Danjel 6:1-28

6  Deher tajjeb għal Darju li jaħtar fuq is-​saltna mija u għoxrin satrapa,* li kellhom ikunu fuq is-​saltna kollha;+  u fuqhom tliet uffiċjali għoljin, li wieħed minnhom kien Danjel,+ sabiex dawn is-​satrapi+ jagħtuhom kontinwament ir-​rapport, u b’hekk is-​sultan ma joħroġx tellief.+  Kien f’dan iż-​żmien li dan Danjel kien qed jiddistingwi ruħu+ fost l-​uffiċjali għoljin u s-​satrapi, ladarba kellu fih spirtu straordinarju;+ u s-​sultan kellu l-​ħsieb li jgħollih fuq is-​saltna kollha.  Dak iż-​żmien l-​uffiċjali għoljin u s-​satrapi kienu qed ifittxu l-​ħin kollu biex isibu fuqiex jixlu lil Danjel f’dak li kellu x’jaqsam mas-​saltna;+ imma ma setgħu jsibu assolutament ebda ħaġa jew korruzzjoni fuqiex jixluh, ladarba hu kien taʼ min jafdah u ma nstabet fih assolutament ebda traskuraġni jew korruzzjoni.+  Għaldaqstant, dawn l-​irġiel b’saħħithom qalu: “Ma se nsibu assolutament ebda ħaġa fuqiex nixlu lil dan Danjel, ħlief li se jkollna nsibu xi ħaġa kontrih fil-​liġi t’Alla tiegħu.”+  Għaldaqstant, dawn l-​uffiċjali għoljin u s-​satrapi daħlu bħala ġemgħa għand is-​sultan,+ u qalulu hekk: “O Darju s-​sultan, jalla tgħix għal dejjem.+  L-uffiċjali għoljin kollha tas-​saltna, il-​prefetti, is-​satrapi, l-​uffiċjali għoljin u rjali, u l-​gvernaturi ftiehmu bejniethom biex jistabbilixxu statut irjali+ u jinforzaw interdett, li kulmin jitlob lil xi alla jew bniedem fi żmien tletin jum ħlief lilek, O sultan, għandu jiġi mitfugħ fil-​ħofra taʼ l-​iljuni.+  Issa, O sultan, stabbilixxi l-​istatut u ffirma l-​kitba,+ sabiex ma titbiddilx, skond il-​liġi tal-​Medin u tal-​Persjani,+ li ma titħassarx.”+  Fi qbil maʼ dan, is-​Sultan Darju ffirma l-​kitba u l-​interdett.+ 10  Imma Danjel, malli sar jaf li l-​kitba kienet ġiet iffirmata, daħal f’daru, u, bit-​twieqi taʼ l-​għorfa tiegħu miftuħin lejn Ġerusalemm,+ kien jinżel għarkopptejh tliet darbiet kuljum+ u jitlob+ u joffri tifħir quddiem Alla tiegħu,+ bħalma kien qed jagħmel regolarment qabel dan.+ 11  Dak il-​ħin dawn l-​irġiel b’saħħithom daħlu fuq Danjel u sabuh jissupplika* u jitlob bil-​ħniena quddiem Alla tiegħu.+ 12  Imbagħad resqu quddiem is-​sultan u qalulu dwar l-​interdett tiegħu: “Ma ffirmajtx int interdett li kulmin jitlob lil xi alla jew bniedem ieħor fi żmien tletin jum ħlief lilek, O sultan, għandu jiġi mitfugħ fil-​ħofra taʼ l-​iljuni?”+ Is-​sultan wiġibhom u qalilhom: “Il-​kwistjoni hi stabbilita sew skond il-​liġi tal-​Medin u tal-​Persjani, li ma titħassarx.”+ 13  Minnufih wieġbu u qalu quddiem is-​sultan: “Danjel,+ wieħed mill-​eżiljati taʼ Ġuda,+ la kkalkula lilek, O sultan, u lanqas l-​interdett li ffirmajt int, imma qed jitlob tliet darbiet kuljum.”