Danjel 7:1-28

7  Fl-ewwel sena taʼ Belsassar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, Danjel kellu ħolma u viżjonijiet li ġew f’rasu fuq soddtu.+ Dak il-​ħin hu kiteb il-​ħolma+ u rrakkonta l-​istorja kollha taʼ kif ġraw l-​affarijiet.  Danjel tkellem u qal: “Kont qed nara fil-​viżjonijiet tiegħi bil-​lejl, u, ara, l-​erbat irjieħ+ tas-​smewwiet qanqlu l-​baħar vast.+  U mill-​baħar+ telgħu erbaʼ bhejjem enormi,+ kull waħda differenti+ mill-​oħrajn.  “L-​ewwel waħda kienet qisha ljun,+ u kellha l-​ġwinħajn t’ajkla.+ Bqajt inħares sakemm ġwinħajha ġew imqaċċtin, u ġiet merfugħa ’l fuq mill-​art+ u mġiegħla tieqaf fuq żewġ saqajn sewwasew bħal bniedem, u ngħatat il-​qalb taʼ bniedem.+  “U, ara, bhima oħra, it-​tieni waħda, li kienet qisha ors.+ U fuq ġenb wieħed ġiet merfugħa ’l fuq,+ u kien hemm tliet kustilji f’ħalqha bejn snienha; u kienu qed jgħidulha dan, ‘Qum, kul ħafna laħam.’+  “Imbagħad bqajt inħares, u, ara, bhima oħra, qisha leopard,+ imma fuq daharha kellha erbaʼ ġwienaħ taʼ ħliqa li ttir. U l-​bhima kellha erbat irjus,+ u tabilħaqq li ngħatat ħakma.  “Imbagħad bqajt inħares fil-​viżjonijiet tal-​lejl, u, ara, ir-​rabaʼ bhima, tal-​biżaʼ u terribbli u b’saħħitha iktar mis-​soltu.+ U kellha snien kbar tal-​ħadid. Kienet qed tiblaʼ u tfarrak, u dak li kien jibqaʼ kienet qed tisħqu b’saqajha. U kienet differenti mill-​bhejjem l-​oħrajn kollha taʼ qabilha, u kellha għaxart iqrun.+  U bqajt inħares sew lejn il-​qrun, u, ara, qarn ieħor, wieħed żgħir,+ telaʼ bejniethom, u tlieta mill-​ewwel qrun tqaċċtu minn quddiemu. U, ara, kien hemm għajnejn bħall-​għajnejn taʼ bniedem f’dan il-​qarn, u fomm jitkellem affarijiet arroganti.+  “Bqajt inħares sakemm tqiegħdu tronijiet+ u x-​Xiħ fil-​Jiem+ qagħad bil-​qiegħda. Ħwejġu kienu bojod bħas-​silġ,*+ u xagħar rasu kien bħas-​suf nadif.+ It-​tron tiegħu kien fjammi tan-​nar;+ ir-​roti tiegħu kienu nar iħeġġeġ.+ 10  Kien hemm nixxiegħa tan-​nar tgelgel u ħierġa minn quddiemu.+ Kien hemm elf eluf li kienu jaqduh kontinwament,+ u għaxart elef għal għaxart elef darba li kienu weqfin quddiemu.+ Il-​Qorti+ qagħdet, u l-​kotba nfetħu. 11  “Bqajt inħares dak il-​ħin minħabba l-​ħoss tal-​kliem arroganti li kien qed jgħid il-​qarn;+ bqajt inħares sakemm il-​bhima nqatlet u ġisimha ġie mitfugħ fin-​nar iħeġġeġ u nqered.+ 12  Imma inkwantu għall-​bqija tal-​bhejjem,+ il-​ħakmiet tagħhom ittiħdulhom, u ħajjithom ġiet imtawla sal-​ħin u l-​waqt.+ 13  “Bqajt inħares fil-​viżjonijiet tal-​lejl, u, ara, mas-​sħab+ tas-​smewwiet kien ġej xi ħadd bħal bin il-​bniedem;+ u dan ngħata l-​permess li jidħol quddiem ix-​Xiħ fil-​Jiem,+ u ressquh qrib dan il-​Wieħed.+ 14  U lilu ngħataw ħakma,+ dinjità,+ u saltna,+ sabiex il-​popli, il-​ġnus, u l-​lingwi jaqdu kollha lilu.