Dewteronomju 1:1-46

1  Dan hu l-​kliem* li Mosè qal lil Israel kollu fir-​reġjun tal-​Ġordan,+ fix-​xagħri, fil-​pjanuri tad-​deżert quddiem Suf, bejn il-​Faran+ u Tofel u Laban u Ħaserot+ u Diżaħab,  ħdax-il jum mixi mill-​Ħoreb, mit-​triq li tagħti għall-​Muntanja Segħir, sa Kades-barnegħa.+  U ġara li fis-​sena erbgħin,+ fl-​ewwel tax-​xahar tal-​ħdax-il xahar, Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova għalihom,  wara li għeleb lil Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon, u lil Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, li kien jgħammar f’Għastarot,+ f’Edrej.+  Fir-reġjun tal-​Ġordan, fl-​art taʼ Mowab, Mosè beda jispjega din il-​liġi,+ u qal:  “Ġeħova Alla tagħna kellimna fil-​Ħoreb+ u qalilna, ‘Qgħadtu biżżejjed f’dan ir-​reġjun muntanjuż.+  Duru u itilqu fi triqitkom u morru fir-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin+ u għand il-​ġirien kollha tagħhom fl-​Għaraba,+ ir-​reġjun muntanjuż+ u s-​Sefela u n-​Negeb+ u l-​kosta tal-​baħar,+ l-​art tal-​Kangħanin,+ u l-​Libanu,+ sax-​xmara l-​kbira, ix-​xmara Ewfrat.+  Ara! Inqiegħed l-​art quddiemkom. Idħlu u ħudu f’idejkom l-​art li dwarha Ġeħova ħalef lil missirijietkom, lil Abraham, lil Iżakk,+ u lil Ġakobb,+ li jagħtiha lilhom u lil nisilhom warajhom.’+  “U dik il-​ħabta jien għedtilkom dan, ‘M’għandix il-​ħila nġorrkom waħdi.+ 10  Ġeħova Alla tagħkom kattarkom, u, ara, illum intom bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet daqskemm intom kotrana.+ 11  Jalla Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom, iżidkom+ elf darba iktar milli intom, u jalla jberikkom+ bħalma wegħedkom.+ 12  Kif nistaʼ nġorr waħdi l-​piż tagħkom u t-​tagħbija tagħkom u t-​tilwim tagħkom?+ 13  Ġibu rġiel għorrief u għaqlin+ u bl-​esperjenza+ mit-​tribujiet tagħkom, sabiex nagħmilhom kapijiet fuqkom.’+ 14  U intom wiġibtuni u għedtuli, ‘Dak li għedtilna biex nagħmlu hu tajjeb.’ 15  Għalhekk, jien ħadt il-​kapijiet tat-​tribujiet tagħkom, irġiel għorrief u bl-​esperjenza, u qegħedthom bħala kapijiet fuqkom, kapijiet taʼ l-​eluf u kapijiet tal-​mijiet u kapijiet tal-​ħamsinijiet u kapijiet taʼ l-​għaxriet u uffiċjali tat-​tribujiet tagħkom.+ 16  “U ssoktajt nordna lill-​imħallfin tagħkom dik il-​ħabta, u għedtilhom, ‘Meta jkollkom smigħ taʼ xi każ bejn ħutkom, iġġudikaw bil-​ġustizzja+ bejn raġel u ħuh jew ir-​resident barrani tiegħu.+ 17  Tkunux parzjali meta tiġġudikaw.+ Għandkom tisimgħu liż-​żgħir l-​istess bħall-​kbir.+ Tibżgħux minn xi bniedem,+ għax il-​ġudizzju hu t’Alla;+ u l-​każ li jkun iebes wisq għalikom, għandkom tippreżentawh quddiemi, u jien nisimgħu.’+ 18  U jien ordnajtilkom dik il-​ħabta kulma għandkom tagħmlu. 19  “Imbagħad tlaqna mill-​Ħoreb u mxejna minn ġo dak ix-​xagħri kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ li intom rajtu, fit-​triq li tagħti għar-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin,+ sewwasew bħalma kien ikkmandana Ġeħova Alla tagħna; u wasalna Kades-barnegħa.+ 20  U għedtilkom, ‘Wasaltu fir-​reġjun muntanjuż taʼ l-​Amurrin, li Ġeħova Alla tagħna qed jagħtina.+ 21  Ara! Ġeħova Alla tiegħek reħa l-​art f’idejk.+ Qum, ħudha f’idejk, sewwasew bħalma qallek Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietek.+ Tibżax, u titwerwirx.’+ 22  “Madankollu, ilkoll kemm intom ġejtu ħdejja u għedtuli, ‘Ħa nibagħtu xi rġiel qabilna biex jitkixxfulna l-​art u jġibulna l-​aħbar dwar it-​triq li għandna nitilgħu minnha u dwar il-​bliet li se mmorru fihom.’+ 23  Sewwa, din il-​ħaġa dehret li kienet tajba f’għajnejja, u għalhekk minnkom ħadt tnax-il raġel, wieħed minn kull tribù.