Dewteronomju 11:1-32

11  “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek+ u ħares l-​obbligu li għandek lejh u l-​istatuti tiegħu u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u l-​kmandamenti tiegħu dejjem.  U llum intom tafu tajjeb (għax mhux qed inkellem lil uliedkom li ma jafux u ma rawx id-​dixxiplina taʼ Ġeħova+ Alla tagħkom, il-​kobor tiegħu,+ l-​id b’saħħitha tiegħu+ u driegħu maħruġ ’il barra,+  lanqas ma raw is-​sinjali u l-​għemejjel tiegħu li għamel f’nofs l-​Eġittu+ lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u lil artu kollha;  lanqas x’għamel lill-​qawwiet militari taʼ l-​Eġittu, liż-​żwiemel u l-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu li għal fuq wiċċhom qaleb l-​ilmijiet tal-​Baħar l-​Aħmar meta kienu qed jiġru warajkom,+ u Ġeħova qeridhom b’mod li ma rkuprawx minnu sa dan il-​jum;+  lanqas x’għamel lilkom fix-​xagħri sakemm ġejtu f’dan il-​post;  lanqas x’għamel lil Datan u lil Abiram,+ ulied Eljab, bin Ruben, meta l-​art fetħet fommha u belgħet lilhom u lin-​nies taʼ darhom u t-​tined tagħhom u kull ħaġa ħajja li mxiet warajhom f’nofs Israel kollu);+  għax rajtu b’għajnejkom l-​għemejjel kbar kollha li għamel Ġeħova.+  “U ħarsu l-​kmandamenti kollha+ li qed nikkmandakom illum, sabiex issiru b’saħħitkom u tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom,+  u sabiex ittawlu jiemkom+ fuq l-​art li Ġeħova ħalef lil missirijietkom li jagħtiha lilhom u lil nisilhom,+ art li tnixxi ħalib u għasel.+ 10  “Għax l-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk mhix bħall-​art taʼ l-​Eġittu li ħriġtu minnha, fejn kont tiżraʼ ż-​żerriegħa u kellek issaqqiha b’sieqek,* bħal ġnien tal-​ħxejjex. 11  Imma l-​art li se taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom hi art taʼ muntanji u pjanuri fil-​widien.+ Tixrob l-​ilma mix-​xita tas-​smewwiet; 12  art li qed jieħu ħsiebha Ġeħova Alla tiegħek. Għajnejn+ Ġeħova Alla tiegħek huma l-​ħin kollu fuqha, mill-​bidu tas-​sena sat-​tmiem tas-​sena. 13  “U jrid iseħħ li jekk tassew tobdu l-​kmandamenti tiegħi+ li qed nikkmandakom illum sabiex tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom u taqduh b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha,+ 14  jien ukoll żgur li nagħti x-​xita lir-​rabaʼ tagħkom fiż-​żmien stabbilit tagħha,+ xita tal-​ħarifa u xita tar-​rebbiegħa,+ u int tiġbor il-​qmuħ u l-​inbid ħelu u ż-​żejt tiegħek. 15  U jien innibbet il-​ħaxix fir-​rabaʼ tiegħek għall-​annimali domestiċi tiegħek,+ u int tiekol u tixbaʼ.+ 16  Oqogħdu attenti għalikom infuskom li ma tmurx qalbkom titħajjar,+ u dduru u tqimu allat oħrajn u tmilu quddiemhom,+ 17  u r-​rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jagħlaq is-​smewwiet sabiex ma jkun hemm ebda xita+ u l-​art ma tagħtix il-​prodott tagħha u jkollkom tgħibu bil-​ħeffa minn fuq l-​art tajba li Ġeħova qed jagħtikom.+ 18  “U daħħlu dan il-​kliem tiegħi f’qalbkom+ u f’ruħkom u orbtuh bħala sinjal fuq idkom, u jrid iservi bħala strixxa fuq ġbinkom bejn għajnejkom.+ 19  Għallmu lil uliedek, billi titkellem dwaru meta toqgħod bil-​qiegħda f’darek u meta timxi fit-​triq u meta timtedd u meta tqum.+ 20  U iktbu fuq il-​koxox tal-​bieb taʼ darek u fuq il-​bibien taʼ beltek,+ 21  sabiex jiemkom u jiem uliedkom ikunu ħafna+ fuq l-​art li Ġeħova ħalef li jagħtiha lil missirijietkom,+ sakemm is-​smewwiet jibqgħu jeżistu ’l fuq mill-​art.+ 22  “Għax jekk tħarsu bir-​reqqa dawn il-​kmandamenti kollha+ li qed nikkmandakom sabiex tagħmluhom, biex tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom,+ biex timxu fit-​triqat kollha tiegħu+ u tintrabtu sew miegħu,+ 23  Ġeħova jkeċċi lil dawn il-​ġnus kollha minħabba fikom,+ u intom tieħdu l-​proprjetà taʼ ġnus akbar u iktar numerużi minnkom.+ 24  Kull post li tirfsu fuqu b’qiegħ saqajkom isir tagħkom.+ Mix-​xagħri sal-​Libanu, mix-​Xmara, ix-​xmara Ewfrat, sal-​baħar tal-​punent tkun il-​fruntiera tagħkom.+ 25  Ebda bniedem ma jiqfilkom.+ Ġeħova Alla tagħkom iqiegħed it-​tkexkix u l-​biżaʼ minnkom quddiem wiċċ l-​art kollha+ li se tirfsu fuqha, sewwasew bħalma wegħedkom. 26  “Ara! Illum qed inpoġġi quddiemkom barka u saħta:+ 27  il-barka, bil-​patt li tobdu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ li qed nikkmandakom illum; 28  u s-​saħta,+ jekk ma tobdux il-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħkom+ u twarrbu mit-​triq li dwarha qed nikkmandakom illum, sabiex timxu wara allat oħrajn li ma tafuhomx. 29  “U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek idaħħlek fl-​art li sejjer fiha biex tiħodha f’idejk,+ trid tlissen il-​barka fuq il-​Muntanja Geriżim+ u s-​saħta fuq il-​Muntanja Għebal.+ 30  M’humiex dawn fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn id-​direzzjoni taʼ nżul ix-​xemx, f’art il-​Kangħanin li qed jgħammru fl-​Għaraba,+ quddiem Gilgal,+ ħdejn is-​siġar il-​kbar taʼ More?+ 31  Għax intom se taqsmu l-​Ġordan biex tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art li qed jagħtikom Ġeħova Alla tagħkom, u tridu tiħduha f’idejkom u tgħammru fiha.+ 32  U qisu li twettqu r-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha+ li qed inpoġġi quddiemkom illum.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, b’xi ħaġa li titħaddem bis-​saqajn, sew jekk b’xi rota taʼ l-​ilma u sew billi jsiru u jinfetħu kanali taʼ l-​ilma.