Danjel 11:1-45

11  “U inkwantu għalija, fl-​ewwel sena taʼ Darju, il-​Medi,+ jien qomt biex insaħħu u nkun bħala fortizza għalih.  U issa se ngħidlek x’inhi l-​verità:+ “Ara! Għad ikun hemm tliet slaten li jqumu fil-​Persja,+ u r-​rabaʼ wieħed+ jiġmaʼ iktar rikkezzi mill-​oħrajn kollha.+ U malli jsir b’saħħtu bir-​rikkezzi tiegħu, hu jqum b’kulma għandu kontra s-​saltna tal-​Greċja.+  “U jqum sultan setgħan u jaħkem b’dominju mifrux+ u jagħmel li jrid.+  U meta jkun qam,+ saltnatu titkisser u titqassam maʼ l-​erbat irjieħ+ tas-​smewwiet,+ imma mhux lid-​dixxendenti tiegħu+ u mhux skond id-​dominju li jkun ħakem bih hu; għaliex saltnatu tinqalaʼ mill-​għeruq, iva, għal oħrajn minbarra dawn.  “U s-​sultan tan-​nofsinhar, jiġifieri, wieħed mill-​prinċpijiet tiegħu, isir b’saħħtu; u jegħlbu u jaħkem b’dominju mifrux, akbar mill-​qawwa li jaħkem biha dak il-​wieħed.  “U wara xi snin jissieħbu flimkien, u bint is-​sultan tan-​nofsinhar tmur għand is-​sultan tat-​tramuntana sabiex tagħmel ftehim. Imma mhux se żżomm il-​qawwa taʼ driegħha;+ u la hu u lanqas driegħu ma jibqgħu weqfin; u hi tingħata f’idejh, hi nfisha, u wkoll dawk li jġibuha, u dak li nissilha, u dak li jsaħħaħha f’dawk iż-​żminijiet.  U wieħed mir-​rimja+ t’għeruqha jqum fil-​pożizzjoni tiegħu,* u jiġi lejn il-​qawwa militari u jiġi kontra l-​fortizza tas-​sultan tat-​tramuntana u ċertament li jaġixxi kontrihom u joħroġ rebbieħ.  U jmur l-​Eġittu bl-​allat tagħhom,+ bix-​xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb, bl-​oġġetti mixtiqin tagħhom tal-​fidda u tad-​deheb, u bl-​imjassrin. U għal xi snin iżomm ’il bogħod mis-​sultan tat-​tramuntana.  “U fil-​fatt jidħol fis-​saltna tas-​sultan tan-​nofsinhar u mbagħad imur lura lejn artu. 10  “Issa inkwantu għal uliedu,* dawn jitqanqlu u fil-​fatt jiġbru flimkien kotra taʼ qawwiet militari kbar ħafna. U jiġi u javanza u jgħarraq u jibqaʼ għaddej. Imma jmur lura, u jitqanqal u jitqabad it-​triq kollha sal-​fortizza tiegħu. 11  “U s-​sultan tan-​nofsinhar isir mgħaddab u joħroġ jiġġieled miegħu, jiġifieri, mas-​sultan tat-​tramuntana; u miegħu tqum folla kbira, u l-​folla tingħata f’idejn dak il-​wieħed.+ 12  U l-​folla tinġarr lil hinn. Qalbu titkabbar,+ u jġiegħel lil għaxriet t’eluf jaqgħu; imma ma jużax il-​pożizzjoni b’saħħitha tiegħu. 13  “U s-​sultan tat-​tramuntana jiġi lura u jwaqqaf folla akbar minn dik tal-​bidu; u fi tmiem perijodu taʼ żmien, xi snin, hu jiġi, u dan jagħmlu b’qawwa militari kbira+ u b’ammont kbir taʼ ġid.+ 14  U f’dawk iż-​żminijiet ikun hemm ħafna li jqumu kontra s-​sultan tan-​nofsinhar. “U l-​uħud vjolenti minn fost il-​poplu tiegħek iqumu u jipprovaw iwettqu viżjoni;+ imma ma jirnexxilhomx.+ 15  “U s-​sultan tat-​tramuntana jiġi u jibni rampa għall-​assedju+ u fil-​fatt jirbaħ belt bil-​fortifikazzjonijiet. U d-​dirgħajn* tan-​nofsinhar ma jżommux weqfin, lanqas il-​poplu tal-​magħżulin tiegħu; u ma jkollhom ebda qawwa biex iżommu weqfin. 