Danjel 10:1-21

10  Fit-tielet sena taʼ Ċiru,+ is-​sultan tal-​Persja, kien hemm messaġġ rivelat lil Danjel, li semmewh Beltesassar;+ u l-​messaġġ kien veru u kien jinvolvi servizz militari kbir.+ U hu fehem il-​messaġġ, u kien jifhem dak li jara.+  F’dawk il-​jiem jien, Danjel, kont imnikket+ għal tliet ġimgħat sħaħ.  Ħobż bnin ma kiltx, u ebda laħam jew inbid ma daħal f’ħalqi, u bl-​ebda mod ma ndlikt sakemm intemmew it-​tliet ġimgħat sħaħ.+  U fl-​erbgħa u għoxrin taʼ l-​ewwel xahar, waqt li jien kont f’xatt ix-​xmara l-​kbira, jiġifieri, il-​Ħiddekel,+  erfajt għajnejja u ħarist, u, ara, kien hemm wieħed raġel liebes l-​għażel,+ b’ġenbejh+ imħażżmin bid-​deheb t’Ufaż.+  U ġismu kien bħall-​krisolitu,+ wiċċu bħad-​dehra taʼ berqa,+ għajnejh bħal torċi tan-​nar,+ dirgħajh u saqajh kienu bħad-​dehra taʼ ram aħmar ileqq,+ u l-​ħoss taʼ kliemu kien bħall-​ħoss taʼ folla.  U jien, Danjel, rajt din id-​dehra waħdi; imma l-​irġiel li kienu miegħi ma rawhiex id-​dehra.+ Madankollu, qabdithom rogħda kbira, u b’hekk telqu jiġru biex jistaħbew.  U jien—jien bqajt waħdi, u rajt din id-​dehra kbira. U ma kien baqaʼ fija ebda saħħa, u d-​dinjità li kelli fuqi tbiddlet u spiċċat fix-​xejn, u ma kienx baqagħli saħħa.+  U bdejt nismaʼ l-​ħoss taʼ kliemu; u waqt li kont qed nismaʼ l-​ħoss taʼ kliemu, irqadt fil-​fond+ fuq wiċċi, b’wiċċi maʼ l-​art.+ 10  U, ara, kien hemm id li messitni,+ u bil-​mod il-​mod ċaqalqitni biex inqum fuq irkopptejja u l-​pali taʼ idejja. 11  U qalli: “O Danjel, raġel maħbub ħafna,+ ifhem il-​kliem li qed ngħidlek,+ u qum bil-​wieqfa fejn kont wieqaf qabel, għax jien issa ntbgħatt għandek.” U meta qalli din il-​kelma, qomt bil-​wieqfa, nirtogħod. 12  U ssokta jgħidli: “Tibżax,+ O Danjel, għax sa mill-​ewwel jum li daħħalt f’qalbek li tifhem+ u tumilja ruħek quddiem Alla tiegħek+ kliemek instemaʼ, u jien ġejt minħabba kliemek.+ 13  Imma l-​prinċep+ tat-​territorju rjali tal-​Persja+ waqaf kontrija+ għal wieħed u għoxrin ġurnata, u, ara, Mikiel,*+ wieħed mill-​prinċpijiet ewlenin,+ ġie jgħinni; u jien, min-​naħa tiegħi, bqajt hemmhekk maġenb is-​slaten tal-​Persja.+ 14  U ġejt inġiegħlek tifhem x’se jiġrilu l-​poplu tiegħek+ fl-​aħħar parti tal-​jiem,+ għaliex din hija viżjoni+ għall-​jiem li għad iridu jiġu.”+ 15  Issa meta qalli dan il-​kliem, baxxejt wiċċi lejn l-​art+ u tbikkimt. 16  U, ara, wieħed li jixbah lil ulied il-​bnedmin beda jmissli xofftejja,+ u ftaħt fommi u tkellimt+ u għedt lil dak li kien wieqaf quddiemi: “O sidi,+ minħabba d-​dehra bdew jagħtuni l-​aċċessjonijiet, u ma kienx baqagħli saħħa.+ 17  Mela, kif setaʼ l-​qaddej taʼ sidi jitkellem maʼ sidi?+ U jien s’issa ma kelli fija ebda saħħa, u assolutament ebda nifs ma kien baqaʼ fija.”+ 18  U dak li kellu d-​dehra taʼ bniedem taʼ l-​art reġaʼ messni u saħħaħni.+ 19  Imbagħad qalli: “Tibżax,+ O raġel maħbub ħafna.+ Is-​sliem għalik.+ Agħmel il-​ħila, iva, agħmel il-​ħila.”+ U malli kellimni ħadt saħħti u fl-​aħħar għedtlu: “Ħa jitkellem sidi,+ għaliex int saħħaħtni.”+ 20  Għalhekk, issokta jgħidli: “Taf int tassew għala ġejt għandek? U issa se mmur lura biex niġġieled mal-​prinċep tal-​Persja.+ Meta nkun sejjer, ara, il-​prinċep tal-​Greċja jiġi wkoll.+ 21  Madankollu, se ngħidlek l-​affarijiet miktubin fil-​kitba tal-​verità,+ u m’hemm ħadd li qed jappoġġani bis-​saħħa f’dan ħlief Mikiel,+ il-​prinċep tagħkom.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Min Hu bħal Alla?”