+ 14  Għaldaqstant, malli s-​sultan semaʼ din il-​kelma, iddispjaċieh ferm,+ u għamel il-​ħsieb li jeħles lil Danjel;+ u sakemm niżlet ix-​xemx baqaʼ jirsisti biex jeħilsu. 15  Fl-aħħar, dawn l-​irġiel b’saħħithom daħlu bħala ġemgħa għand is-​sultan, u qalu lis-​sultan: “Innota, O sultan, li l-​liġi tal-​Medin u tal-​Persjani hi li kwalunkwe interdett+ jew statut li jistabbilixxi s-​sultan m’għandux jitbiddel.”+ 16  Għalhekk, is-​sultan ordna, u huma ġabu lil Danjel u tefgħuh fil-​ħofra taʼ l-​iljuni.+ Is-​sultan tkellem u qal lil Danjel: “Alla tiegħek li qed taqdih kontinwament, hu se jeħilsek.”+ 17  U ġabu ġebla u poġġewha fuq il-​bokka tal-​ħofra, u s-​sultan immarkaha biċ-​ċurkett tas-​siġill tiegħu u biċ-​ċurkett tas-​siġill tal-​kbarat tiegħu, sabiex xejn ma jitbiddel rigward Danjel.+ 18  Imbagħad is-​sultan mar fil-​palazz tiegħu u għadda l-​lejl isum,+ u ebda strument mużikali ma nġieb quddiemu, u n-​ngħas tarlu.+ 19  Sa fl-​aħħar, fiż-​żerniq, is-​sultan qam x’ħin sebaħ, u telaq bl-​għaġla dritt lejn il-​ħofra taʼ l-​iljuni. 20  U hekk kif qorob lejn il-​ħofra, b’leħen imnikket beda jgħajjat lil Danjel. Is-​sultan tkellem u qal lil Danjel: “O Danjel, qaddej taʼ l-​Alla l-​ħaj, kellu l-​ħila jeħilsek mill-​iljuni+ Alla tiegħek li qed taqdi kontinwament?”+ 21  Fil-pront, Danjel wieġeb u qal lis-​sultan: “O sultan, jalla tgħix għal dejjem. 22  Alla tiegħi+ bagħat l-​anġlu tiegħu+ u għalaq ħalq l-​iljuni,+ u dawn m’għamluli xejn, ladarba jien kont misjub innoċenti quddiemu;+ u quddiemek ukoll, O sultan, jien m’għamilt ebda għemil taʼ ħsara.”+ 23  Imbagħad is-​sultan feraħ ħafna,+ u ordna li Danjel jittellaʼ mill-​ħofra. U Danjel ittellaʼ mill-​ħofra, u sabu li ma ġratlu assolutament ebda ħsara, għaliex kien fada f’Alla tiegħu.+ 24  U s-​sultan ordna, u ġabulu lil dawk l-​irġiel b’saħħithom li kienu akkużaw lil Danjel,+ u tefgħu fil-​ħofra taʼ l-​iljuni lilhom,+ lil uliedhom, u lin-​nisa tagħhom;+ u dawn lanqas biss laħqu messew qiegħ il-​ħofra li ma qabżux fuqhom l-​iljuni u farrkulhom għadamhom kollu.+ 25  Imbagħad is-​Sultan Darju kiteb lill-​popli, lill-​ġnus, u lill-​ilsna kollha li qed jgħammru fuq l-​art kollha:+ “Jalla sliemkom joktor fuq li joktor!+ 26  Mingħandi ħarġet ordni+ li, f’kull dominju taʼ saltnati, in-​nies għandhom jitriegħdu u jibżgħu quddiem l-​Alla taʼ Danjel.+ Għax hu l-​Alla l-​ħaj u Dak li jibqaʼ għal dejjem,+ u saltnatu+ hi waħda li ma tinqeridx,+ u d-​dominju tiegħu hu għal dejjem.+ 27  Hu qed isalva u jeħles+ u jwettaq sinjali u għeġubijiet fis-​smewwiet+ u fuq l-​art,+ għax hu salva lil Danjel minn taħt difrejn l-​iljuni.” 28  U inkwantu għal dan Danjel, hu mexa ’l quddiem fis-​saltna taʼ Darju+ u fis-​saltna taʼ Ċiru l-​Persjan.+

Noti taʼ taħt

Ara Esd 8:36, in-​nota taʼ taħt, “Is-​satrapi.”
Jew, “jitlob bil-​ħerqa.”