Dewteronomju 20:1-20

20  “Jekk toħroġ għall-​battalja kontra l-​għedewwa tiegħek u tara żwiemel u karrijiet tal-​gwerra,+ poplu iktar numeruż minnek, tibżax minnhom; għax Ġeħova Alla tiegħek, li tellgħek mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ qiegħed miegħek.+  U jrid iseħħ li meta tkunu qrobtu għall-​battalja, il-​qassis irid jersaq ikellem lin-​nies.+  U jrid jgħidilhom, ‘Ismaʼ, O Israel, illum qed toqorbu għall-​battalja kontra l-​għedewwa tagħkom. Tħallux lil qlubkom jibżgħu.+ Titwerwrux u tinħakmux mill-​paniku u titilqu tiġru jew titkexkxu minħabba fihom,+  għax Ġeħova Alla tagħkom qed jimmarċja magħkom biex jiġġieled għalikom kontra l-​għedewwa tagħkom sabiex isalvakom.’+  “L-​uffiċjali+ wkoll iridu jkellmu lin-​nies u jgħidulhom, ‘Min hu r-​raġel li bena dar ġdida u ma żanżanhiex? Ħa jmur lura lejn daru, li ma jmurx imut fil-​battalja u jżanżanha raġel ieħor.+  U min hu r-​raġel li ħawwel għalqa dwieli u ma bediex jaħsad il-​frott? Ħa jmur lura lejn daru, li ma jmurx imut fil-​battalja u raġel ieħor jibda jaħsad il-​frott.+  U min hu r-​raġel li tgħarras maʼ mara u ma ħadhiex? Ħa jmur lura lejn daru,+ li ma jmurx imut fil-​battalja u jiħodha raġel ieħor.’  U l-​uffiċjali jridu jkomplu jkellmu lin-​nies u jgħidulhom, ‘Min hu r-​raġel li jibżaʼ u jaqtaʼ qalbu?+ Ħa jmur lura lejn daru, sabiex ma jdgħajjifx qlub ħutu bħalma għamel lil qalbu.’+  U jrid iseħħ li meta l-​uffiċjali jkunu spiċċaw ikellmu lin-​nies, iridu jaħtru kapijiet taʼ l-​armati biex imexxu l-​poplu. 10  “Jekk toqrob lejn xi belt biex tiġġieled kontriha, ħabbrilha kundizzjonijiet taʼ sliem.+ 11  U jrid iseħħ li jekk twieġbek bis-​sliem u tiftaħlek bwiebha, irid iseħħ ukoll li n-​nies kollha li jinstabu fiha għandhom isiru tiegħek biex jagħmlu xogħol forzat, u jridu jaqdu lilek.+ 12  Imma jekk ma tagħmilx paċi miegħek,+ u, fil-​fatt, tagħmillek gwerra u jkollok tassedjaha, 13  Ġeħova Alla tiegħek żgur li jagħtihielek f’idek, u trid tidrob lil kull raġel fiha b’xifer is-​sejf.+ 14  Huma biss in-​nisa u t-​tfal żgħar+ u l-​annimali domestiċi+ u kulma jkun hemm fil-​belt, il-​priża kollha tagħha, li għandek tieħu għalik;+ u trid tiekol il-​priża taʼ l-​għedewwa tiegħek, li tak Ġeħova Alla tiegħek.+ 15  “Hekk tagħmlilhom il-​bliet kollha li huma ’l bogħod ferm minnek u li m’humiex mill-​bliet taʼ dawn il-​ġnus. 16  Huwa biss mill-​bliet taʼ dawn il-​popli, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, li m’għandek tħalli ħaj lil ebda ħaġa li tieħu n-​nifs,+ 17  għaliex żgur li għandek teqridhom,* il-​Ħittin, l-​Amurrin, il-​Kangħanin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin, u l-​Ġebusin,+ sewwasew bħalma kkmandak Ġeħova Alla tiegħek; 18  sabiex ma jgħallmukomx tagħmlu skond l-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom, li huma għamlu lill-​allat tagħhom, u tidinbu kontra Ġeħova Alla tagħkom.+ 19  “Jekk tassedja belt għal ħafna jiem billi tiġġieled kontriha sabiex tiħodha taħt idejk, teqridx is-​siġar tagħha billi tagħti bil-​mannara fuqhom; għax għandek tiekol minnhom, u tqaċċathomx,+ għax hija s-​siġra tar-​rabaʼ xi bniedem biex tiġi assedjata minnek? 20  Hija biss xi siġra li taf li mhix siġra li tiekol minnha, lilha għandek teqred, u trid tqaċċatha u tibni strutturi taʼ l-​assedju+ kontra l-​belt li qed tagħmillek gwerra, sakemm taqaʼ.

Noti taʼ taħt

Jew, “tiddedikahom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.