Danjel 4:1-37

4  “Is-​Sultan Nebukadnessar, lill-​popli, lill-​ġnus, u lill-​ilsna kollha li qed jgħammru fl-​art kollha:+ Jalla joktor is-​sliem tagħkom.+  Deherli li hu tajjeb li niddikjara+ s-​sinjali u l-​għeġubijiet li għamel miegħi l-​Alla l-​Iktar Għoli.  Kemm huma grandjużi s-​sinjali tiegħu, u kemm huma setgħanin l-​għeġubijiet tiegħu!+ Saltnatu hi saltna għal dejjem,*+ u l-​ħakma tiegħu hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+  “Jien, Nebukadnessar, kont għall-​kwiet+ f’dari u sejjer tajjeb fil-​palazz tiegħi.+  Ħlomt ħolma u bdiet tbeżżagħni.+ U waqt li kont fuq soddti ġewni xbihat f’moħħi u viżjonijiet f’rasi li bdew ibeżżgħuni.+  U ħriġt ordni biex iġibuli quddiemi lill-​għorrief kollha taʼ Babilonja, sabiex jinterpretawli l-​ħolma.+  “Imbagħad daħlu l-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija, dawk li jsejħu lill-​ispirti, il-​Kaldin,+ u l-​astroloġi;+ u jien għedt quddiemhom x’kienet il-​ħolma, imma huma ma tawnix l-​interpretazzjoni tagħha.+  Fl-aħħar daħal quddiemi Danjel, li jismu Beltesassar+ skond l-​isem taʼ l-​alla tiegħi+ u li fih għandu l-​ispirtu taʼ l-​allat qaddisin;+ u quddiemu għedt x’kienet il-​ħolma:  “‘O Beltesassar, kap tal-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija,+ peress li naf tajjeb li l-​ispirtu taʼ l-​allat qaddisin qiegħed fik+ u li m’hemm assolutament ebda sigriet li jħawdek,+ għidli x’inhuma l-​viżjonijiet li rajt jien fil-​ħolma tiegħi u agħtini l-​interpretazzjoni tagħha.+ 10  “‘Issa kont fuq soddti qed nara l-​viżjonijiet li ġewni f’rasi,+ u, ara, siġra+ f’nofs l-​art, li l-​għoli tagħha kien immens.+ 11  Is-siġra kibret u saret b’saħħitha, u l-​għoli tagħha sa fl-​aħħar wasal sas-​smewwiet, u kienet tidher minn truf l-​art kollha.+ 12  Il-weraq tagħha kien sabiħ, u l-​frott tagħha kotran, u kien hemm ikel għal kulħadd fuqha. Taħtha l-​bhejjem+ tar-​rabaʼ kienu jfittxu d-​dell,+ u fuq il-​friegħi tagħha kienu jgħammru l-​għasafar tas-​smewwiet,+ u minnha kien jiekol kulħadd. 13  “‘U waqt li kont fuq soddti komplejt nara fil-​viżjonijiet li ġewni f’rasi, u, ara, għassies,+ wieħed qaddis,+ nieżel mis-​smewwiet. 14  Hu kien qed jgħajjat b’leħen għoli, u qal hekk: “Qaċċtu s-​siġra,+ u aqtgħu l-​friegħi tagħha. Farfru l-​weraq tagħha, u ferrxu l-​frott tagħha. Ħa jaħarbu minn taħtha l-​bhejjem, u l-​għasafar mill-​friegħi tagħha.+ 15  Madankollu, ħallulha z-​zokk t’għeruqha fl-​art, ġo ħoloq tal-​ħadid u tar-​ram aħmar, qalb il-​ħaxix tar-​rabaʼ; u ħa jixxarrab bin-​nida tas-​smewwiet, u ħa jkun sehmu mal-​bhejjem qalb il-​ħxejjex taʼ l-​art.+ 16  Ħa titbiddel qalbu minn dik taʼ bniedem, u ħa tingħatalu qalb taʼ bhima,+ u ħa jgħaddu minn fuqu sebaʼ żminijiet.+ 17  Bid-digriet taʼ l-​għassiesa+ hi din il-​ħaġa, u bi kliem il-​qaddisin hu l-​verdett, bil-​ħsieb li l-​ħajjin ikunu jafu li l-​Iktar Għoli hu l-​Ħakkiem fis-​saltna tal-​bnedmin,+ u li lil min irid hu jagħtiha+ u jqiegħed fuqha saħansitra lill-​inqas wieħed fost il-​bnedmin.”+ 18  “‘Din kienet il-​ħolma li rajt jien, is-​Sultan Nebukadnessar; u int, O Beltesassar, għidli x’inhi l-​interpretazzjoni, ladarba l-​għorrief l-​oħrajn kollha taʼ saltnati m’għandhomx il-​ħila jinterpretawha.+ Imma int kapaċi, għaliex fik hemm l-​ispirtu taʼ l-​allat qaddisin.’+ 19  “Dak il-​ħin Danjel, li jismu Beltesassar,+ għal mument baqaʼ mibluh, u ħsibijietu bdew ibeżżgħuh.+ “Is-​sultan tkellem u qal, ‘O Beltesassar, tħallix il-​ħolma u l-​interpretazzjoni jbeżżgħuk.’+ “Beltesassar wieġeb u qal, ‘O sidi, jalla l-​ħolma tapplika għal dawk li jobogħduk, u l-​interpretazzjoni tagħha għall-​avversarji tiegħek.