Dewteronomju 23:1-25

23  “Ebda raġel li jiġi kastrat+ billi jkollu t-​testikoli misħuqin+ jew ikollu l-​organu maskili maqtugħ ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.  “Ebda iben illeġittimu+ ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova. Saħansitra sa l-​għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tiegħu ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.  “Ebda Għammoni jew Mowabi ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.+ Saħansitra sa l-​għaxar ġenerazzjoni, ħadd minn tagħhom ma jidħol fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova għal żmien indefinit,  għar-raġuni li ma tawkomx ħobż u ilma biex jgħinukom+ fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu,+ u għaliex krew kontrik lil Balgħam, bin Begħor, minn Petor tal-​Mesopotamja, biex jisħtek.+  U Ġeħova Alla tiegħek ma riedx jismaʼ lil Balgħam;+ imma Ġeħova Alla tiegħek bidillek is-​saħta f’barka,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek ħabbek.+  Taħdimx biex huma jkollhom is-​sliem u l-​ġid jiemek kollha għal żmien indefinit.+  “Tistmerrx lil Edomi, għax hu ħuk.+ “Tistmerrx lil Eġizzjan, għax int kont resident barrani f’pajjiżu.+  L-ulied li jitwildulhom bħala t-​tielet ġenerazzjoni jistgħu jidħlu huma nfushom fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova.  “Jekk tikkampja għall-​gwerra kontra l-​għedewwa tiegħek, qis li żżomm ’il bogħod minn kull ħaġa ħażina.+ 10  Jekk ikun hemm f’nofsok xi raġel li ma jibqax nadif, minħabba tinġis li jseħħ bil-​lejl,+ irid joħroġ ’il barra mill-​kamp. Ma jkunx jistaʼ jidħol f’nofs il-​kamp.+ 11  U jrid iseħħ li għall-​ħabta taʼ fil-​għaxija jinħasel bl-​ilma, u maʼ nżul ix-​xemx ikun jistaʼ jidħol f’nofs il-​kamp.+ 12  U għandu jkollok post privat ’il barra mill-​kamp għad-​dispożizzjoni tiegħek, u hemmhekk għandek toħroġ. 13  U għandu jkollok pala għad-​dispożizzjoni tiegħek flimkien maʼ l-​għodod tiegħek, u jiġri li meta titbaxxa barra, trid tħaffer ħofra biha u ddur u tgħatti ħmieġek.+ 14  Għax Ġeħova Alla tiegħek qed jimxi ’l hemm u ’l hawn fil-​kamp tiegħek biex jeħilsek+ u jerħilek f’idejk l-​għedewwa tiegħek;+ u l-​kamp tiegħek għandu jkun qaddis,+ sabiex ma jara xejn indeċenti fik u jerġaʼ lura u ma jibqax miegħek.+ 15  “Ilsir tagħtihx lura lil sidu meta jaħrab mingħand sidu għal għandek.+ 16  Miegħek jibqaʼ jgħammar, f’nofsok, fil-​post li jagħżel, ikun liema jkun, f’waħda mill-​bliet tiegħek,+ kulfejn jogħġbu. Tittrattahx ħażin.+ 17  “Ebda waħda mill-​bniet taʼ Israel m’għandha ssir prostituta tat-​tempju,+ u lanqas ebda wieħed mis-​subien taʼ Israel m’għandu jsir prostitut tat-​tempju.+ 18  Iddaħħalx il-​ħlas+ taʼ prostituta jew il-​prezz taʼ kelb+ fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek għal xi wegħda, għaliex dawn huma xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek, saħansitra t-​tnejn li huma. 19  “Iġġegħelx lil ħuk iħallas l-​imgħax,+ l-​imgħax fuq il-​flus, l-​imgħax fuq l-​ikel,+ l-​imgħax fuq kwalunkwe ħaġa li għaliha wieħed jistaʼ jitlob l-​imgħax. 20  Tistaʼ ġġiegħel lil barrani+ jħallas l-​imgħax, imma lil ħuk iġġegħlux iħallas l-​imgħax;+ sabiex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull xogħol li tagħmel fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+ 21  “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova+ Alla tiegħek, m’għandekx titnikker biex troddha,+ għaliex Ġeħova Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-​naħa tiegħek.+ 22  Imma jekk ma tagħmilx wegħda, dan ma jkunx dnub min-​naħa tiegħek.+ 23  Dak li joħroġ minn xofftejk għandek twettqu,+ u għandek tagħmel sewwasew bħalma wegħedt lil Ġeħova Alla tiegħek bħala offerta volontarja li tkellimt dwarha b’fommok.+ 24  “Jekk tidħol fl-​għalqa tad-​dwieli taʼ sieħbek, kul biss biżżejjed għeneb sakemm tixbaʼ ruħek, imma tqiegħed xejn fil-​ħorġa tiegħek.+ 25  “Jekk tidħol fiż-​żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek, aqtaʼ biss is-​sbul misjur b’idek, imma xxejjirx il-​minġel ’l hemm u ’l hawn fuq iż-​żaraʼ wieqaf taʼ sieħbek.+

Noti taʼ taħt