Dewteronomju 12:1-32

12  “Dawn huma r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li għandkom toqogħdu attenti li twettquhom+ fl-​art li Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek, se jħallik tiħodha f’idejk, il-​jiem kollha sakemm iddumu ħajjin f’din l-​art.+  Għandkom teqirdu+ għalkollox il-​postijiet kollha fejn il-​ġnus li qed tiħdulhom il-​proprjetà tagħhom qdew lill-​allat tagħhom, fuq il-​muntanji għoljin u fuq l-​għoljiet u taħt kull siġra tħaddar.+  U tridu ġġarrfu l-​artali tagħhom+ u tfarrku l-​pilastri sagri tagħhom,+ u għandkom taħarqu l-​arbli sagri tagħhom+ fin-​nar u tqaċċtu x-​xbihat minquxin+ taʼ l-​allat tagħhom, u tridu teqirdu ismijiethom minn dak il-​post.+  “Tagħmlux hekk lil Ġeħova Alla tagħkom,+  imma fittxu l-​post li Ġeħova Alla tagħkom jagħżel mit-​tribujiet kollha tagħkom biex hemmhekk iqiegħed ismu ħalli dan jgħammar hemmhekk, u hemmhekk għandek tmur.+  U hemmhekk ħudu l-​offerti tal-​ħruq,+ is-​sagrifiċċji tagħkom, l-​għexur tagħkom,+ il-​kontribuzzjoni taʼ idkom,+ l-​offerti b’wegħda,+ l-​offerti volontarji tagħkom,+ u l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tagħkom.+  U hemmhekk kulu quddiem Ġeħova Alla tagħkom+ u thennew b’kull xogħol li tagħmlu,+ intom u n-​nies taʼ darkom, għaliex Ġeħova Alla tiegħek bierkek.  “Tagħmlux bħalma qed nagħmlu aħna hawnhekk illum, kull wieħed dak li jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh,+  għax għadkom ma dħaltux fil-​post taʼ mistrieħ+ u fil-​wirt li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek. 10  U tridu taqsmu l-​Ġordan+ u tgħammru fl-​art li Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom biex tkun tagħkom,+ u hu żgur li jagħtikom il-​mistrieħ mill-​għedewwa kollha taʼ madwarkom, u intom tgħammru fis-​sigurtà.+ 11  U jrid iseħħ li l-​post+ li jagħżel Ġeħova Alla tagħkom biex ismu jgħammar hemmhekk ikun fejn intom iġġibu dak kollu li kkmandajtkom dwaru, l-​offerti tal-​ħruq,+ is-​sagrifiċċji tagħkom, l-​għexur tagħkom,+ il-​kontribuzzjoni+ taʼ idkom, u kulma tagħżlu mill-​offerti b’wegħda+ li twiegħdu lil Ġeħova. 12  U tithennew quddiem Ġeħova Alla tagħkom,+ intom u wliedkom subien u bniet u l-​ilsiera tagħkom irġiel u nisa u l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebkom, għax m’għandu ebda sehem jew wirt magħkom.+ 13  Oqgħod attent li ma tmurx toffri l-​offerti tal-​ħruq fi kwalunkwe post ieħor li tara.+ 14  Imma għandek toffri l-​offerti tal-​ħruq fil-​post li jagħżel Ġeħova f’wieħed mit-​tribujiet tiegħek, u hemmhekk għandek tagħmel kulma qed nikkmandak.+ 15  “Madankollu, kulmeta ruħek tixxennaq għal-​laħam tistaʼ toqtol+ ’il ġewwa minn bwiebek kollha, u tiekol skond il-​barka li jkun tak Ġeħova Alla tiegħek. Min mhux nadif+ u min hu nadif jistaʼ jieklu, bħalma jiekol l-​għażżiela* u ċ-​ċerv.+ 16  Huwa biss id-​demm li ma tistgħux tieklu.+ Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+ 17  Ma tistax tiekol ’il ġewwa minn bwiebek il-​parti minn għaxra tal-​qmuħ tiegħek+ jew taʼ l-​inbid ġdid tiegħek jew taż-​żejt tiegħek jew l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tiegħek+ jew xi waħda mill-​offerti b’wegħda li twiegħed jew l-​offerti volontarji tiegħek+ jew il-​kontribuzzjoni taʼ idek.+ 18  Imma tieklu quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-​post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-​ilsir tiegħek u l-​ilsira tiegħek u l-​Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek; u thenna+ quddiem Ġeħova Alla tiegħek b’kull xogħol li tagħmel. 19  Oqgħod attent li ma tabbandunax lil-​Levita+ kemm iddum tgħix fuq artek. 20  “Meta Ġeħova Alla tiegħek ikabbar it-​territorju tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u int tgħid, ‘Ħa niekol il-​laħam,’ għax ruħek tixxennaq biex tiekol il-​laħam, kulmeta ruħek tixxennaq għalih int tistaʼ tiekol il-​laħam.+ 21  Jekk il-​post li Ġeħova Alla tiegħek jagħżel biex iqiegħed ismu+ hemmhekk ikun ’il bogħod minnek, oqtol ftit mill-​baqar tiegħek jew ftit min-​nagħaġ tiegħek li tak Ġeħova, sewwasew bħalma kkmandajtek, u kul ’il ġewwa minn bwiebek kulmeta ruħek tixxennaq għalih.+ 22  Huwa biss kif jittieklu l-​għażżiela u ċ-​ċerv li tistaʼ tieklu:+ kemm min mhux nadif+ u kemm min hu nadif jistaʼ jieklu. 23  Biss kun deċiż b’mod sod li ma tikolx id-​demm,+ għax id-​demm hu r-​ruħ+ u ma tistax tiekol ir-​ruħ mal-​laħam. 24  Tiklux. Għandek tferrgħu fl-​art bħall-​ilma.+ 25  Tiklux, sabiex jaħbatlek tajjeb lilek+ u lil uliedek warajk, għax int tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ 26  Għandek iġġorr biss l-​affarijiet imqaddsin tiegħek+ li jsiru tiegħek biex toffrihom, u l-​offerti b’wegħda,+ u mur fil-​post li jagħżel Ġeħova.+ 27  U offri l-​offerti tal-​ħruq,+ il-​laħam u d-​demm,+ fuq l-​artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek; u d-​demm tas-​sagrifiċċji tiegħek għandu jissawwab f’riġlejn l-​artal taʼ Ġeħova+ Alla tiegħek, imma l-​laħam tistaʼ tieklu. 28  “Ħares u obdi dan il-​kliem kollu li qed nikkmandak,+ sabiex jaħbatlek tajjeb+ sew lilek u sew lil uliedek warajk għal żmien indefinit, għax int tagħmel dak li hu tajjeb u sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek.+ 29  “Meta Ġeħova Alla tiegħek jeqred minn quddiemek il-​ġnus li int sejjer għandhom biex tiħdilhom il-​proprjetà tagħhom,+ ħudilhom il-​proprjetà tagħhom u għammar f’arthom.+ 30  Oqgħod attent li ma tmurx tinqabad fin-​nassa warajhom,+ wara li jkunu nġiebu fix-​xejn quddiemek, u li ma tmurx tistaqsi dwar allathom u tgħid, ‘Dawn il-​ġnus kif kienu jaqdu lil allathom? U jien, iva, jien, se nagħmel l-​istess.’ 31  Tagħmilx hekk lil Ġeħova Alla tiegħek,+ għax huma jagħmlu lil allathom kull ħaġa li Ġeħova jistkerrah u jobgħod, għax saħansitra lil uliedhom subien u bniet jaħarquhom regolarment fin-​nar lil allathom.+ 32  Kull kelma li qed nikkmandakom għandkom toqogħdu attenti li tagħmluha.+ Iżżidux magħha u tnaqqsux minnha.+

Noti taʼ taħt

Jew, “ċerva ħafifa.”