Danjel 1:1-21

1  Fit-tielet sena tar-​renju taʼ Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, ġie Ġerusalemm u assedjaha.+  U Ġeħova rħielu f’idu lil Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda,+ u parti mill-​għodod+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, u dawn ġarrhom lejn l-​art tas-​Sinar+ fid-​dar taʼ l-​alla tiegħu; u l-​għodod ġabhom fid-​dar tat-​teżor taʼ l-​alla tiegħu.+  U s-​sultan qal lil Asfenaż, l-​uffiċjal ewlieni tal-​palazz tiegħu,+ biex iġib lil xi wħud minn ulied Israel u mid-​dixxendenti rjali u min-​nobbli,+  tfal li ma kien fihom assolutament ebda difett,+ sbieħ fl-​għajn u għandhom id-​dehen fl-​għerf kollu+ u huma midħla taʼ l-​għarfien, u għandhom id-​dixxerniment dwar dak li hu magħruf,+ u li għandhom ukoll l-​abbiltà li jaqdu fil-​palazz tas-​sultan;+ u jgħallimhom il-​kitba u l-​ilsien tal-​Kaldin.  Barra minn hekk, is-​sultan ried li kuljum jingħatalhom sehem mill-​ikel mill-​aqwa+ tas-​sultan u mill-​inbid li kien jixrob hu, u jitimgħuhom għal tliet snin, biex meta dawn jintemmu, huma jkunu jistgħu jaqdu quddiem is-​sultan.  Issa fosthom kien hemm xi wħud minn ulied Ġuda; Danjel,+ Ħananija, Misael, u Għażarija.+  U lilhom l-​uffiċjal prinċipali tal-​palazz tahom ismijiet oħrajn.+ Għalhekk, lil Danjel tah l-​isem taʼ Beltesassar;+ lil Ħananija, Sidrak; lil Misael, Mesak; u lil Għażarija, Għabednego.+  Imma Danjel kien deċiż f’qalbu li ma jitniġġisx+ bl-​ikel mill-​aqwa tas-​sultan u bl-​inbid li kien jixrob. U baqaʼ jitlob lill-​uffiċjal prinċipali tal-​palazz biex ma jitniġġisx.+  Għaldaqstant, Alla qanqal lill-​uffiċjal prinċipali tal-​palazz biex juri qalb tajba bl-​imħabba u ħniena maʼ Danjel.+ 10  Għalhekk, dan l-​uffiċjal qal lil Danjel: “Jien nibżaʼ minn sidi s-​sultan, li ordnalkom x’għandkom tieklu u tixorbu.+ Għala, mela, għandu jara wiċċkom mixrub meta jqabbilkom mat-​tfal taʼ l-​istess età tagħkom, u għala għandkom tipperikolawli ħajti quddiem is-​sultan?” 11  Imma Danjel qal lill-​gwardjan, li l-​uffiċjal prinċipali tal-​palazz+ kien ħatar fuq Danjel, Ħananija, Misael, u Għażarija: 12  “Jekk jogħġbok, għaddi lill-​qaddejja tiegħek minn prova għal għaxart ijiem, u ħa jagħtuna xi ħxejjex+ x’nieklu u ilma x’nixorbu; 13  u ħa jidhru quddiemek wiċċna u wiċċ it-​tfal li qed jieklu l-​ikel mill-​aqwa tas-​sultan, u skond dak li tara agħmel lill-​qaddejja tiegħek.” 14  Fl-aħħar, il-​gwardjan semaʼ minnhom rigward din il-​kwistjoni u għaddiehom minn prova għal għaxart ijiem. 15  U fi tmiem l-​għaxart ijiem wiċċhom deher aħjar u iktar imlaħħam minn tat-​tfal kollha li kienu qed jieklu l-​ikel mill-​aqwa tas-​sultan.+ 16  Għalhekk, il-​gwardjan baqaʼ jneħħilhom l-​ikel mill-​aqwa tagħhom u l-​inbid li tahom jixorbu u jagħtihom il-​ħxejjex.+ 17  U lil dawn it-​tfal, l-​erbgħa li huma, l-​Alla l-​veru tahom l-​għarfien u d-​dehen f’kull kitba u għerf;+ u Danjel kien jifhem f’kull xorta taʼ viżjonijiet u ħolm.+ 18  U fi tmiem il-​jiem li kien qal is-​sultan biex idaħħluhom quddiemu,+ l-​uffiċjal prinċipali tal-​palazz daħħalhom quddiem Nebukadnessar. 19  U s-​sultan beda jkellimhom, u minnhom ilkoll ħadd ma nstab bħal Danjel, Ħananija, Misael, u Għażarija;+ u dawn baqgħu jaqdu quddiem is-​sultan.+ 20  U meta s-​sultan staqsiehom dwar kull kwistjoni li kienet tirrikjedi l-​għerf u l-​abbiltà li jifhmu,+ hu sabhom saħansitra għaxar darbiet aqwa mill-​qassisin kollha li kienu jipprattikaw il-​maġija+ u minn dawk li kienu jsejħu lill-​ispirti+ u li kienu fit-​territorju rjali kollu tiegħu. 21  U Danjel baqaʼ hemmhekk sa l-​ewwel sena taʼ Ċiru s-​sultan.+

Noti taʼ taħt