Dewteronomju 30:1-20

30  “U jrid iseħħ li meta dan il-​kliem kollu jiġi fuqek, il-​barka+ u s-​saħta,+ li jien qegħedt quddiemek, u int tkun daħħaltu lura f’qalbek+ fost il-​ġnus kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom,+  u tkun erġajt lura lejn Ġeħova Alla tiegħek+ u smajt minn leħnu skond kulma qed nikkmandak illum, int u wliedek, b’qalbek kollha u b’ruħek kollha,+  Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-​imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-​popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+  Jekk in-​nies imxerrdin tiegħek ikunu f’tarf is-​smewwiet, minn hemmhekk se jiġbrok Ġeħova Alla tiegħek u minn hemmhekk jieħdok.+  Ġeħova Alla tiegħek se jdaħħlek fl-​art li missirijietek kienu ħaduha f’idejhom, u int tiħodha f’idejk; u jagħmillek il-​ġid u jkattrek iktar minn missirijietek.+  U Ġeħova Alla tiegħek jagħmillek iċ-​ċirkonċiżjoni f’qalbek+ u f’qalb nislek,+ sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha biex tgħix.+  U Ġeħova Alla tiegħek se jitfaʼ dawn is-​saħtiet kollha fuq l-​għedewwa tiegħek u fuq dawk li jobogħduk, li ppersegwitawk.+  “U int, int iddur u tismaʼ minn leħen Ġeħova u tagħmel il-​kmandamenti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum.+  U Ġeħova Alla tiegħek jagħtik iktar milli għandek bżonn f’kull xogħol taʼ idejk,+ fil-​frott taʼ ġufek u fil-​frott taʼ l-​annimali domestiċi tiegħek+ u fil-​prodott tal-​ħamrija tiegħek,+ u jaħbatlek tajjeb;+ għaliex Ġeħova jerġaʼ jifraħ minħabba fik u jagħmillek il-​ġid, bħalma feraħ minħabba missirijietek;+ 10  għax int se tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex tħares il-​kmandamenti tiegħu u l-​istatuti tiegħu miktubin f’dan il-​ktieb tal-​liġi,+ għaliex se terġaʼ lura lejn Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.+ 11  “Għax dan il-​kmandament li qed nikkmandak illum la hu diffiċli wisq għalik, u lanqas hu ’l bogħod.+ 12  M’huwiex fis-​smewwiet, biex tgħid, ‘Min se jitlgħalna fis-​smewwiet biex iġibhulna, sabiex nisimgħuh u nagħmluh?’+ 13  Lanqas m’hu n-​naħa l-​oħra tal-​baħar, biex tgħid, ‘Min se jaqsmilna għan-​naħa l-​oħra tal-​baħar biex iġibhulna, sabiex nisimgħuh u nagħmluh?’ 14  Għax il-​kelma hi qribek ferm, f’fommok u f’qalbek stess,+ biex tagħmilha.+ 15  “Ara! Illum inqiegħed quddiemek il-​ħajja u t-​tajjeb, u l-​mewt u l-​ħażin.+ 16  Jekk tismaʼ mill-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tiegħek, li qed nikkmandak illum, sabiex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek+ u timxi fi triqatu u tħares il-​kmandamenti tiegħu+ u l-​istatuti tiegħu u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu,+ imbagħad tibqaʼ ħaj+ u toktor, u Ġeħova Alla tiegħek ibierkek fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+ 17  “Imma jekk qalbek titbiegħed u int ma tismax,+ u tiġi mħajjar u tmil quddiem allat oħrajn u taqdihom,+ 18  jien illum ngħidilkom li żgur li tinqerdu.+ Ma ttawlux jiemkom fuq l-​art li għaliha int se taqsam il-​Ġordan biex tmur tiħodha f’idejk. 19  Jien illum insejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrikom,+ li qegħedt il-​ħajja u l-​mewt quddiemek,+ il-​barka+ u s-​saħta;+ u trid tagħżel il-​ħajja sabiex tibqaʼ ħaj,+ int u nislek,+ 20  billi tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek,+ billi tismaʼ minn leħnu, u billi tintrabat miegħu;+ għax hu ħajtek u t-​tul taʼ jiemek,+ biex tgħammar fuq l-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietek Abraham, Iżakk, u Ġakobb li jagħtihielhom.”+

Noti taʼ taħt