+ 24  Imbagħad dawn daru u telgħu lejn ir-​reġjun muntanjuż+ u waslu sal-​wied* t’Eskol+ u tkixxfu l-​art. 25  U ħadu ftit mill-​frott taʼ l-​art+ f’idejhom u ġabuhulna, u ġabulna l-​aħbar u qalulna, ‘L-​art li se jagħtina Ġeħova Alla tagħna hi tajba.’+ 26  Imma intom ma xtaqtux titilgħu,+ u bdejtu tirribellaw kontra l-​ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+ 27  U bqajtu tgergru fit-​tined tagħkom u tgħidu, ‘Ġeħova għax bagħadna+ ħariġna mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ biex jagħtina f’idejn l-​Amurrin, ħalli jeqridna għalkollox.+ 28  Fejn se nitilgħu? Ħutna qatgħulna qalbna+ meta qalulna: “Hemmhekk rajna poplu akbar u itwal minna,+ bliet kbar u fortifikati sas-​smewwiet+ kif ukoll lil ulied l-​Għanakin.”’+ 29  “Għalhekk, jien għedtilkom, ‘Tinħasdux u tibżgħux minħabba fihom.+ 30  Ġeħova Alla tagħkom sejjer qabilkom. Se jiġġieled għalikom+ fi qbil maʼ kulma għamel magħkom fl-​Eġittu quddiem għajnejkom stess,+ 31  u fix-​xagħri,+ fejn int rajt kif Ġeħova Alla tiegħek ġarrek+ bħalma raġel iġorr lil ibnu, fit-​triq kollha li mxejtu sakemm wasaltu f’dan il-​post.’+ 32  Imma, minkejja dan il-​kliem, intom ma poġġejtux il-​fidi tagħkom f’Ġeħova Alla tagħkom,+ 33  li mexa quddiemkom fit-​triq biex ifittxilkom post fejn tikkampjaw,+ bil-​lejl permezz tan-​nar biex taraw minn liema triq għandkom tgħaddu u bi nhar permezz taʼ sħaba.+ 34  “Sadanittant, Ġeħova semaʼ l-​kliem li kontu qed tgħidu. Għalhekk, tgħaddab u ħalef+ u qal, 35  ‘Ħadd minn din il-​ġenerazzjoni mill-​agħar ma se jara l-​art tajba li jien ħlift li nagħtiha lil missirijietkom,+ 36  ħlief Kaleb, bin Ġefunne.+ Hu jaraha, u lilu u lil uliedu nagħtihom l-​art li rifes fuqha, minħabba l-​fatt li hu mexa għalkollox wara Ġeħova.+ 37  (Ġeħova tgħaddab kontrija wkoll minħabba fikom, u qalli, ‘Int ukoll ma tidħolx hemmhekk.+ 38  Ġożwè, bin Nun, li qiegħed quddiemek, jidħol hemmhekk.’+ Lilu saħħaħ Alla,+ għax se jġiegħel lil Israel jiret l-​art.) 39  U ż-​żgħar tagħkom li dwarhom għedtu: “Se jinħatfu bħala priża!”+ u wliedkom li llum ma jafux x’inhu tajjeb jew x’inhu ħażin, dawn jidħlu hemmhekk, u lilhom nagħtiha, u jiħduha f’idejhom. 40  U intom biddlu d-​direzzjoni u itilqu lejn ix-​xagħri mit-​triq li tagħti għall-​Baħar l-​Aħmar.’+ 41  “U intom wiġibtu u għedtuli, ‘Dnibna kontra Ġeħova.+ Aħna—aħna se nitilgħu u niġġieldu fi qbil maʼ dak kollu li kkmandana Ġeħova!’ Għalhekk, tħażżimtu, kull wieħed minnkom, bl-​armi tal-​gwerra tiegħu u ħsibtu li kien faċli li titilgħu fuq il-​muntanja.+ 42  Imma Ġeħova qalli, ‘Għidilhom: “Titilgħux biex tiġġieldu, għaliex jien m’iniex f’nofskom;+ biex ma tiġux megħlubin mill-​għedewwa tagħkom.”’+ 43  Għalhekk, jien kellimtkom, u intom ma tajtunix widen imma bdejtu tirribellaw+ kontra l-​ordni taʼ Ġeħova u titmasħnu, u pprovajtu titilgħu fuq il-​muntanja.+ 44  Imbagħad l-​Amurrin, li kienu qed jgħammru fuq din il-​muntanja, ħarġu jiltaqgħu magħkom u ġrew warajkom,+ bħalma jagħmel in-​naħal, u xerrdukom fis-​Segħir saħansitra sa Ħorma.+ 45  Imbagħad ġejtu lura u bdejtu tibku quddiem Ġeħova, imma Ġeħova la semaʼ leħinkom,+ u lanqas takom widen.+ 46  Għalhekk, bqajtu tgħammru f’Kades għal ħafna jiem, il-​jiem kollha li kontu tgħammru hemmhekk.+

Noti taʼ taħt

“Dan hu l-​kliem.” Bl-​Ebrajk, dan il-​ħames ktieb taʼ Mosè hu msemmi għal din l-​espressjoni. “Dewteronomju,” li jfisser “It-​Tieni Liġi,” jiġifieri, spjegazzjoni tal-​Liġi, hu l-​isem mogħti lil dan il-​ktieb mis-​Settanta.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.