Dewteronomju 17:1-20

17  “Lil Ġeħova Alla tiegħek toffrilux bħala sagrifiċċju barri jew nagħġa li jkun hemm difett fiha, xi ħaġa ħażina; għax din hi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.+  “Jekk jinstab xi ħadd f’nofsok, f’xi waħda mill-​bliet tiegħek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, raġel jew mara, li jipprattika dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek, u b’hekk jikser il-​patt tiegħu,+  u jmur iqim lil allat oħrajn u jmil quddiemhom jew quddiem ix-​xemx jew il-​qamar jew l-​armata kollha tas-​smewwiet,+ xi ħaġa li jien ma kkmandajtx,+  u jgħidulek b’dan u tkun smajt bih u fittixt bir-​reqqa, u, ara, din il-​ħaġa tiġi stabbilita bħala l-​verità,+ li din il-​ħaġa mistkerrha tkun saret f’Israel,  oħroġ ’il barra minn bwiebek lil dan ir-​raġel, jew lil din il-​mara, li jkun għamel din il-​ħaġa ħażina, iva, raġel jew mara, u ħaġġru bil-​ġebel sakemm imut.+  Dak li jkun se jmut għandu jingħata l-​mewt minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ Ma jingħatax il-​mewt minn fomm xhud wieħed.+  Ix-xhieda għandhom ikunu l-​ewwel li jerfgħu idhom fuqu biex joqtluh, u mbagħad il-​poplu kollu;+ u int trid teqred il-​ħażen minn ġo nofsok.+  “Jekk xi kwistjoni li trid tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja dwarha tkun straordinarja wisq għalik,+ kwistjoni li fiha jkun inxtered id-​demm,+ u li fiha tkun infetħet kawża legali,+ jew sar xi għemil vjolenti, kwistjonijiet li fihom ma jkunx hemm qbil,+ ’il ġewwa minn bwiebek, qum u itlaʼ lejn il-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+  u mur għand il-​qassisin,+ il-​Leviti, u għand l-​imħallef+ li jkun qed jaqdi dak iż-​żmien, u staqsihom, u jagħtuk il-​kelma tad-​deċiżjoni ġudizzjarja.+ 10  Imbagħad agħmel skond il-​kelma li jagħtuk minn dak il-​post li jagħżel Ġeħova; u qis li tagħmel skond kulma jgħidulek. 11  Għandek tagħmel+ skond il-​liġi li jindikawlek, u skond id-​deċiżjoni ġudizzjarja li jgħidulek. Titwarrabx mill-​kelma li jagħtuk, la lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug.+ 12  U r-​raġel li jkun prużuntuż u ma jagħtix widen lill-​qassis, li jkun qed jaqdi hemmhekk lil Ġeħova Alla tiegħek, jew lill-​imħallef,+ dan ir-​raġel għandu jmut;+ u trid teqred il-​ħażen minn Israel.+ 13  U n-​nies kollha jisimgħu u jibżgħu,+ u ma jkunux prużuntużi iktar. 14  “Meta fl-​aħħar tidħol fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+ u tgħid, ‘Ħa nagħmel sultan fuqi bħall-​ġnus kollha taʼ madwari’;+ 15  qis li tagħmel fuqek sultan li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek.+ Minn fost ħutek għandek tagħmel sultan fuqek. Ma tistax tqiegħed fuqek barrani li m’huwiex ħuk. 16  Biss hu m’għandux ikollu ħafna żwiemel,+ lanqas iġiegħel lin-​nies imorru lura l-​Eġittu sabiex ikollhom ħafna żwiemel;+ filwaqt li Ġeħova qalilkom, ‘Qatt m’għandkom tmorru lura minn din it-​triq.’ 17  M’għandux ikollu ħafna nisa, sabiex qalbu ma titwarrabx minni;+ lanqas m’għandu jkollu wisq fidda u deheb.+ 18  U jrid iseħħ li meta joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron taʼ saltnatu, irid jikteb fi ktieb kopja taʼ din il-​liġi għalih innifsu minn fuq dik li hemm għand il-​qassisin, il-​Leviti.+ 19  “U tibqaʼ għandu, u jrid jaqra minnha l-​jiem kollha taʼ ħajtu,+ sabiex jitgħallem jibżaʼ minn Ġeħova Alla tiegħu, u b’hekk iħares il-​kliem kollu taʼ din il-​liġi u dawn ir-​regolamenti billi jagħmilhom;+ 20  sabiex qalbu ma titkabbarx fuq ħutu+ u biex ma jitwarrabx mill-​kmandamenti la lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug,+ u b’hekk itawwal jiemu fuq is-​saltna tiegħu,+ hu u wliedu f’nofs Israel.

Noti taʼ taħt