Danjel 9:1-27

9  Fl-ewwel sena taʼ Darju,+ bin Aħasweru, minn nisel il-​Medin,+ li kien sultan fuq is-​saltna tal-​Kaldin;+  fl-ewwel sena li beda jsaltan, jien, Danjel, indunajt mill-​kotba bl-​għadd tas-​snin li dwarhom Ġeħova kien kellem lill-​profeta Ġeremija,+ biex titwettaq il-​ħerba taʼ Ġerusalemm,+ jiġifieri, sebgħin sena.+  U dawwart wiċċi+ lejn Ġeħova, l-​Alla l-​veru, sabiex infittxu bit-​talb,+ bis-​suppliki,* bis-​sawm, bl-​ilbies taʼ l-​ixkora, u bl-​irmied.+  U bdejt nitlob lil Ġeħova Alla tiegħi u nistqarr u ngħid:+ “Ah! Ġeħova, l-​Alla l-​veru, il-​Wieħed kbir+ li jqanqal il-​biżaʼ, li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba+ maʼ dawk li jħobbuh u li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu,+  aħna dnibna+ u żbaljajna u aġixxejna bil-​ħażen u rribellajna;+ u tbegħedna mill-​kmandamenti tiegħek u mid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+  U ma tajniex widen lill-​qaddejja tiegħek il-​profeti,+ li f’ismek kellmu lis-​slaten tagħna, lill-​prinċpijiet tagħna, lil missirijietna, u lin-​nies kollha tal-​pajjiż.+  O Ġeħova, tiegħek hu s-​sewwa, imma tagħna l-​mistħija tal-​wiċċ, kif ninsabu llum,+ aħna n-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm u l-​Israelin kollha, dawk qrib u dawk ’il bogħod fil-​pajjiżi kollha li xerridthom fihom minħabba l-​infedeltà tagħhom li biha aġixxew kontrik.+  “O Ġeħova, tagħna hi l-​mistħija tal-​wiċċ, tas-​slaten tagħna, tal-​prinċpijiet tagħna, u taʼ missirijietna, għaliex dnibna kontrik.+  Taʼ Ġeħova Alla tagħna huma l-​ħniniet+ u l-​atti taʼ maħfra,+ għax aħna rribellajna kontrih.+ 10  U ma smajniex minn leħen Ġeħova Alla tagħna biex nimxu mal-​liġijiet tiegħu li qegħdilna quddiemna permezz tal-​qaddejja tiegħu l-​profeti.+ 11  L-Israelin kollha kisru l-​liġi tiegħek, u tbiegħdu minnek billi ma semgħux minn leħnek,+ u b’hekk int sawwabt fuqna s-​saħta msaħħa bil-​ħalfa+ li hi miktuba fil-​liġi taʼ Mosè, il-​qaddej taʼ l-​Alla l-​veru, għax dnibna kontra Tiegħu. 12  U wettaq kliemu li kien lissen kontrina+ u kontra l-​imħallfin tagħna li ġġudikawna,+ billi ġab fuqna gwaj kbir, li bħalu qatt ma sar taħt is-​smewwiet kollha bħal dak li sar f’Ġerusalemm.+ 13  Bħalma hu miktub fil-​liġi taʼ Mosè,+ ġie fuqna dan il-​gwaj kollu,+ u ma taffejniex il-​korla* taʼ Ġeħova Alla tagħna billi dorna lura mill-​iżball tagħna+ u billi wrejna d-​dehen skond il-​verità tiegħek.+ 14  “U Ġeħova qagħad għassa għall-​gwaj u fl-​aħħar ġabu fuqna,+ għax Ġeħova Alla tagħna hu ġust fl-​għemejjel kollha tiegħu li għamel; u aħna ma smajniex minn leħnu.+ 15  “U issa, O Ġeħova Alla tagħna int li b’id b’saħħitha+ ħriġt lill-​poplu tiegħek mill-​art taʼ l-​Eġittu u għamilt isem għalik innifsek, bħalma hu llum,+ aħna dnibna+ u aġixxejna bil-​ħażen. 