Danjel 5:1-31

5  Is-Sultan Belsassar+ għamel festa kbira għal elf mill-​kbarat tiegħu, u kien qed jixrob l-​inbid+ quddiem dawn l-​elf ruħ.  Bl-effett taʼ l-​inbid li xorob,+ Belsassar qalilhom biex iġibulu r-​reċipjenti tad-​deheb u tal-​fidda+ li missieru* Nebukadnessar kien ġarr mit-​tempju li kien f’Ġerusalemm, biex jixorbu minnhom is-​sultan u l-​kbarat tiegħu, il-​konkubini tiegħu, u n-​nisa sekondarji tiegħu.+  Dak il-​ħin ġabu r-​reċipjenti tad-​deheb li kienu ġarrew mit-​tempju tad-​dar t’Alla li kienet f’Ġerusalemm, u minnhom xorbu s-​sultan u l-​kbarat tiegħu, il-​konkubini tiegħu, u n-​nisa sekondarji tiegħu.  Xorbu l-​inbid, u faħħru lill-​allat tad-​deheb u tal-​fidda, tar-​ram aħmar, tal-​ħadid, taʼ l-​injam, u tal-​ġebel.+  Dak il-​ħin dehru s-​swabaʼ taʼ id taʼ bniedem u bdew jiktbu quddiem il-​gandlier fuq il-​kisi tal-​ħajt tal-​palazz tas-​sultan,+ u s-​sultan beda jara l-​wara taʼ l-​id li kienet qed tikteb.  Imbagħad wiċċ is-​sultan biddel il-​kulur, u ħsibijietu stess bdew ibeżżgħuh,+ u l-​ġogi taʼ ġenbejh inħallu+ u rkopptejh bdew iħabbtu maʼ xulxin.+  Is-sultan beda jgħajjat b’leħen għoli biex iġibulu lil dawk li kienu jsejħu lill-​ispirti, lill-​Kaldin, u lill-​astroloġi.+ Is-​sultan tkellem u qal lill-​għorrief taʼ Babilonja: “Min jaqra din il-​kitba u jinterpretahieli jiġi mlibbes il-​porpra,+ b’ġiżirana tad-​deheb madwar għonqu, u jaħkem bħala t-​tielet wieħed fis-​saltna.”+  Dak il-​ħin daħlu l-​għorrief kollha tas-​sultan, imma ma kinux kapaċi biżżejjed biex jaqraw din il-​kitba jew biex jinterpretawha lis-​sultan.+  Għaldaqstant, is-​Sultan Belsassar ħassu mbeżżaʼ ferm u l-​kulur taʼ wiċċu beda jitbiddel; u l-​kbarat tiegħu tħawdu.+ 10  Inkwantu għas-​sultana, minħabba dak li qalu s-​sultan u l-​kbarat tiegħu, hi daħlet dritt fis-​sala taʼ l-​ikel. Is-​sultana tkellmet u qalet: “O sultan, ibqaʼ għix għal dejjem.+ Tħallix ħsibijietek ibeżżgħuk, u tħallix kulur wiċċek jitbiddel. 11  Hemm raġel kapaċi fis-​saltna tiegħek li fih hemm l-​ispirtu taʼ l-​allat qaddisin;+ u fi żmien missierek instabu fih tidwil, dehen, u għerf bħall-​għerf taʼ l-​allat, u missierek is-​Sultan Nebukadnessar ħatru bħala kap+ tal-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija, taʼ dawk li jsejħu lill-​ispirti, tal-​Kaldin, u taʼ l-​astroloġi, iva, missierek, O sultan, 12  ladarba kienu nstabu f’Danjel, li s-​sultan semmieh Beltesassar,+ spirtu straordinarju u għarfien u dehen biex jinterpreta l-​ħolm,+ u abbiltà li jispjega l-​ħaġa moħġaġa u li jħoll l-​għoqod.+ Issa ħa jsejħu lil Danjel, sabiex jagħtik l-​interpretazzjoni tagħha.” 13  Għalhekk, Danjel iddaħħal quddiem is-​sultan. Is-​sultan tkellem u qal lil Danjel: “Int dak Danjel, wieħed mill-​eżiljati taʼ Ġuda,+ li missieri s-​sultan ħareġ minn Ġuda?+ 14  Smajt ukoll dwarek li l-​ispirtu taʼ l-​allat qiegħed fik,+ u li fik instabu tidwil, dehen, u għerf+ straordinarju. 