Dewteronomju 25:1-19

25  “Jekk iqum argument bejn xi rġiel,+ u dawn jippreżentaw ruħhom għall-​ġudizzju,+ l-​imħallfin iridu jiġġudikawhom u lill-​ġust jiddikjarawh ġust u lil dak mill-​agħar jiddikjarawh mill-​agħar.+  U jrid iseħħ li jekk dak li hu mill-​agħar ikun jistħoqqlu s-​swat,+ l-​imħallef irid iġiegħlu jinxteħet għal tulu u l-​għadd taʼ daqqiet+ li jingħata quddiemu jkun skond l-​għemil ħażin tiegħu.  Erbgħin daqqa jistaʼ jagħtih. M’għandu jżid lanqas waħda, li ma jmurx ikompli jagħtih ħafna daqqiet iktar minn dawn+ u ħuk jaqaʼ fl-​għajb quddiem għajnejk.  “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri waqt li jkun qed jidres.+  “Jekk l-​aħwa jgħammru flimkien u wieħed minnhom imut mingħajr ma jkollu iben, mart il-​mejjet m’għandhiex tiżżewweġ barra mill-​familja maʼ raġel stranġier. Ħu żewġha għandu jmur għandha, u jrid jiħodha b’martu u jiżżewwiġha u jaqdi dmiru magħha bħala ħu żewġha.+  U jrid iseħħ li l-​ewwel imwieled li tiled għandu jiret isem ħuh il-​mejjet,+ sabiex ismu ma jinqeridx minn Israel.+  “Issa jekk ir-​raġel ma jogħġbux jieħu l-​armla taʼ ħuh, l-​armla taʼ ħuh titlaʼ ħdejn bieb il-​belt għand ix-​xjuħ+ u tgħid, ‘Ħu żewġi ma jridx iqajjem isem ħuh f’Israel. Ma qabilx li jiżżewwiġni u jaqdi dmiru miegħi bħala ħu żewġi.’  U x-​xjuħ taʼ beltu jsejħulu u jkellmuh, u hu jidher quddiemhom u jgħid, ‘Ma jogħġobnix niħodha.’+  U l-​armla taʼ ħuh tersaq lejh quddiem għajnejn ix-​xjuħ u tneħħilu s-​sandlija minn siequ+ u tobżoqlu f’wiċċu+ u twieġeb u tgħid, ‘Hekk għandhom jagħmlulu lir-​raġel li ma jkunx irid inissel iben għal ħuh.’+ 10  U ismu jrid jissejjaħ f’Israel ‘Id-​dar taʼ dak li tneħħietlu s-​sandlija.’ 11  “Jekk xi rġiel jissieltu flimkien, wieħed maʼ l-​ieħor, u mart wieħed minnhom tersaq qrib biex teħles lil żewġha minn id dak li qed isawtu, u hi toħroġ idha u taqbdu mill-​partijiet privati tiegħu,+ 12  aqtgħalha idha barra. Għajnejk m’għandhomx tiġihom ħasra.+ 13  “M’għandux ikollok fil-​ħorġa tiegħek żewġ tipi t’użin,+ wieħed kbir u wieħed żgħir. 14  M’għandux ikollok f’darek żewġ tipi t’efa,+ waħda kbira u waħda żgħira. 15  Għandu jkollok użin eżatt u ġust. Għandu jkollok efa eżatta u ġusta, sabiex jitwalu jiemek fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ 16  Għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet, kulmin jimxi bl-​inġustizzja, hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.+ 17  “Għandek tiftakar x’għamillek Għamalek fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu,+ 18  kif iltaqaʼ miegħek fit-​triq u ġie minn warajk u attakka lil dawk kollha li kienu qed ikarkru warajk, meta int kont dgħajjef u għajjien; u hu ma beżax minn Alla.+ 19  U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek ikun serrħek mill-​għedewwa kollha taʼ madwarek fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk,+ għandek tħassar isem Għamalek minn taħt is-​smewwiet biex ma jissemmiex iktar.+ Qis li ma tinsiex.

Noti taʼ taħt