Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Dewteronomju 10:1-22

10  “F’dak iż-żmien partikulari Ġeħova qalli, ‘Onqox żewġ twavel tal-ġebel bħal dawk taʼ l-ewwel,+ u itlaʼ ħdejja fuq il-muntanja, u agħmel arka taʼ l-injam.+  U fuq it-twavel jien nikteb il-kliem li deher fuq l-ewwel twavel, li farrakt int, u poġġihom fl-arka.’  Għalhekk, jien għamilt arka taʼ l-injam taʼ l-akaċja u naqqaxt żewġ twavel bħal dawk taʼ l-ewwel+ u tlajt fuq il-muntanja, u ż-żewġ twavel kienu f’idi.  Imbagħad hu kiteb fuq it-twavel l-istess kitba bħal taʼ l-ewwel,+ l-Għaxar Kelmiet,+ li Ġeħova kien qalilkom fuq il-muntanja minn ġon-nar+ f’jum il-kongregazzjoni;+ u mbagħad Ġeħova tahomli.  U jien dort u nżilt minn fuq il-muntanja+ u poġġejt it-twavel fl-arka li kont għamilt, sabiex jibqgħu hemmhekk, sewwasew bħalma kien ikkmandani Ġeħova.+  “U wlied Israel telqu minn Birot Bene-ġagħkan+ lejn Mosera. Hemmhekk miet Aron, u hemmhekk indifen;+ u ibnu Elegħażar beda jaqdi bħala qassis minfloku.+  Minn hemmhekk telqu lejn Gudgoda, u minn Gudgoda lejn Ġotbata,+ art taʼ widien mimlijin bl-ilma ġieri.  “F’dak iż-żmien partikulari Ġeħova warrab apparti lit-tribù taʼ Levi+ biex iġorr l-arka tal-patt taʼ Ġeħova,+ ħalli jieqaf quddiem Ġeħova biex jaqdih+ u jbierek f’ismu sa dan il-jum.+  Huwa għalhekk li Levi m’għandu ebda sehem u wirt+ maʼ ħutu. Ġeħova hu l-wirt tiegħu, sewwasew bħalma kien qallu Ġeħova Alla tiegħek.+ 10  U jien—jien qgħadt fuq il-muntanja l-istess bħall-ewwel jiem, erbgħin jum u erbgħin lejl,+ u Ġeħova semagħni din id-darba wkoll.+ Ġeħova ma riedx jeqirdek.+ 11  Imbagħad Ġeħova qalli, ‘Qum, mur quddiem il-poplu biex titilqu minn hemmhekk, ħalli jidħlu u jieħdu f’idejhom l-art li ħlift lil missirijiethom li nagħtihielhom.’+ 12  “U issa, O Israel, x’qed jitlob minnek Ġeħova Alla tiegħek+ ħlief li tibżaʼ+ minn Ġeħova Alla tiegħek sabiex timxi fi triqatu kollha+ u tħobb+ u taqdi lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha;+ 13  biex tħares il-kmandamenti taʼ Ġeħova u l-istatuti tiegħu+ li qed nikkmandak illum, għall-ġid tiegħek?+ 14  Ara! Taʼ Ġeħova Alla tiegħek huma s-smewwiet,+ saħansitra s-smewwiet tas-smewwiet, l-art+ u kulma fiha. 15  Lejn missirijietek biss inġibed Ġeħova sabiex iħobbhom, u b’hekk għażel lil nisilhom warajhom,+ saħansitra lilkom, mill-popli kollha, bħalma hu llum. 16  U intom agħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lil qlubkom+ u tkomplux twebbsu raskom.*+ 17  Għax Ġeħova Alla tagħkom hu l-Alla taʼ l-allat+ u s-Sid tas-sidien,+ l-Alla l-kbir, setgħan u jqanqal il-biżaʼ,+ li ma jittratta lil ħadd bil-parzjalità+ u lanqas jaċċetta tixħim,+ 18  jagħmel ħaqq għat-tifel bla missier u għall-armla+ u jħobb lir-resident barrani,+ u b’hekk jagħtih x’jiekol u x’jilbes. 19  Intom ukoll tridu tħobbu lir-resident barrani,+ għax kontu residenti barranin fl-art taʼ l-Eġittu.+ 20  “Minn Ġeħova Alla tiegħek għandek tibżaʼ.+ Lilu għandek taqdi,+ u miegħu għandek tintrabat,+ u b’ismu għandek taħlef.+ 21  Lilu għandek tfaħħar,+ u hu Alla tiegħek, li għamillek dawn l-affarijiet kbar li jqanqlu l-biżaʼ u li rajt b’għajnejk.+ 22  B’sebgħin ruħ niżlu l-Eġittu missirijietek,+ u issa Ġeħova Alla tiegħek għamlek bħall-kwiekeb tas-smewwiet daqskemm int kotran.+

Noti taʼ taħt

Jew, “twebbsu għonqkom.”