Danjel 12:1-13

12  “U matul dak iż-​żmien iqum Mikiel,*+ il-​prinċep il-​kbir+ li jinsab wieqaf+ għan-​nom taʼ wlied il-​poplu tiegħek.+ U jseħħ żmien taʼ niket li bħalu qatt ma seħħ mindu kien hemm ġens sa dak iż-​żmien.+ U matul dak iż-​żmien il-​poplu tiegħek jinħeles,+ kulmin jinstab miktub fil-​ktieb.+  U jkun hemm ħafna minn dawk reqdin fit-​trab taʼ l-​art li jistenbħu,+ min għall-​ħajja taʼ dejjem*+ u min għall-​għajb u għall-​istmerrija+ taʼ dejjem.  “U dawk li għandhom id-​dehen jiddu bħad-​dija tal-​firxa tas-​sema;+ u dawk li qed iwasslu lill-​ħafna lejn is-​sewwa,+ bħall-​kwiekeb għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.  “U int, O Danjel, agħlaq il-​kliem u ssiġilla l-​ktieb,+ sa żmien it-​tmiem.+ Ħafna jfittxu fih bir-​reqqa, u l-​għarfien veru jkun abbundanti.”+  U jien, Danjel, ħarist u, ara, kien hemm tnejn oħra weqfin,+ wieħed fuq ix-​xatt taʼ lil hawn tan-​nixxiegħa u l-​ieħor fuq ix-​xatt taʼ lil hemm tan-​nixxiegħa.+  Imbagħad wieħed minnhom qal lir-​raġel li kien liebes l-​għażel+ u li kien ’il fuq mill-​ilmijiet tan-​nixxiegħa: “Kemm għad baqaʼ għat-​tmiem taʼ l-​affarijiet taʼ l-​għaġeb?”+  U bdejt nismaʼ lir-​raġel li kien liebes l-​għażel u li kien ’il fuq mill-​ilmijiet tan-​nixxiegħa, hekk kif għolla idu l-​leminija u idu x-​xellugija lejn is-​smewwiet u ħalef+ b’Dak li hu ħaj għal dejjem:+ “Dan ikun għal żmien, żminijiet u nofs żmien li ġew deċiżi.+ U malli jkun hemm it-​tmiem tat-​tifrik tal-​qawwa tal-​poplu qaddis,+ dawn l-​affarijiet kollha jaslu fi tmiemhom.”  Issa jien smajt, imma ma stajtx nifhem;+ u b’hekk għedt: “O sidi, x’se tkun il-​parti finali taʼ dawn l-​affarijiet?”+  U hu ssokta jgħidli: “Mur, Danjel, għaliex il-​kliem ngħalaq u ġie siġillat sa żmien it-​tmiem.+ 10  Ħafna jnaddfu+ u jbajdu lilhom infushom+ u jiġu rfinuti.+ U l-​ħżiena jaġixxu bil-​ħażen,+ u assolutament ebda wieħed mill-​ħżiena ma jifhem;+ imma dawk li għandhom id-​dehen jifhmu.+ 11  “U minn dakinhar li jkun tneħħa+ s-​sagrifiċċju offrut regolarment+ u tpoġġiet il-​ħaġa moqżieża+ li qed iġġib ħerba, ikun hemm elf u mitejn u disgħin jum. 12  “Hieni+ hu dak li jibqaʼ jistenna u li jasal sa l-​elf u tliet mija u ħamsa u tletin jum! 13  “U int mur lejn tmiemek;+ u int tistrieħ,+ imma tqum għal sehmek fi tmiem il-​jiem.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Min Hu bħal Alla?”
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. Fit-​tieni parti tal-​vers ukoll.