Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Dewteronomju 21:1-23

21  “Jekk fl-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk jinstab xi ħadd maqtul, mixħut fir-rabaʼ, u ma sarx magħruf min ħabat għalih u qatlu,+  ix-xjuħ tiegħek u l-imħallfin tiegħek+ joħorġu u jkejlu sal-bliet li qegħdin madwar il-maqtul;  u jsibu l-belt li hi l-eqreb lejn il-maqtul. U x-xjuħ taʼ din il-belt iridu jieħdu mill-merħla baqra żgħira li ma jkunux ħadmu biha u li ma ġibditx madmad;  u x-xjuħ taʼ din il-belt iridu jieħdu l-baqra ż-żgħira lejn wied bl-ilma ġieri li fih is-soltu l-art ma tinħadimx u ma tinżerax biż-żerriegħa, u jridu jiksru għonq il-baqra ż-żgħira hemmhekk fil-wied.+  “U jersqu l-qassisin, ulied Levi, peress li lilhom għażel Ġeħova Alla tiegħek biex jaqduh+ u biex ibierku+ f’isem Ġeħova u biex b’fommhom jiġi deċiż kull argument minħabba kull għemil vjolenti.+  Imbagħad ix-xjuħ kollha taʼ dik il-belt li huma l-eqreb lejn il-maqtul għandhom jaħslu idejhom+ fuq il-baqra ż-żgħira, li kisrulha għonqha fil-wied;  u jridu jwieġbu u jgħidu, ‘Idejna ma xerrdux dan id-demm, u lanqas għajnejna ma rawh jinxtered.+  Titlobx lill-poplu tiegħek Israel, li lilu fdejt,+ biex jagħti kont tiegħu, O Ġeħova, u tqigħedx il-ħtija tad-demm innoċenti+ f’nofs il-poplu tiegħek Israel.’ U huma ma jintalbux jagħtu kont tal-ħtija tad-demm.  U int—int tneħħi l-ħtija tad-demm innoċenti minn nofsok,+ għaliex tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ 10  “Jekk toħroġ għall-battalja kontra l-għedewwa tiegħek u Ġeħova Alla tiegħek jagħtihomlok f’idek+ u tiħodhom fil-jasar;+ 11  u tara fost l-ilsiera xi mara taʼ sura sabiħa, u tinġibed lejha+ u tiħodha bħala martek, 12  daħħalha ġo darek. Hi issa trid tqaxxar rasha+ u taqtaʼ difrejha, 13  u tneħħi l-mantell tal-jasar tagħha minn fuqha u tgħammar f’darek u tibki lil missierha u lil ommha għal xahar qamri sħiħ;+ u wara għandu jkollok x’taqsam magħha, u tiħodha bħala l-mara li żżewwiġt, u hi tkun martek. 14  U jrid iseħħ li jekk ma tkunx sibt għaxqa fiha, għandek tibgħatha,+ jekk hi taqbel maʼ dan; imma bl-ebda mod m’għandek tbigħha għall-flus. Tittrattahiex b’tirannija+ wara li tkun umiljajtha. 15  “Jekk raġel ikollu żewġ nisa, waħda maħbuba u l-oħra mhix maħbuba, u dawn, il-maħbuba u dik mhix maħbuba, jildulu l-ulied, u l-ewwel iben imwieled ikun taʼ dik mhix maħbuba,+ 16  irid iseħħ ukoll li dakinhar li jagħti kulma jkollu bħala wirt lil uliedu, ma jistax iqis bħala l-ewwel imwieled tiegħu lil bin il-maħbuba għad-dannu taʼ bin dik mhix maħbuba, l-ewwel imwieled.+ 17  Għax għandu jirrikonoxxi bħala l-ewwel imwieled lil bin dik mhix maħbuba billi jagħtih żewġ partijiet minn kulma jinstab li għandu,+ għaliex dan il-wieħed hu l-bidu tal-qawwa riproduttiva tiegħu.+ Id-dritt tal-pożizzjoni bħala l-ewwel imwieled hu tiegħu.+ 18  “Jekk raġel ikollu iben li hu rasu iebsa u ribelluż,+ ma jismax minn leħen missieru jew minn leħen ommu,+ u jikkoreġuh imma ma jismax minnhom,+ 19  missieru u ommu jridu jaqbduh u joħorġuh għand ix-xjuħ tal-belt tiegħu u f’bieb il-post fejn joqgħod,+ 20  u jridu jgħidu lix-xjuħ tal-belt tiegħu, ‘Dan l-iben tagħna hu rasu iebsa u ribelluż; ma jismax minn leħinna,+ għax għandu kilba għall-ikel+ u hu sakranazz.’+ 21  Imbagħad l-irġiel kollha tal-belt tiegħu jridu jħaġġruh sakemm imut. Għalhekk, trid teqred il-ħażen minn ġo nofsok, u Israel kollu jismaʼ u jibżaʼ.+ 22  “U jekk xi raġel jagħmel dnub li jistħoqqlu s-sentenza tal-mewt,+ u jingħata l-mewt, u int iddendlu maʼ zokk,+ 23  il-ġisem mejjet tiegħu m’għandux jibqaʼ l-lejl kollu mdendel maz-zokk;+ imma qis li tidfnu dak il-jum stess, għaliex min jiġi mdendel ikun xi ħaġa misħuta minn Alla;+ u tniġġisx artek, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt.+

Noti taʼ taħt