16  U dak li jiġi kontra tiegħu jagħmel li jrid, u ma jkun hemm ħadd li jżomm wieqaf quddiemu. U hu jieqaf fil-​pajjiż tad-​Dekorazzjoni,+ u jkun hemm qerda għalkollox minn idu.+ 17  U jwaħħalha f’rasu+ li jiġi bil-​forza tas-​saltna kollha tiegħu, u jkun hemm ftehim+ miegħu; u jaġixxi b’mod effettiv.+ U inkwantu għal bint in-​nisa, jingħatalu li jeqridha. U mhix se tibqaʼ wieqfa, u ma tibqax tkun tiegħu.+ 18  U jdawwar wiċċu lura lejn l-​artijiet taʼ mal-​baħar+ u jieħu lil ħafna minnhom taħt idejh. U kmandant iwaqqaf l-​għajb mingħandu għalih innifsu, sabiex l-​għajb tiegħu ma jkunx fuqu. Hu jreġġgħu lura għal fuq dak il-​wieħed. 19  U jdawwar wiċċu lura lejn il-​fortizzi taʼ pajjiżu stess, u jitfixkel u jaqaʼ, u mhux se jinstab.+ 20  “U fil-​pożizzjoni tiegħu jqum wieħed+ li jġiegħel lil uffiċjal tat-​taxxi+ jgħaddi mis-​saltna taʼ ġmiel li ma bħalu, u fi ftit jiem jitkisser, imma mhux fir-​rabja u lanqas fit-​taqbid. 21  “U fil-​pożizzjoni tiegħu jqum wieħed li għandu jiġi mistmerr,+ u m’humiex se jagħtuh id-​dinjità tas-​saltna; u jidħol meta ma jkunx hemm ansjetà+ u jaħtaf is-​saltna permezz tat-​tmellis.+ 22  U inkwantu għad-​dirgħajn+ taʼ l-​għargħar, dawn jiġu mgħarrqin minħabba fih, u jiġu mkissrin;+ bħalma jiġrilu wkoll+ il-​Mexxej+ tal-​patt.+ 23  U peress li jissieħbu miegħu, hu jimxi bil-​qerq u fil-​fatt jitlaʼ u jsir setgħan permezz taʼ ġens żgħir.+ 24  Meta ma jkunx hemm ansjetà,+ jidħol saħansitra fl-​aħjar parti tal-​provinċja u fil-​fatt jagħmel dak li m’għamlux missirijietu u missirijiet missirijietu. Serq, priża, u ġid iqassmilhom; u kontra l-​postijiet fortifikati hu jfassal il-​proġetti tiegħu,+ imma sa xi żmien biss. 25  “U jqanqal il-​qawwa tiegħu u jagħmel il-​qalb kontra s-​sultan tan-​nofsinhar b’qawwa militari kbira; u s-​sultan tan-​nofsinhar, min-​naħa tiegħu, jitqanqal għall-​gwerra b’qawwa militari kbira u setgħana wisq. U hu* ma jżommx wieqaf, għaliex huma jfasslu proġetti kontrih. 26  U jkissruh dawk stess li jieklu l-​ikel mill-​aqwa tiegħu. “U inkwantu għall-​qawwa militari tiegħu, din tiġi mgħarrqa, u ħafna jaqgħu maqtulin. 27  “U rigward dawn iż-​żewġ slaten, qalbhom tkun inklinata li tagħmel dak li hu ħażin, u fuq mejda waħda+ jibqgħu jgħidu l-​gideb.+ Imma xejn ma jirnexxi,+ għaliex it-​tmiem ikun għadu ma wasalx iż-​żmien stabbilit għalih.+ 28  “U hu jmur lura lejn pajjiżu b’ammont kbir taʼ ġid, u qalbu tkun kontra l-​patt qaddis.+ U jaġixxi b’mod effettiv+ u jmur lura lejn pajjiżu. 29  “Hu jmur lura fiż-​żmien stabbilit,+ u jmur kontra n-​nofsinhar;+ imma d-​darba taʼ l-​aħħar ma tkunx bħal taʼ l-​ewwel. 30  U jiġu kontrih l-​iġfna tal-​ Kittim,+ u jkun imdejjaq. “U jmur lura u jlissen akkużi+ kontra l-​patt qaddis+ u jaġixxi b’mod effettiv; u hu jkollu jmur lura u jikkunsidra lil dawk li jitilqu l-​patt qaddis. 31  U jkun hemm dirgħajn mibgħutin minnu li jqumu; u fil-​fatt jipprofanaw is-​santwarju,+ il-​fortizza, u jneħħu s-​sagrifiċċju offrut regolarment.+ “U huma jpoġġu f’postha l-​ħaġa moqżieża+ li qed iġġib ħerba.