15  U issa ddaħħlu quddiemi l-​għorrief u dawk li jsejħu lill-​ispirti, sabiex jaqraw din il-​kitba, biex jagħtuni l-​interpretazzjoni tagħha; imma m’humiex kapaċi biżżejjed biex jinterpretawli l-​kelma.+ 16  U jien smajt dwarek li int kapaċi tagħti l-​interpretazzjonijiet+ u tħoll l-​għoqod. Issa, jekk għandek il-​ħila taqra l-​kitba u tinterpretahieli, tiġi mlibbes il-​porpra, b’ġiżirana tad-​deheb madwar għonqok, u int taħkem bħala t-​tielet wieħed fis-​saltna.”+ 17  Dak il-​ħin Danjel wieġeb u qal quddiem is-​sultan: “Żommhom għalik l-​għotjiet tiegħek, u r-​rigali tiegħek agħtihom lil ħaddieħor.+ Madankollu, jien se naqra din il-​kitba lis-​sultan, u nagħtih l-​interpretazzjoni tagħha.+ 18  Inkwantu għalik, O sultan, l-​Alla l-​Iktar Għoli+ lil missierek Nebukadnessar tah+ is-​saltna u l-​kobor u d-​dinjità u l-​maestà.+ 19  U minħabba l-​kobor li Hu tah, il-​popli, il-​ġnus, u l-​ilsna kollha kienu jitriegħdu u jibżgħu quddiemu.+ Lil min ried hu, kien joqtlu; u lil min ried hu, kien jikkastigah; u lil min ried hu, kien jeżaltah; u lil min ried hu, kien jumiljah.+ 20  Imma meta qalbu tkabbret u webbes rasu, u b’hekk aġixxa bil-​prużunzjoni,+ tniżżel minn fuq it-​tron taʼ saltnatu, u d-​dinjità tiegħu ttieħdet mingħandu.+ 21  U tkeċċa minn fost ulied il-​bnedmin, u qalbu ntgħamlet bħal dik taʼ bhima, u kien jgħammar mal-​ħmir salvaġġi.+ Kienu jitimgħuh il-​ħaxix bħalma jitimgħu lill-​barrin, u ġismu xxarrab bin-​nida tas-​smewwiet,+ sakemm sar jaf li l-​Alla l-​Iktar Għoli hu l-​Ħakkiem fis-​saltna tal-​bnedmin, u li lil min irid hu jqiegħed fuqha.+ 22  “U inkwantu għalik, ibnu* Belsassar,+ int m’umiljajtx ruħek,+ għalkemm kont taf dan kollu.+ 23  Imma eżaltajt lilek innifsek kontra l-​Mulej tas-​smewwiet,+ u ġabulek quddiemek ir-​reċipjenti taʼ daru;+ u int u l-​kbarat tiegħek, il-​konkubini tiegħek, u n-​nisa sekondarji tiegħek xrobtu l-​inbid minn ġo fihom, u int faħħart lis-​sempliċi allat tal-​fidda u tad-​deheb, tar-​ram aħmar, tal-​ħadid, taʼ l-​injam, u tal-​ġebel,+ li ma jaraw xejn, ma jisimgħu xejn, u ma jafu xejn;+ imma lill-​Alla li f’idu qiegħed nifsek+ u li tiegħu huma triqatek kollha,+ int ma gglorifikajtux.+ 24  Għaldaqstant, Alla bagħat id, u ġiegħel li tinkiteb din il-​kitba.+ 25  U din hi l-​kitba li nkitbet: MENE, MENE, TEKEL, u PARSIN. 26  “Din hi l-​interpretazzjoni tal-​kelma: MENE, Alla għadd jiem saltnatek u temmha.+ 27  “TEKEL, int kont miżun fuq il-​miżien u kont misjub bin-​nieqes.+ 28  “PERES, saltnatek ġiet maqsuma u mogħtija lill-​Medin u lill-​Persjani.”+ 29  Dak il-​ħin Belsassar ta l-​kmand, u Danjel ġie mlibbes bil-​porpra, b’ġiżirana tad-​deheb madwar għonqu; u ħabbru dwaru li kellu jsir it-​tielet ħakkiem fis-​saltna.+ 30  Dak il-​lejl stess Belsassar, is-​sultan Kaldew, inqatel+ 31  u Darju+ l-​Medi ħa s-​saltna meta kellu madwar tnejn u sittin sena.

Noti taʼ taħt

Jew, “nannuh.”
Jew, “bin ibnu.”