Dewteronomju 15:1-23

15  “Wara kull sebaʼ snin għandek tħabbar ħelsien mid-​djun.  U dan hu l-​mod kif għandu jsir il-​ħelsien:+ min jislef għandu jeħles lil sieħbu mid-​dejn li jkun waqaʼ fih. M’għandux jissikka lil sieħbu jew lil ħuh biex iħallsu,+ għax irid jitħabbar il-​ħelsien f’ġieħ Ġeħova.+  Lill-barrani+ tistaʼ tissikkah biex iħallsek; imma lil ħuk erħilu idek għal dak li għandu jagħtik.  Madankollu, ħadd m’għandu jiftaqar f’nofsok, għax Ġeħova żgur li se jbierkek+ fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk,+  bil-patt li tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex toqgħod attent li tagħmel dawn il-​kmandamenti kollha li qed nikkmandak illum.+  Għax Ġeħova Alla tiegħek se jbierkek sewwasew bħalma wiegħdek, u int issellef+ b’rahan lil ħafna ġnus, filwaqt li int innifsek ma tissellifx; u int tiddomina lil ħafna ġnus, filwaqt li huma ma jiddominawkx.+  “Jekk xi ħadd minn ħutek jiftaqar f’nofsok f’waħda mill-​bliet tiegħek, f’artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, twebbisx qalbek u tkunx idek magħluqa maʼ ħuk il-​fqir.+  Għax għandek tkun idek miftuħa miegħu b’mod ġeneruż+ u assolutament tisilfu b’rahan kemm jeħtieġ, kemm ikollu bżonn.  Oqgħod attent li ma jmurx ikollok xi ħsieb ħażin f’qalbek+ u tgħid, ‘Is-​sebaʼ sena, is-​sena tal-​ħelsien, qorbot,’+ u għajnek ma tkunx ġeneruża maʼ ħuk il-​fqir,+ u int ma tagħtih xejn, u jkollu jgħajjat lil Ġeħova kontrik,+ u jsir dnub min-​naħa tiegħek.+ 10  Qis li tagħtih,+ u qalbek m’għandhiex tkun xħiħa meta tagħtih, għax minħabba f’hekk Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kull għemil tiegħek u f’kull xogħol li tagħmel.+ 11  Għax dejjem se jkun hemm xi ħadd fqir f’nofs l-​art.+ Huwa għalhekk li qed nikkmandak u ngħidlek, ‘Għandek tkun idek miftuħa b’mod ġeneruż maʼ ħuk li jkun magħkus u fqir f’artek.’+ 12  “Jekk ħuk, xi Ebrew jew Ebrea,+ jinbiegħ lilek u jkun qdiek għal sitt snin, imbagħad fis-​sebaʼ sena għandek tibagħtu mingħandek bħala wieħed ħieles.+ 13  U jekk tibagħtu mingħandek bħala wieħed ħieles, tibagħtux b’idu vojta.+ 14  Qis li tfornih b’xi ħaġa mill-​merħla tiegħek u mill-​qiegħa tad-​dris tiegħek u mill-​magħsar taż-​żejt u taʼ l-​inbid tiegħek. Sewwasew bħalma Ġeħova Alla tiegħek bierek lilek, hekk għandek tagħtih.+ 15  U ftakar li int kont ilsir fl-​art taʼ l-​Eġittu u Ġeħova Alla tiegħek fdiek.+ Huwa għalhekk li llum qed nikkmandak din il-​ħaġa. 16  “U jrid iseħħ li jekk hu jgħidlek, ‘Ma rridx nitlaq minn miegħek!’ għax ikun iħobb lilek u lin-​nies taʼ darek, peress li sakemm dam miegħek kien kuntent,+ 17  ħu xifa u taqqablu widintu mal-​bieb, u hu jsir l-​ilsir tiegħek ħajtu kollha.+ U l-​ilsira tiegħek għandek tagħmlilha l-​istess. 18  M’għandhiex tkun xi ħaġa iebsa f’għajnejk meta tibagħtu minn miegħek bħala wieħed ħieles;+ għaliex ix-​xogħol li ħadimlek għal sitt snin kien jiswa d-​doppju tal-​ħlas taʼ ħaddiem mikri,+ u Ġeħova Alla tiegħek ibierkek f’kulma tagħmel.+ 19  “Kull ferħ raġel li jkun l-​ewwel imwieled tal-​baqar tiegħek u tan-​nagħaġ tiegħek għandek tqaddsu lil Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol bil-​barri li jkun l-​ewwel imwieled, lanqas iġġiżż l-​ewwel imwieled tan-​nagħaġ tiegħek.+ 20  Quddiem Ġeħova Alla tiegħek tieklu minn sena għal sena fil-​post li jagħżel Ġeħova,+ int u n-​nies taʼ darek. 21  U jekk ikun fih xi difett, ikun zopp jew agħma, kwalunkwe difett ikrah, toffrihx bħala sagrifiċċju lil Ġeħova Alla tiegħek.+ 22  Għandek tieklu ’l ġewwa minn bwiebek, kemm min mhux nadif u kemm min hu nadif,+ bħall-​għażżiela u bħaċ-​ċerv.+ 23  Huwa biss demmu li ma tistax tiekol.+ Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+

Noti taʼ taħt