+ Il-​ħakma tiegħu hi ħakma li tibqaʼ għal dejjem* u li ma tgħaddix, u saltnatu, waħda li ma tinqeridx.+ 15  “Jien, Danjel, ħassejt l-​ispirtu tiegħi ġo fija mnikket minħabba dan, u l-​viżjonijiet li ġewni f’rasi bdew ibeżżgħuni.+ 16  Jien ersaqt ħdejn wieħed minn dawk li kienu weqfin, sabiex nitolbu tagħrif taʼ min jorbot fuqu dwar dan kollu.+ U, hekk kif issokta jgħarrafni bl-​interpretazzjoni taʼ dawn l-​affarijiet, hu qalli, 17  “‘Inkwantu għal dawn il-​bhejjem enormi, peress li huma erbgħa,+ hemm erbaʼ slaten li se jqumu mill-​art.+ 18  Imma l-​qaddisin+ tas-​Suprem+ se jirċievu s-​saltna, u se jieħdu f’idejhom is-​saltna+ għal dejjem, saħansitra għal dejjem taʼ dejjem.’ 19  “Imbagħad jien xtaqt naċċerta ruħi dwar ir-​rabaʼ bhima, li kienet differenti mill-​oħrajn kollha, tal-​biżaʼ b’mod straordinarju, li snienha kienu tal-​ħadid u d-​dwiefer tagħha kienu tar-​ram aħmar, li kienet qed tiblaʼ u tfarrak, u li kienet qed tisħaq b’saqajha dak li kien jibqaʼ;+ 20  u dwar l-​għaxart iqrun li kienu fuq rasha,+ u l-​qarn l-​ieħor+ li telaʼ u li quddiemu waqgħu tlieta,+ dak il-​qarn li kellu l-​għajnejn u fomm li jgħid affarijiet arroganti,+ u li d-​dehra tiegħu kienet akbar minn dik taʼ l-​oħrajn. 21  “Bqajt inħares meta dak l-​istess qarn iggwerra kontra l-​qaddisin, u kien qed jegħlibhom,+ 22  sakemm ġie x-​Xiħ fil-​Jiem+ u l-​ġudizzju ngħata favur il-​qaddisin tas-​Suprem,+ u wasal iż-​żmien definit li fih il-​qaddisin ħadu s-​saltna f’idejhom.+ 23  “Hekk qal, ‘Inkwantu għar-​rabaʼ bhima, fuq l-​art se jkun hemm ir-​rabaʼ saltna, li se tkun differenti mis-​saltniet l-​oħrajn kollha; u se tiblaʼ l-​art kollha u se tgħaffiġha u tfarrakha.+ 24  U inkwantu għall-​għaxart iqrun, minn dik is-​saltna għad iqumu għaxar slaten;+ u jerġaʼ ieħor għad iqum warajhom, u hu se jkun differenti minn dawk taʼ l-​ewwel,+ u se jumilja lil tliet slaten.+ 25  U se jgħid kliem saħansitra kontra l-​Iktar Għoli,+ u se jattakka kontinwament lill-​qaddisin tas-​Suprem.+ U se jkollu f’moħħu li jbiddel iż-​żminijiet+ u l-​liġi,+ u se jingħatawlu f’idu għal żmien, żminijiet, u nofs żmien.+ 26  U l-​Qorti qagħdet,+ u l-​ħakma tiegħu stess fl-​aħħar ħaduhielu, sabiex iġibuh fix-​xejn u jeqirduh għalkollox.+ 27  “‘U s-​saltna u l-​ħakma u l-​kobor tas-​saltniet taħt is-​smewwiet kollha ngħataw lin-​nies li huma l-​qaddisin tas-​Suprem.+ Saltnathom hi saltna li tibqaʼ għal dejjem,+ u l-​ħakmiet kollha jaqdu u jobdu lilhom.’+ 28  “Hawnhekk jintemm dak li rajt u smajt. U jien, Danjel, ħsibijieti stess baqgħu jbeżżgħuni ħafna, u b’hekk il-​kulur taʼ wiċċi tbiddilli; imma dak li rajt u smajt żammejtu f’qalbi.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “bħall-​borra.”
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’versi 18 u 27 ukoll.