Dewteronomju 14:1-29

14  “Intom ulied Ġeħova Alla tagħkom.+ Tqattgħux ġisimkom+ u tqaxxrux ix-​xagħar+ taʼ fuq għajnejkom* għal xi persuna mejta.  Għax int poplu qaddis+ għal Ġeħova Alla tiegħek, u Ġeħova għażlek biex issir il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali,+ mill-​popli kollha li qegħdin fuq wiċċ l-​art.  “Tiekol ebda tip taʼ ħaġa mistkerrha.+  Dan hu t-​tip taʼ bhima li tistgħu tieklu:+ il-​barri, in-​nagħġa, il-​mogħża,  iċ-ċerv, l-​għażżiela, iċ-​ċerv iż-​żgħir,+ il-​mogħża salvaġġa, l-​antilop, in-​nagħġa salvaġġa, u l-​kamoxx;  u kull bhima li għandha d-​difer mifruq fi tnejn, li tixtarr fost il-​bhejjem.+ Din tistgħu tikluha.  Dan it-​tip biss m’għandkomx tieklu minn dawk li jixtarru jew li għandhom id-​difer mifruq, maqsum: il-​ġemel,+ il-​liebru,+ u l-​fenek tax-​xagħri,+ għax jixtarru imma m’għandhomx id-​difer mifruq. Dawn m’humiex nodfa għalikom.  Il-ħanżir+ ukoll, għax għandu d-​difer mifruq imma ma jixtarrx. M’huwiex nadif għalikom. Tieklu ebda laħam tagħhom, u tmissux l-​iġsma mejtin tagħhom.+  “Dan it-​tip tistgħu tieklu minn kulma hemm fl-​ilmijiet: Kulma għandu l-​ġwienaħ u l-​qxur tistgħu tikluh.+ 10  U dawk kollha li m’għandhomx ġwienaħ u qxur tikluhomx.+ M’humiex nodfa għalikom. 11  “Kull għasfur nadif tistgħu tikluh. 12  Imma dawn huma dawk li minnhom ma tistgħux tieklu: l-​ajkla, l-​arpa, l-​avultun iswed,+ 13  l-astun aħmar, l-​astun iswed,+ u l-​astun* skond ġensu; 14  u kull ċawlun+ skond ġensu; 15  u n-​nagħma,+ il-​kokka, il-​gawwija, u l-​falkun skond ġensu; 16  il-kokka żgħira, il-​kokka tal-​qrun,+ iċ-​ċinju, 17  il-pellikan,+ l-​avultun, il-​margun, 18  iċ-ċikonja, u r-​russett skond ġensu, u d-​daqquqa tat-​toppu u l-​farfett il-​lejl.+ 19  U kull ħliqa bil-​ġwienaħ li tgħix fi qtajjaʼ m’hijiex nadifa għalikom.+ M’għandhomx jittieklu. 20  Kull ħliqa li ttir u li hi nadifa tistgħu tikluha. 21  “Tieklu ebda ġisem li jkun diġà mejjet.+ Tistaʼ tagħtih lir-​resident barrani li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, u jieklu; jew tistaʼ tbigħu lil xi barrani, għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek. “Tgħallix gidi f’ħalib ommu.+ 22  “Qis li tagħti wieħed minn kull għaxra milli tipproduċi ż-​żerriegħa tiegħek, dak li jrodd ir-​rabaʼ minn sena għal sena.+ 23  U quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-​post li jagħżel hu biex ismu jgħammar hemmhekk, għandek tiekol l-​għexur tal-​qmuħ tiegħek,+ taʼ l-​inbid ġdid tiegħek, taż-​żejt tiegħek, u taʼ l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tiegħek;+ sabiex titgħallem tibżaʼ minn Ġeħova Alla tiegħek dejjem.+ 24  “Issa jekk il-​vjaġġ ikun twil wisq għalik,+ għax ma tkunx tiflaħ iġġorr kollox, ladarba l-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex iqiegħed ismu hemmhekk+ ikun ’il bogħod wisq għalik, (għaliex Ġeħova Alla tiegħek se jbierkek,)+ 25  sarraf kollox fi flus, u sorr il-​flus f’idek u vvjaġġa lejn il-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek. 26  Agħti l-​flus ukoll għal kulma ruħek tixxennaq għalih,+ sew jekk baqar, sew jekk nagħaġ, sew jekk mogħoż, sew jekk inbid, sew jekk xorb li jsakkar,+ u kulma ruħek titlob minnek; u kul hemmhekk quddiem Ġeħova Alla tiegħek u thenna,+ int u n-​nies taʼ darek. 27  U l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek, tabbandunahx,+ għax m’għandu ebda sehem jew wirt miegħek.+ 28  “Wara tliet snin toħroġ l-​għexur kollha tal-​prodott tiegħek f’dik is-​sena,+ u qegħedhom ’il ġewwa minn bwiebek. 29  U l-​Levita,+ peress li m’għandu ebda sehem jew wirt miegħek, u r-​resident barrani+ u t-​tifel bla missier u l-​armla,+ li qegħdin ’il ġewwa minn bwiebek, jiġu u jieklu u jixbgħu; sabiex Ġeħova jbierkek+ f’kull għemil+ taʼ idek li tagħmel.

Noti taʼ taħt

Jew, “tqaxxrux ġbinkom.”
Għasfur mhux nadif li m’huwiex identifikat.