Dewteronomju 16:1-22

16  “Ħares ix-​xahar taʼ Abib,+ u trid tiċċelebra l-​Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax fix-​xahar taʼ Abib Ġeħova Alla tiegħek ħarġek mill-​Eġittu bil-​lejl.+  U offri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova Alla tiegħek,+ min-​nagħaġ u mill-​baqar,*+ fil-​post li jagħżel Ġeħova biex ismu jgħammar hemmhekk.+  Tiekol xejn imħemmer miegħu għal sebat ijiem.+ Għandek tiekol miegħu ħobż bla ħmira, il-​ħobż tas-​sofferenza, għax bl-​għaġla ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ sabiex il-​jiem kollha taʼ ħajtek tiftakar fil-​jum li fih ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu.+  U ebda għaġina mħemmra* m’għandha tidher għandek fit-​territorju kollu tiegħek għal sebat ijiem,+ u lanqas xejn mil-​laħam, li toffri bħala sagrifiċċju fil-​għaxija fl-​ewwel jum, m’għandu jibqaʼ l-​lejl kollu sa fil-​għodu.+  Ma tistax toffri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż f’xi waħda minn blietek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.  Imma fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk+ għandek toffri s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż fil-​għaxija malli tinżel ix-​xemx,+ fiż-​żmien stabbilit li fih int ħriġt mill-​Eġittu.  U sajjar u kul+ fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ u fil-​għodu dur lura u mur lejn it-​tined tiegħek.  Sitt ijiem għandek tiekol ħobż bla ħmira; u fis-​sebaʼ jum ikun hemm assemblea solenni* għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol.  “Għandek tgħodd sebaʼ ġimgħat. Tibda tgħodd sebaʼ ġimgħat minn meta tmidd il-​minġel l-​ewwel darba fiż-​żaraʼ wieqaf.+ 10  Imbagħad iċċelebra l-​festa tal-​ġimgħat lil Ġeħova Alla tiegħek,+ skond l-​offerta volontarja taʼ idek li tistaʼ tagħti int, sewwasew bħalma jbierkek Ġeħova Alla tiegħek.+ 11  U thenna quddiem Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita, li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek,* u r-​resident barrani+ u t-​tifel bla missier+ u l-​armla,+ li qegħdin f’nofsok, fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 12  U ftakar li int kont ilsir fl-​Eġittu,+ u osserva u wettaq dawn ir-​regolamenti.+ 13  “Il-​festa taʼ l-​għerejjex+ għandek tiċċelebraha għal sebat ijiem meta tiġbor mill-​qiegħa tad-​dris tiegħek u mill-​magħsar taż-​żejt u taʼ l-​inbid tiegħek. 14  U thenna matul il-​festa tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita u r-​resident barrani u t-​tifel bla missier u l-​armla, li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek. 15  Għal sebat ijiem tiċċelebra l-​festa+ lil Ġeħova Alla tiegħek fil-​post li jagħżel Ġeħova, għaliex Ġeħova Alla tiegħek ibierkek+ fil-​prodott tiegħek kollu u f’kull għemil taʼ idek, u ħlief ferħ ma jkollokx.+ 16  “Tliet darbiet fis-​sena kull raġel minn fostkom għandu jidher quddiem Ġeħova Alla tiegħek fil-​post li jagħżel hu:+ fil-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ fil-​festa tal-​ġimgħat,+ u fil-​festa taʼ l-​għerejjex,+ u ħadd m’għandu jidher quddiem Ġeħova b’idu vojta.+ 17  L-għotja taʼ id kull wieħed għandha tkun skond il-​barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek.+ 18  “Għandek tqiegħed imħallfin+ u uffiċjali+ ’l ġewwa minn bwiebek kollha li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik skond it-​tribujiet tiegħek, u jridu jiġġudikaw lin-​nies b’ġudizzju ġust. 19  Tgħawwiġx il-​ġudizzju.+ Tkunx parzjali+ u taċċettax tixħim, għax it-​tixħim jagħmi għajnejn l-​għorrief+ u jgħawweġ il-​kliem tan-​nies sewwa. 20  Il-ġustizzja—il-​ġustizzja għandek tfittex,+ sabiex tibqaʼ ħaj u tieħu f’idejk l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ 21  “Tħawwel ebda tip taʼ siġra bħala arblu sagru ħdejn l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek li tagħmel għalik.+ 22  “Lanqas m’għandek twaqqaf għalik pilastru sagru,+ xi ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek tassew jobgħodha.+

Noti taʼ taħt

Jew, “qatgħa bhejjem.”
Ara Eżo 12:15, in-​nota taʼ taħt.
Ara Le 23:36, in-​nota taʼ taħt.
Jew, “beltek.”