Dewteronomju 18:1-22

18  “Il-​qassisin, il-​Leviti, jiġifieri, it-​tribù kollu taʼ Levi,+ m’għandu jkollhom ebda sehem jew wirt maʼ Israel. Għandhom jieklu+ l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar, il-​wirt tiegħu.  Għalhekk, ebda wirt m’għandu jkun tiegħu f’nofs ħutu. Ġeħova hu l-​wirt tiegħu,+ sewwasew bħalma qallu.  “Issa dan għandu jibqaʼ bħala d-​dritt li jmiss lill-​qassisin mingħand il-​poplu, mingħand dawk li joffru xi vittma bħala sagrifiċċju, sew jekk mill-​barrin u sew jekk min-​nagħaġ: Wieħed irid jagħti lill-​qassis l-​ispalla u x-​xedaq u l-​istonku.  Għandek tagħtih+ il-​bikri tal-​qmuħ tiegħek, taʼ l-​inbid ġdid tiegħek u taż-​żejt tiegħek u l-​bikri tas-​suf li ġġiżż mill-​merħla tiegħek.  Għax lilu għażel Ġeħova Alla tiegħek mit-​tribujiet kollha tiegħek biex joqgħod jaqdi f’isem Ġeħova, hu u wliedu, għal dejjem.+  “U jekk il-​Levita joħroġ minn waħda mill-​bliet tiegħek f’Israel kollu, fejn ikun għammar għal xi żmien,+ u minħabba li ruħu tixxennaq jiġi lejn il-​post li jagħżel Ġeħova,+  hu jaqdi wkoll f’isem Ġeħova Alla tiegħu l-​istess bħal ħutu kollha, il-​Leviti, li jkunu hemmhekk quddiem Ġeħova.+  Sehem ugwali għandu jiekol,+ minbarra dak li jikseb mill-​affarijiet li jbigħ mill-​ġid taʼ l-​antenati tiegħu.  “Meta tkun dħalt fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, titgħallimx tagħmel skond l-​affarijiet mistkerrhin taʼ dawk il-​ġnus.+ 10  M’għandux jinstab fik xi ħadd li jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-​nar,+ xi ħadd li jeħber,+ min jipprattika l-​maġija+ jew xi ħadd li jfittex sinjali li bihom jaqra l-​futur+ jew saħħâr,+ 11  jew min jagħmel xi magħmul+ fuq ħaddieħor jew xi ħadd li jikkonsulta maʼ medjum taʼ l-​ispirti+ jew min xogħlu hu li jbassar il-​ġrajjiet+ jew xi ħadd li jistħarreġ dwar il-​mejtin.+ 12  Għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet ikun xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova, u minħabba dawn l-​affarijiet mistkerrhin Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek.+ 13  Għandek tkun bla nuqqas quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+ 14  “Għax dawn il-​ġnus li qed tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom kienu jisimgħu minn dawk li jipprattikaw il-​maġija+ u minn dawk li jeħbru;+ imma lilek, Ġeħova Alla tiegħek ma jħallikx tagħmel hekk.+ 15  Profeta minn ġo nofsok, minn ħutek, bħali, għad iqajjimlek Ġeħova Alla tiegħek—minnu għandkom tisimgħu+ 16  bi tweġiba għal kulma tlabt lil Ġeħova Alla tiegħek fil-​Ħoreb f’jum il-​kongregazzjoni+ meta għedt, ‘Tħallinix nerġaʼ nismaʼ leħen Ġeħova Alla tiegħi, u tħallinix nara iktar dan in-​nar kbir, għax inkella mmut.’+ 17  U Ġeħova qalli, ‘Sewwa għamlu li tkellmu hekk.+ 18  Inqajmilhom profeta minn fost ħuthom, bħalek;+ u nqiegħed kliemi f’fommu,+ u hu żgur li jgħidilhom kulma nikkmandah.+ 19  U jrid iseħħ li dak ir-​raġel li ma jismax minn kliemi li hu jgħid f’ismi, jien innifsi nitlob kont minnu.+ 20  “‘Madankollu, il-​profeta li jażżarda jgħid f’ismi xi kelma li ma nkunx ikkmandajtu biex jgħid+ jew li jitkellem f’isem allat oħrajn,+ dan il-​profeta għandu jmut.+ 21  U jekk tgħid f’qalbek: “Kif nagħrfuha l-​kelma li ma qalx Ġeħova?”+ 22  meta l-​profeta jitkellem f’isem Ġeħova u l-​kelma ma sseħħx u ma titwettaqx, din tkun il-​kelma li ma qalx Ġeħova. Bi prużunzjoni jkun qalha l-​profeta.+ Tibżax minnu.’+

Noti taʼ taħt