Danjel 8:1-27

8  Fit-tielet sena tar-​renju tas-​Sultan Belsassar,+ jien, Danjel, iva, jien, kelli viżjoni oħra wara dik li kelli fil-​bidu.+  U bdejt nara fil-​viżjoni; u ġara, waqt li kont qed nara, li jien kont fil-​kastell taʼ Susan,+ li qiegħed fil-​provinċja t’Għelam;+ u bdejt nara fil-​viżjoni, u sibt ruħi ħdejn il-​kanal taʼ l-​ilma t’Ulaj.+  Meta rfajt għajnejja ħarist, u rajt muntun+ wieqaf quddiem il-​kanal taʼ l-​ilma, u kellu żewġt iqrun. U ż-​żewġt iqrun kienu twal, imma wieħed kien itwal mill-​ieħor, u l-​itwal kien dak li telaʼ wara.+  Rajt il-​muntun jagħti bi qrunu lejn il-​punent u lejn it-​tramuntana u lejn in-​nofsinhar, u ebda bhima salvaġġa ma baqgħet wieqfa quddiemu, u ma kien hemm ħadd li ħeles minn taħt idejh.+ U għamel li ried, u tkabbar.  U jien, min-​naħa tiegħi, bqajt inħares sew, u, ara, kien hemm bodbod+ ġej minn inżul ix-​xemx fuq wiċċ l-​art kollha, u ma kienx qed imiss maʼ l-​art. U l-​bodbod kellu qarn li jispikka bejn għajnejh.+  U baqaʼ ġej dritt għal fuq il-​muntun li kellu ż-​żewġt iqrun u li kont rajt wieqaf quddiem il-​kanal taʼ l-​ilma; u ġie jiġri lejh b’dagħdigħa kbira fuqu.  U rajtu riesaq qrib il-​muntun, u beda juri mibegħda lejh, u ħebb għall-​muntun u kissirlu ż-​żewġt iqrun tiegħu, u l-​muntun ma kellu ebda qawwa fih biex jieqaf quddiemu. Għalhekk, tefgħu maʼ l-​art u għaffġu taħt saqajh, u l-​muntun ma kellu lil ħadd biex jeħilsu minn taħt idejh.+  U l-​bodbod, min-​naħa tiegħu, tkabbar b’mod estrem;+ imma malli sar setgħan, il-​qarn il-​kbir inkiser, u minfloku telgħu erbgħa li jispikkaw, lejn l-​erbat irjieħ tas-​smewwiet.+  U minn wieħed minnhom ħareġ qarn ieħor, wieħed żgħir,+ u baqaʼ jikber dejjem iktar lejn in-​nofsinhar u lejn tlugħ ix-​xemx u lejn id-​Dekorazzjoni.+ 10  U baqaʼ jikber dejjem iktar sakemm wasal sa l-​armata tas-​smewwiet,+ tant li ġiegħel lil xi wħud mill-​armata u lil xi wħud mill-​kwiekeb+ jaqgħu lejn l-​art, u beda jgħaffiġhom taħt saqajh.+ 11  U baqaʼ jitkabbar sakemm wasal sal-​Prinċep+ taʼ l-​armata, u mingħandu ttieħed is-​sagrifiċċju offrut regolarment,+ u l-​post stabbilit tas-​santwarju tiegħu ġġarraf.+ 12  U minħabba l-​ksur tal-​liġi,+ l-​armata ngħatat f’idejh bil-​mod il-​mod,+ flimkien mas-​sagrifiċċju offrut regolarment;+ u baqaʼ jixħet il-​verità+ lejn l-​art,+ u aġixxa u kellu suċċess.+ 13  U smajt lil ċertu wieħed qaddis+ jitkellem, u qaddis ieħor qal lil dak il-​wieħed li kien qed jitkellem: “Kemm se tkun twila l-​viżjoni tas-​sagrifiċċju offrut regolarment+ u tal-​ksur tal-​liġi li qed iġib ħerba,+ u kemm se jdumu jitgħaffġu taħt is-​saqajn kemm il-​post qaddis u kemm l-​armata?”+ 14  Għalhekk, qalli: “Sa elfejn u tliet mitt għaxija u għodwa; u l-​post qaddis jinġieb fil-​kundizzjoni xierqa tiegħu.”+ 15  Imbagħad ġara li, waqt li jien, Danjel, kont qed nara l-​viżjoni u nipprova nifhem,+ ara, kien hemm bil-​wieqfa faċċata tiegħi xi ħadd li kellu dehra taʼ raġel b’saħħtu.+ 16  U bdejt nismaʼ leħen taʼ bniedem f’nofs l-​Ulaj,+ u hu għajjat u qal: “Gabrijel,*+ ġiegħel lil dak li hemm hemmhekk jifhem dak li ra.”+ 17  Għalhekk, ġie ħdejja fejn kont wieqaf, imma meta ġie twerwirt u nxtħett wiċċi fl-​art. U qalli: “Ifhem,+ O bin il-​bniedem,+ li l-​viżjoni hi għal żmien it-​tmiem.”+ 18  U waqt li kien qed ikellimni, irqadt fil-​fond wiċċi maʼ l-​art.+ Għalhekk, messni u ġegħelni nqum bil-​wieqfa fejn kont wieqaf qabel.+ 19  U ssokta jgħidli: “Ara! Qed inġiegħlek tkun taf x’se jseħħ fl-​aħħar parti tal-​kundanna, għaliex hi għaż-​żmien stabbilit tat-​tmiem.+ 20  “Il-​muntun li rajt int u li kellu ż-​żewġt iqrun jirrappreżenta lis-​slaten tal-​Medja u tal-​Persja.+ 21  U l-​bodbod sufi jirrappreżenta lis-​sultan tal-​Greċja;+ u l-​qarn il-​kbir li kien bejn għajnejh jirrappreżenta lill-​ewwel sultan.+ 22  U peress li dan il-​wieħed inkiser, u b’hekk kien hemm erbgħa li fl-​aħħar qamu minfloku,+ minn ġensu se jqumu erbaʼ saltniet, imma ma jkollhomx il-​qawwa tiegħu. 23  “U fl-​aħħar parti taʼ saltnathom, hekk kif dawk li jiksru l-​liġi jilħqu l-​milja taʼ dnubiethom, iqum sultan wiċċu feroċi u jifhem il-​kliem komplikat.+ 24  U l-​qawwa tiegħu ssir setgħana, imma mhux bil-​qawwa tiegħu stess.+ U b’mod taʼ l-​għaġeb se jikkaġuna rovina,+ u se jkollu suċċess u jaħdem b’mod effettiv. U se jeqred lis-​setgħanin, kif ukoll lill-​poplu tal-​qaddisin.+ 25  U bid-​dehen tiegħu l-​qerq se jirnexxi f’idu.+ U se jitkabbar f’qalbu,+ u meta ma jkunx hemm ansjetà+ jeqred lil ħafna. U jqum kontra l-​Prinċep tal-​prinċpijiet,+ u se jitkisser imma mhux bl-​id taʼ bniedem.+ 26  “U dak li deher dwar l-​għaxija u l-​għodwa, dak li ntqal, hu veru.+ U int, min-​naħa tiegħek, żommha sigrieta l-​viżjoni, għax għad iridu jgħaddu ħafna jiem.”+ 27  U jien, Danjel, ħassejtni bla saħħa u mradt għal xi jiem.+ Imbagħad qomt u għamilt ix-​xogħol tas-​sultan;+ imma bqajt imbellah b’dak li rajt, u ma kien hemm ħadd li fehemha.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed b’Saħħtu t’Alla.”