Dewteronomju 19:1-21

19  “Meta Ġeħova Alla tiegħek jeqred il-​ġnus+ li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik arthom, u int tkun ħadtilhom il-​proprjetà tagħhom u tkun għammart fi bliethom u fi djarhom,+  agħżel tlett ibliet għalik f’nofs artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk.+  Ħejji t-​triq għalik, u aqsam fi tliet partijiet it-​territorju t’artek li Ġeħova Alla tiegħek tak biex tkun tiegħek, biex kulmin joqtol jaħrab hemmhekk.+  “Issa dan hu l-​każ taʼ dak li joqtol u li jkun jistaʼ jaħrab hemmhekk u jgħix: Meta jidrob lil għajru bla ma jkun jaf kif u bla ma jkun jobogħdu qabel;+  jew meta jmur fil-​bosk maʼ sieħbu biex jiġbor l-​injam, u jerfaʼ idu biex jagħti daqqa bil-​mannara ħalli jaqtaʼ s-​siġra, u l-​ħadid itir minn fuq il-​manku taʼ l-​injam,+ u jolqot lil sieħbu u dan imut; hu nnifsu għandu jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet u jibqaʼ ħaj.+  Inkella, dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu+ għad-​demm, peress li qalbu tkun għadha tbaqbaq, jitlaq jiġri wara dak li joqtol u jilħqu, għax it-​triq tkun twila; u jaħbat għal ruħu u joqtlu, meta fil-​fatt ma jkunx hemm sentenza tal-​mewt għalih,+ għaliex ma jkunx jobogħdu qabel.  Huwa għalhekk li qed nikkmandak u ngħidlek, ‘Tlett ibliet tagħżel għalik.’+  “U jekk Ġeħova Alla tiegħek iwessaʼ t-​territorju tiegħek skond dak li ħalef lil missirijietek,+ u jagħtik l-​art kollha li wiegħed li jagħti lil missirijietek,+  peress li tħares dawn il-​kmandamenti kollha li qed nikkmandak illum billi tagħmilhom, biex tħobb lil Ġeħova Alla tiegħek u timxi fi triqatu dejjem,+ żid tlett ibliet oħrajn għalik maʼ dawn it-​tlieta,+ 10  sabiex ebda demm innoċenti+ ma jixxerred f’nofs artek li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u ebda ħtija tad-​demm ma jkollok fuqek.+ 11  “Imma jekk ikun hemm raġel li jobgħod+ lil għajru, u jonsoblu u jqum għalih u jaħbat għal ruħu u joqtlu,+ u r-​raġel jaħrab lejn waħda minn dawn il-​bliet, 12  ix-xjuħ taʼ beltu jibagħtu jġibuh minn hemmhekk, u jagħtuh f’idejn dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm, u jkollu jmut.+ 13  Għajnejk m’għandhomx jitħassruh,+ u int warrab il-​ħtija tad-​demm innoċenti minn Israel,+ sabiex jaħbatlek tajjeb. 14  “Tressaqx lura t-​trufijiet tar-​rabaʼ t’għajrek,+ meta l-​antenati jkunu stabbilew it-​trufijiet taʼ wirtek li se tiret fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek biex tiħodha f’idejk. 15  “Ebda xhud wieħed m’għandu jqum kontra raġel dwar xi żball jew xi dnub,+ fi kwalunkwe dnub li għandu mnejn jagħmel. Il-​kwistjoni għandha tiġi stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ 16  Jekk xhud li jfassal il-​vjolenza jqum kontra xi raġel biex iġib kontrih akkuża taʼ rvell,+ 17  iż-żewġt irġiel li jkollhom l-​argument iridu joqogħdu quddiem Ġeħova, quddiem il-​qassisin u l-​imħallfin li jkunu qed jaqdu dak iż-​żmien.+ 18  U l-​imħallfin iridu jfittxu bir-​reqqa,+ u jekk ix-​xhud ikun xhud falz u jkun ġab akkuża falza kontra ħuh, 19  agħmlulu sewwasew bħalma kellu f’moħħu li jagħmel lil ħuh,+ u int trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+ 20  Għalhekk, dawk li jibqgħu se jisimgħu u jibżgħu, u qatt ma jerġgħu jagħmlu xi ħaġa ħażina bħal din f’nofsok.+ 21  U għajnejk m’għandhomx tiġihom ħasra:+ ruħ b’ruħ, għajn b’għajn, sinna b’sinna, id b’id, sieq b’sieq.+

Noti taʼ taħt