+ 32  “U dawk li qed jaġixxu bil-​ħażen kontra l-​patt,+ hu jdaħħalhom f’apostasija+ permezz taʼ kliem melliesi.+ Imma inkwantu għan-​nies li jafu lil Alla tagħhom,+ dawn joħorġu rebbiħin+ u jaġixxu b’mod effettiv. 33  U dawk minn fost il-​poplu li għandhom id-​dehen+ se jgħinu lil ħafna biex ikollhom l-​abbiltà li jifhmu.+ U huma jiġu mġegħlin jitfixklu bis-​sejf, bil-​fjamma, bil-​jasar, u bis-​serq,+ għal xi jiem. 34  Imma meta jiġu mġegħlin jitfixklu jiġu megħjunin bi ftit għajnuna;+ u ħafna jingħaqdu magħhom permezz tat-​tmellis.+ 35  U xi wħud minn dawk li għandhom id-​dehen jiġu mġegħlin jitfixklu,+ sabiex isir xogħol taʼ rfinar minħabba fihom u biex jitnaddfu u jibjadu,+ sa żmien it-​tmiem;+ għaliex ikun għadu ma wasalx iż-​żmien stabbilit.+ 36  “U s-​sultan jagħmel li jrid, u jitgħolla u jitkabbar fuq kull alla;+ u jgħid affarijiet orribbli kontra l-​Alla taʼ l-​allat.+ U jirnexxi sakemm tkun intemmet il-​kundanna;+ għaliex dak li ġie deċiż irid isir. 37  U lill-​Alla taʼ missirijietu mhux se jikkunsidrah; u x-​xewqa tan-​nisa u lil kull alla ieħor mhux se jikkunsidrahom, imma jitgħolla fuq kulħadd.+ 38  U fil-​pożizzjoni tiegħu jagħti glorja lill-​alla tal-​fortizzi; u lil alla li missirijietu ma kinux jafuh jagħtih glorja permezz tad-​deheb u permezz tal-​fidda u permezz tal-​ħaġar prezzjuż u permezz taʼ l-​affarijiet taʼ valur. 39  U jaġixxi b’mod effettiv, bl-​għajnuna t’alla barrani, kontra l-​postijiet taʼ sigurtà l-​iktar fortifikati. Lil kulmin irrikonoxxieh jimlieh bil-​glorja, u jġiegħlu jaħkem lil ħafna; u l-​art iqassamha għal prezz xieraq. 40  “U fi żmien it-​tmiem, is-​sultan tan-​nofsinhar+ jinvolvi ruħu f’konfront miegħu, u s-​sultan tat-​tramuntana joħroġ b’saħna kontrih bil-​karrijiet u bir-​rikkieba taż-​żwiemel u b’ħafna iġfna; u jidħol fil-​pajjiżi u jgħarraqhom u jibqaʼ għaddej. 41  U jidħol+ ukoll fil-​pajjiż tad-​Dekorazzjoni,+ u jkun hemm ħafna pajjiżi li jitfixklu.+ Imma dawn huma li jeħilsuha minn taħt idejh: Edom, Mowab,+ u l-​parti prinċipali minn ulied Għammon. 42  U jibqaʼ jmidd idu kontra l-​pajjiżi; u inkwantu għall-​art taʼ l-​Eġittu,+ din mhix se teħlisha. 43  U jaħkem fuq it-​teżori moħbijin tad-​deheb u tal-​fidda u fuq l-​affarijiet taʼ valur kollha taʼ l-​Eġittu. U l-​Libjani u l-​Etjopjani jmorru warajh. 44  “Imma jkun hemm rapporti li jħawduh,+ minn tlugħ ix-​xemx+ u mit-​tramuntana, u hu joħroġ b’dagħdigħa kbira fuqu sabiex iġib fix-​xejn u jeqred* lil ħafna.+ 45  U jarma t-​tined irjali tiegħu bejn il-​baħar il-​kbir u l-​muntanja qaddisa tad-​Dekorazzjoni;+ u jkollu jiġi t-​triq kollha sa tmiemu,+ u ma jkunx hemm min jgħinu.+

Noti taʼ taħt

“Tiegħu,” milli jidher jirreferi għas-​sultan tan-​nofsinhar. F’vers 16 ukoll.
“Uliedu,” milli jidher jirreferu għal ulied is-​sultan tat-​tramuntana.
Jew, “l-​armati.” F’versi 22 u 31 ukoll.
“Hu,” milli jidher jirreferi għas-​sultan tat-​tramuntana.
Jew, “jiddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.