16  O Ġeħova, skond l-​atti kollha taʼ ġustizzja tiegħek,+ jekk jogħġbok, reġġaʼ lura r-​rabja tiegħek u l-​korla tiegħek mill-​belt tiegħek Ġerusalemm, il-​muntanja qaddisa tiegħek;+ għax, minħabba dnubietna u minħabba l-​iżbalji taʼ missirijietna,+ Ġerusalemm u l-​poplu tiegħek huma mżebilħin minn dawk kollha taʼ madwarna.+ 17  U issa, O Alla tagħna, agħti widen għat-​talba tal-​qaddej tiegħek u għas-​suppliki tiegħu, u minħabba ismek, O Ġeħova, agħmel li wiċċek jiddi+ fuq is-​santwarju tiegħek li sar ħerba.+ 18  Mejjel widintek, O Alla tiegħi, u ismaʼ.+ Iftaħ għajnejk u ara l-​kundizzjonijiet taʼ ħerba li ninsabu fihom aħna u l-​belt li fuqha ssejjaħ ismek;+ għax aħna qed inwasslu s-​suppliki tagħna quddiemek+ mhux minħabba l-​atti ġusti tagħna imma minħabba l-​ħniena kbira tiegħek.+ 19  Ismaʼ,+ O Ġeħova. Aħfer,+ O Ġeħova. Agħti kas u aġixxi,+ O Ġeħova. Iddumx,+ minħabba ġieħek stess, O Alla tiegħi, għax ismek issejjaħ fuq il-​belt tiegħek u fuq il-​poplu tiegħek.”+ 20  Waqt li kont għadni qed nitkellem u nitlob u nistqarr dnubi+ u d-​dnub tal-​poplu tiegħi Israel+ u nħalli s-​supplika tiegħi tasal quddiem Ġeħova Alla tiegħi dwar il-​muntanja qaddisa+ t’Alla tiegħi, 21  u waqt li kont għadni qed ngħid it-​talba, ara, ir-​raġel Gabrijel,+ li kont rajt fil-​viżjoni fil-​bidu,+ għajjien għall-​aħħar wasal ħdejja fil-​ħin taʼ l-​offerta taʼ fil-​għaxija li ssir bħala għotja.+ 22  U, biex ifehemni, kellimni u qalli: “O Danjel, issa jien ġejt biex nagħtik id-​dehen u l-​abbiltà li tifhem.+ 23  Fil-bidu tas-​suppliki tiegħek ħarġet kelma, u jien ġejt biex inħabbarhielek, għaliex int maħbub ferm.+ Għalhekk, ikkunsidra l-​kwistjoni,+ u ifhem dak li rajt. 24  “Sebgħin ġimgħa ġew determinati għall-​poplu tiegħek+ u għall-​belt qaddisa+ tiegħek, sabiex jintemm il-​ksur tal-​liġi,+ biex jispiċċa d-​dnub,+ biex jitpatta l-​iżball,+ biex jinġieb is-​sewwa għal dejjem,+ biex jiġu timbrati b’siġill+ il-​viżjoni u l-​profeta, u biex jiġi konsagrat* il-​Qaddis tal-​Qaddisin.*+ 25  U int għandek tkun taf u jkollok id-​dehen li mill-​ħruġ tal-​kelma+ biex Ġerusalemm tiġi restawrata u mibnija mill-​ġdid+ sal-​Messija+ l-​Mexxej,+ ikun hemm sebaʼ ġimgħat, kif ukoll tnejn u sittin ġimgħa.+ Hi terġaʼ lura u fil-​fatt tinbena mill-​ġdid, bi pjazza u foss, imma fi żminijiet imwiegħra. 26  “U wara t-​tnejn u sittin ġimgħa l-​Messija se jinqatel,+ u xejn ma jkollu għalih innifsu.+ “U l-​poplu taʼ mexxej li għandu jiġi se jagħmilhom ħerba+ l-​belt u l-​post qaddis.+ U tmiemu jkun bl-​għargħar. U sat-​tmiem ikun hemm il-​gwerer; u ħerba hi dik li ġiet deċiża.+ 27  “U hu jrid iżomm il-​patt+ jaħdem għall-​ħafna għal ġimgħa waħda;+ u f’nofs din il-​ġimgħa se jtemm is-​sagrifiċċju u l-​offerta li ssir bħala għotja.+ “U fuq il-​ġewnaħ taʼ l-​affarijiet moqżieża jkun hemm dak li jġib ħerba;+ u sakemm ikun hemm qerda għalkollox, dak li ġie deċiż se jissawwab ukoll fuq dak li jinsab ħerba.”+

Noti taʼ taħt

Jew, “bit-​talb bil-​ħerqa.”
Letteralment, “ma rattabniex il-​wiċċ.”
Letteralment, “jiġi midluk.”
Jew, “l-​Iktar Qaddis.” Qabbel Nu 18:10; 1Sl 6:16; 7:50; 8:6.