Dewteronomju 29:1-29

29  Dan hu l-​kliem tal-​patt li Ġeħova kkmanda lil Mosè biex jagħmel maʼ wlied Israel fl-​art taʼ Mowab minbarra l-​patt li kien għamel magħhom fil-​Ħoreb.+  U Mosè sejjaħ lil Israel kollu u qalilhom: “Intom kontu dawk li rajtu kulma Ġeħova għamel quddiem għajnejkom fl-​art taʼ l-​Eġittu lill-​Fargħun u lill-​qaddejja kollha tiegħu u lil artu kollha,+  il-provi kbar li rajtu b’għajnejkom,+ dawk is-​sinjali kbar+ u l-​mirakli.+  U madankollu Ġeħova ma takomx qalb biex tagħrfu u għajnejn biex taraw u widnejn biex tisimgħu sa dan il-​jum.+  ‘Waqt li jien bqajt niggwidakom erbgħin sena fix-​xagħri,+ ħwejjiġkom ma qdimux fuqkom, u s-​sandli tiegħek ma qdiemx f’saqajk.+  Ħobż ma kiltux,+ u nbid u xorb li jsakkar ma xrobtux, sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom.’  Maż-żmien ġejtu f’dan il-​post, u Siħon, is-​sultan taʼ Ħesbon,+ u Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, ħarġu jiltaqgħu magħna għall-​battalja, imma għelibniehom.+  Imbagħad ħadna arthom u tajnieha bħala wirt lir-​Rubenin, lill-​Gadin, u lin-​nofs it-​tribù tal-​Manassin.+  Għalhekk, intom ħarsu l-​kliem taʼ dan il-​patt u agħmluh, sabiex kulma tagħmlu jirnexxi.+ 10  “Ilkoll kemm intom tinsabu llum quddiem Ġeħova Alla tagħkom, il-​kapijiet tat-​tribujiet tagħkom, ix-​xjuħ tagħkom u l-​uffiċjali tagħkom, kull raġel taʼ Israel,+ 11  iċ-ċkejknin tagħkom, in-​nisa tagħkom,+ u r-​resident barrani+ li qiegħed f’nofs il-​kamp tiegħek, minn dak li jiġborlok l-​injam sa dak li jtellagħlek l-​ilma,+ 12  sabiex tidħol fil-​patt+ taʼ Ġeħova Alla tiegħek u fil-​ħalfa tiegħu, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħmel miegħek illum;+ 13  bl-iskop li llum jistabbilik bħala l-​poplu tiegħu+ u biex juri li hu Alla tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħdek u bħalma ħalef lil missirijietek Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb.+ 14  “Issa jien mhux miegħek biss qed nagħmel dan il-​patt u din il-​ħalfa,+ 15  imma wkoll maʼ dak li llum qiegħed hawnhekk magħna quddiem Ġeħova Alla tagħna u maʼ dawk li m’humiex hawnhekk magħna llum;+ 16  (għax intom stess tafu tajjeb kif għammarna fl-​art taʼ l-​Eġittu u kif għaddejna minn qalb il-​ġnus li għaddejtu minnhom intom.+ 17  U kontu taraw l-​affarijiet moqżieża tagħhom u l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel,+ taʼ l-​injam u tal-​ġebel, tal-​fidda u tad-​deheb, li kienu għandhom;) 18  ħalli ma jkunx hemm fostkom xi raġel jew mara jew familja jew tribù li qalbu llum qed titbiegħed minn Ġeħova Alla tagħna biex imur jaqdi l-​allat taʼ dawn il-​ġnus;+ ħalli ma jkunx hemm fostkom għerq li jagħmel il-​frott taʼ pjanta velenuża u pjanta morra.*+ 19  “U jrid iseħħ li meta xi ħadd ikun semaʼ l-​kliem taʼ din il-​ħalfa,+ u jkun ftaħar f’qalbu u qal, ‘Se jkolli s-​sliem,+ għalkemm nimxi fl-​ebusija taʼ qalbi,’+ bil-​ħsieb li jeqred l-​art imsoqqija tajjeb flimkien maʼ l-​art għatxana, 20  Ġeħova ma jkunx irid jaħfirlu,+ imma mbagħad ir-​rabja taʼ Ġeħova+ u l-​ħeġġa tiegħu+ jixegħlu kontra dan ir-​raġel,+ u l-​ħalfa kollha miktuba f’dan il-​ktieb+ żgur li se tibqaʼ fuqu, u Ġeħova jħassarlu ismu minn taħt is-​smewwiet. 21  Għalhekk, Ġeħova jifirdu+ mit-​tribujiet kollha taʼ Israel għall-​gwaj fi qbil mal-​ħalfa kollha tal-​patt li hi miktuba f’dan il-​ktieb tal-​liġi. 22  “U l-​ġenerazzjoni tal-​futur, uliedkom li jiġu warajkom, se tgħid, kif ukoll il-​barrani li jiġi minn art imbiegħda, saħansitra meta huma jkunu raw il-​kastigi taʼ din l-​art u l-​mard tagħha li Ġeħova marradha bihom,+ 23  kubrit u melħ+ u ħruq,+ u b’hekk l-​art kollha tagħha la tinżeraʼ, la tnibbet, u lanqas ebda ħaxix ma jikber fiha, bħalma ġara fil-​qerda taʼ Sodoma u Gomorra,+ Adma+ u Sebojim,+ li Ġeħova qered fir-​rabja tiegħu u fil-​korla tiegħu;+ 24  iva, il-​ġnus kollha se jgħidu, ‘Ġeħova għala għamlilha hekk lil din l-​art?+ Għala s-​saħna taʼ din ir-​rabja kbira?’ 25  Imbagħad ikollhom jgħidu, ‘Kien minħabba li abbandunaw il-​patt+ taʼ Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijiethom, li għamel magħhom meta ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 26  U marru jaqdu allat oħrajn u jmilu quddiemhom, allat li ma kinux jafuhom u li ma ħadu xejn minnhom.+ 27  Imbagħad ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra din l-​art u ġab fuqha s-​saħta kollha miktuba f’dan il-​ktieb.+ 28  B’hekk, Ġeħova qalagħhom mill-​għeruq minn arthom f’rabja+ u f’korla u f’għadab kbir u xeħithom f’art oħra bħalma hu llum.’+ 29  “L-​affarijiet misturin+ huma taʼ Ġeħova Alla tagħna, imma l-​affarijiet rivelati+ huma tagħna u taʼ wliedna għal żmien indefinit, biex inwettqu l-​kliem kollu taʼ din il-​liġi.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “assenzju.”