmhekk kontrik.+ 27  Għax jien—jien naf tajjeb kemm int ribelluż+ u rasek iebsa.*+ Jekk illum, waqt li jien għadni ħaj magħkom, intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova,+ mela kemm iktar se tagħmlu hekk wara mewti! 28  Iġmagħli x-​xjuħ kollha tat-​tribujiet tagħkom u l-​uffiċjali tagħkom,+ u ħa ngħidilhom dan il-​kliem biex jisimgħuh, u ħa nsejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrihom.+ 29  Għax jien naf tajjeb li wara mewti intom żgur li se taġixxu b’mod mill-​agħar,+ u se titbiegħdu mit-​triq li kkmandajtkom dwarha; u fi tmiem il-​jiem jiġi fuqkom il-​gwaj,+ għaliex tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u b’hekk toffenduh bix-​xogħlijiet taʼ idejkom.”+ 30  U Mosè tkellem, biex tisimgħu l-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel, il-​kliem taʼ din l-​għanja sakemm lestieh:+

Noti taʼ taħt

Jew, “għonqok iebes.”