+ 20  “‘Is-​siġra li rajt int, li kibret ħafna u saret b’saħħitha u li l-​għoli tagħha sa fl-​aħħar wasal sas-​smewwiet u kienet tidher mill-​art kollha,+ 21  u li l-​weraq tagħha kien sabiħ, u l-​frott tagħha kien kotran, u fuqha kien hemm ikel għal kulħadd; u li taħtha kienu jgħammru l-​bhejjem tar-​rabaʼ, u fuq il-​friegħi tagħha kienu jgħammru l-​għasafar tas-​smewwiet,+ 22  hija int, O sultan,+ għaliex int kbirt ħafna u sirt b’saħħtek, u l-​kobor tiegħek kiber ħafna u wasal sas-​smewwiet,+ u l-​ħakma tiegħek sa truf l-​art.+ 23  “‘U peress li s-​sultan ra għassies, wieħed qaddis,+ nieżel mis-​smewwiet, li kien ukoll qed jgħid: “Qaċċtu s-​siġra, u eqirduha. Madankollu, ħallulha z-​zokk t’għeruqha fl-​art, imma ġo ħoloq tal-​ħadid u tar-​ram aħmar, qalb il-​ħaxix tar-​rabaʼ, u ħa jixxarrab bin-​nida tas-​smewwiet, u ħa jkun sehmu mal-​bhejjem tar-​rabaʼ sakemm jgħaddu minn fuqu sebaʼ żminijiet,”+ 24  din hi l-​interpretazzjoni, O sultan, u d-​digriet+ taʼ l-​Iktar Għoli+ hu dak li jrid iseħħ fuq sidi s-​sultan.+ 25  U lilek se jkeċċuk minn fost il-​bnedmin, u mal-​bhejjem tar-​rabaʼ se tgħammar,+ u lilek se jagħtuk tiekol il-​ħaxix bħalma jagħtu lill-​barrin;+ u bin-​nida tas-​smewwiet int se tixxarrab, u minn fuqek se jgħaddu sebaʼ żminijiet,+ sakemm tkun taf li l-​Iktar Għoli hu l-​Ħakkiem fis-​saltna tal-​bnedmin,+ u li lil min irid hu jagħtiha.+ 26  “‘U peress li qalu li għandu jitħalla z-​zokk taʼ l-​għeruq tas-​siġra,+ saltnatek żgur li tibqaʼ għalik wara li ssir taf li qed jaħkmu s-​smewwiet.+ 27  Għalhekk, O sultan, jalla l-​parir tiegħi jidher tajjeb għalik,+ u warrab dnubietek permezz tas-​sewwa,+ u l-​ħażen tiegħek billi tħenn għall-​imsejknin.+ Għandu mnejn ikollok ħajja twila mimlija ġid.’”+ 28  Dan kollu seħħ fuq is-​Sultan Nebukadnessar.+ 29  Fit-tmiem taʼ tnax-il xahar qamri hu kien qed jippassiġġa fuq il-​bejt tal-​palazz irjali taʼ Babilonja. 30  Is-sultan tkellem u qal:+ “M’hijiex din Babilonja l-​Kbira, li jien bnejt għad-​dar irjali bis-​saħħa taʼ setegħti+ u għad-​dinjità tal-​maestà tiegħi?”+ 31  Waqt li l-​kelma kienet għadha f’fomm is-​sultan, ġie leħen mis-​smewwiet: “Lilek qed jintqal, O Sultan Nebukadnessar, ‘Is-​saltna ttieħdet mingħandek,+ 32  u minn fost il-​bnedmin qed ikeċċuk, u mal-​bhejjem tar-​rabaʼ se tgħammar.+ Se jagħtuk tiekol il-​ħaxix bħalma jagħtu lill-​barrin, u minn fuqek se jgħaddu sebaʼ żminijiet, sakemm tkun taf li l-​Iktar Għoli hu l-​Ħakkiem fis-​saltna tal-​bnedmin, u li lil min irid hu jagħtiha.’”+ 33  Dak il-​ħin stess+ il-​kelma twettqet fuq Nebukadnessar, u tkeċċa minn fost il-​bnedmin, u beda jiekol il-​ħaxix bħalma jieklu l-​barrin, u ġismu xxarrab bin-​nida tas-​smewwiet, sakemm xagħru twal bħar-​rix taʼ l-​ajkli, u difrejh bħad-​dwiefer tat-​tajr.+ 34  “U fi tmiem il-​jiem+ jien, Nebukadnessar, erfajt għajnejja lejn is-​smewwiet,+ u bdejt nerġaʼ nikseb ir-​raġuni; u berikt lill-​Iktar Għoli,+ u faħħart u gglorifikajt+ lil Dak li jgħix għal dejjem, għaliex il-​ħakma tiegħu hi ħakma għal dejjem u saltnatu hi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 35  U l-​abitanti kollha taʼ l-​art qed jitqiesu bħax-​xejn,+ u hu qed jaġixxi skond ir-​rieda tiegħu stess maʼ l-​armata tas-​smewwiet u maʼ l-​abitanti taʼ l-​art.+ U m’hemm ħadd li jistaʼ jżommlu idu+ jew li jistaʼ jgħidlu, ‘X’għamilt?’+ 36  “Dak il-​ħin stess erġajt ksibt ir-​raġuni, u għad-​dinjità taʼ saltnati, bdejt nerġaʼ nikseb il-​maestà tiegħi u l-​ġmiel tiegħi;+ u l-​uffiċjali għoljin u rjali tiegħi u l-​kbarat tiegħi bdew ifittxuni bil-​ħerqa, u jien erġajt ġejt stabbilit fuq saltnati, u żdiedli kobor straordinarju.+ 37  “Issa jien, Nebukadnessar, qed infaħħar, neżalta, u nigglorifika lis-​Sultan tas-​smewwiet,+ għaliex l-​għemejjel kollha tiegħu huma verità u triqatu huma ġustizzja,+ u għaliex lil dawk li qed jimxu bil-​kburija kapaċi jumiljahom.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 34 ukoll.