Dewteronomju 26:1-19

26  “U jrid iseħħ li meta sa fl-​aħħar tidħol fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+  ħu ftit mill-​ewwel frott+ tal-​prodott kollu tal-​ħamrija, li se ġġib minn artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u poġġih f’qoffa u mur fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+  U mur għand il-​qassis+ li jkun qed jaqdi f’dawk il-​jiem u għidlu, ‘Irrid nistqarr illum lil Ġeħova Alla tiegħek li jien dħalt fl-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietna li jagħtihielna.’+  “U l-​qassis jieħu l-​qoffa minn idek u jqegħedha quddiem l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek.  U int twieġeb u tgħid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Missieri kien Sirjan+ li kien wasal biex jinqered; u niżel l-​Eġittu+ u għammar hemmhekk bħala barrani meta kellu ftit ferm nies;+ imma hemmhekk sar ġens kbir, setgħan u numeruż.+  U l-​Eġizzjani ttrattawna ħażin u għakksuna u għabbewna b’jasar iebes.+  U bdejna ngħajtu lil Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietna,+ u Ġeħova semaʼ leħinna+ u ra s-​sofferenza tagħna u l-​inkwiet tagħna u l-​moħqrija tagħna.+  Sa fl-​aħħar, Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu b’id b’saħħitha+ u bi driegħ maħruġ ’il barra+ u b’biżaʼ kbir+ u b’sinjali u b’mirakli.+  Imbagħad ġabna f’dan il-​post u tana din l-​art, art li tnixxi ħalib u għasel.+ 10  U issa, ara, jien ġibt l-​ewwel frott mill-​prodott taʼ l-​art li tani Ġeħova.’+ “Qiegħdu quddiem Ġeħova Alla tiegħek u mil quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+ 11  U thenna+ bil-​ġid kollu li Ġeħova Alla tiegħek ta lilek u lil taʼ darek, int u l-​Levita u r-​resident barrani li qiegħed f’nofsok.+ 12  “Meta ttemm tiġbor+ l-​għexur kollha tal-​prodott tiegħek fit-​tielet sena,+ is-​sena taʼ l-​għexur, agħtihom lil-​Levita, lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier, u lill-​armla, u dawn jikluhom ’il ġewwa minn bwiebek u jixbgħu.+ 13  U għid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Neħħejt dak li hu qaddis mid-​dar u tajtu lil-​Levita u lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier u lill-​armla,+ fi qbil mal-​kmandamenti kollha tiegħek li kkmandajtni. La ksirt il-​kmandamenti tiegħek, u lanqas insejthom.+ 14  La kilt minnhom meta kont bil-​vistu, la ħadt minnhom meta ma kontx nadif, u lanqas tajt minnhom għal xi ħadd mejjet. Smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħi. Għamilt skond kulma kkmandajtni. 15  Ħares ’l isfel mill-​post qaddis fejn tgħammar,+ mis-​smewwiet, u bierek lill-​poplu tiegħek Israel+ u l-​art li tajtna, bħalma ħlift lil missirijietna,+ l-​art li tnixxi ħalib u għasel.’+ 16  “Illum Ġeħova Alla tiegħek qed jikkmandak twettaq dawn ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji;+ osservahom u wettaqhom b’qalbek kollha+ u b’ruħek kollha.+ 17  Lil Ġeħova int qanqaltu jgħid illum li se jkun Alla tiegħek dment li timxi fi triqatu u tosserva r-​regolamenti tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u tismaʼ minn leħnu.+ 18  U lilek Ġeħova qanqlek biex illum tgħid li se tkun il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u li int se tosserva l-​kmandamenti kollha tiegħu, 19  u li hu se jgħollik ’il fuq mill-​ġnus l-​oħrajn kollha li għamel,+ u dan iġib tifħir u isem tajjeb u ġmiel, waqt li turi li int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħed.”

Noti taʼ taħt