Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Atti 8:1-40

8  Min-naħa tiegħu, Sawl kien japprova l-qtil tiegħu.+ Dakinhar qamet persekuzzjoni kbira+ kontra l-kongregazzjoni li kienet f’Ġerusalemm, u minbarra l-appostli, kulħadd xtered+ mar-reġjuni tal-Lhudija u tas-Samarija.  Imbagħad xi rġiel li kellhom il-biżaʼ t’Alla ħadu lil Stiefnu biex jidfnuh,+ u bkewh ħafna.+  Iżda Sawl beda jħarbat lill-kongregazzjoni. Kien jidħol bil-forza f’dar wara l-oħra, ikaxkar ’il barra kemm irġiel u kemm nisa, u jitfagħhom il-ħabs.+  Madankollu, dawk li kienu xterdu xandru l-aħbar tajba tal-kelma kulfejn marru.+  Wieħed minnhom, Filippu, niżel fil-belt tas-Samarija+ u beda jippridkalhom lill-Kristu.  B’fehma waħda l-folol qagħdu attenti għal dak li qal Filippu waqt li semgħu u raw is-sinjali li kien qed iwettaq.  Għax kien hemm ħafna li kellhom spirti mhux nodfa,+ u dawn kienu jgħajtu b’leħen għoli u joħorġu. Iktar minn hekk, ħafna li kienu paralizzati+ u zopop tfejqu.  Għalhekk, kien hemm ħafna ferħ f’dik il-belt.+  Issa fil-belt kien hemm wieħed raġel jismu Xmun li, qabel dan, kien jipprattika l-arti tal-maġija+ u jgħaġġeb lill-ġens tas-Samarija, u kien jgħid li hu kien xi ħaġa kbira.+ 10  U lkoll, miż-żgħir sal-kbir, kienu jisimgħu minnu u jgħidu: “Dan ir-raġel hu l-Qawwa t’Alla, li tistaʼ tissejjaħ Kbira.” 11  Għalhekk, kienu jisimgħu minnu, għax kien ilu ħafna jgħaġġibhom bil-maġija li kien jagħmel. 12  Imma meta emmnu lil Filippu, li kien qed ixandar l-aħbar tajba dwar is-saltna t’Alla+ u dwar l-isem taʼ Ġesù Kristu, tgħammdu, kemm irġiel u kemm nisa.+ 13  Xmun innifsu wkoll sar jemmen u, wara li tgħammed, kien ikun kontinwament maʼ Filippu;+ u kien jistagħġeb meta kien jara s-sinjali u l-għemejjel setgħanin u kbar li kienu jseħħu. 14  Meta l-appostli f’Ġerusalemm semgħu li s-Samarija kienet laqgħet il-kelma t’Alla,+ bagħtulhom lil Pietru u lil Ġwanni; 15  u dawn niżlu hemmhekk u talbu għalihom biex jirċievu l-ispirtu qaddis.+ 16  Għax kien għadu ma niżel fuq ħadd minnhom, imma kienu tgħammdu biss f’isem il-Mulej Ġesù.+ 17  Imbagħad qiegħdu idejhom fuqhom,+ u bdew jirċievu l-ispirtu qaddis. 18  Issa meta Xmun ra li l-ispirtu kien jingħata permezz tat-tqegħid taʼ idejn l-appostli, offrielhom il-flus+ 19  u qalilhom: “Agħtuha lili wkoll din l-awtorità, li fuq min inqiegħed idejja jirċievi l-ispirtu qaddis.” 20  Imma Pietru qallu: “Ħa tinqered miegħek il-fidda tiegħek, għax int ħsibt li bil-flus tistaʼ tikseb l-għotja b’xejn mingħand Alla.+ 21  Int la għandek parti u lanqas sehem f’din il-ħaġa, għax qalbek mhix retta f’għajnejn Alla.+ 22  Għalhekk, indem minn dan il-ħażen tiegħek, u itlob bil-ħerqa lil Ġeħova+ biex, jekk jistaʼ jkun, l-ingann taʼ qalbek jinħafirlek; 23  għax qed nara li int mimli mrar velenuż+ u ħażen.”+ 24  Xmun wieġeb u qalilhom: “Itolbu bil-ħerqa intom għalija+ lil Ġeħova biex xejn minn dak li għedtu ma jiġi fuqi.” 25  Imbagħad, wara li kienu taw ix-xiehda bir-reqqa u xandru l-kelma taʼ Ġeħova, marru lura lejn Ġerusalemm, u xandru l-aħbar tajba f’ħafna rħula tas-Samaritani.+ 26  Madankollu, l-anġlu taʼ Ġeħova+ kellem lil Filippu u qallu: “Qum u mur lejn in-nofsinhar fit-triq li minn Ġerusalemm tinżel għal Gaża.” (Din triq fid-deżert.) 27  Għal dan il-kliem, qam u telaq. U, ara! Ewnuku+ Etjopjan,+ raġel fil-poter taħt Kandaċe, sultana taʼ l-Etjopjani, li kien fuq it-teżori kollha tagħha. Hu kien mar Ġerusalemm għall-qima,+ 28  imma issa kien sejjer lura u kien bil-qiegħda fil-karru tiegħu jaqra b’leħen għoli mill-ktieb tal-profeta Isaija.+ 29  Għalhekk, l-ispirtu qal+ lil Filippu: “Ersaq u ngħaqad maʼ dan il-karru.” 30  Filippu ġera lejh u semgħu jaqra b’leħen għoli l-profeta Isaija u qallu: “Qed tifhem verament x’int taqra?” 31  Wieġbu: “Tabilħaqq, kif nistaʼ nifhem, jekk xi ħadd ma jiggwidanix?” U talab bil-ħrara lil Filippu biex jirkeb u jpoġġi ħdejh. 32  Issa s-silta mill-Iskrittura li kien qed jaqra b’leħen għoli kienet din: “Bħal nagħġa nġieb għall-qatla, u bħal ħaruf sieket quddiem min iġiżżu, hekk hu ma jiftaħx fommu.+ 33  Fl-umiljazzjoni tiegħu, il-ġudizzju ttiħidlu.+ Min se jagħti d-dettalji taʼ nislu? Għax ħadulu ħajtu minn fuq l-art.”+ 34  Għaldaqstant, l-ewnuku qal lil Filippu: “Nitolbok, Għal min qed jgħid dan il-profeta? Għalih innifsu jew għal ħaddieħor?” 35  Filippu fetaħ fommu+ u beda b’din l-Iskrittura+ jxandarlu l-aħbar tajba dwar Ġesù. 36  Issa huma u għaddejjin mit-triq, waslu f’post fejn kien hemm l-ilma; u l-ewnuku qal: “Ara! Hawn l-ilma; x’qed iżommni milli nitgħammed?”+ 37*  —— 38  Minnufih ordna li jwaqqfu l-karru, u t-tnejn niżlu fl-ilma, kemm Filippu u kemm l-ewnuku; u għammdu. 39  Meta telgħu mill-ilma, l-ispirtu taʼ Ġeħova malajr ħa lil Filippu,+ u l-ewnuku ma rahx iktar u baqaʼ sejjer ferħan fi triqtu. 40  Imma Filippu sab ruħu f’Asdod, u għadda mit-territorju u baqaʼ jxandar+ l-aħbar tajba fil-bliet kollha sakemm wasal Ċesarija.+

Noti taʼ taħt

Ara Mt 17:21, in-nota taʼ taħt.