Atti 6:1-15

6  Issa f’dan iż-​żmien, meta d-​dixxipli kienu qed jiżdiedu, qam tgergir min-​naħa tal-​Lhud li jitkellmu bil-​Grieg+ kontra l-​Lhud li jitkellmu bl-​Ebrajk, għax ir-​romol tagħhom kienu qed jinqabżu fit-​tqassim taʼ l-​ikel taʼ kuljum.+  Għalhekk, it-​tnax sejħu lill-​kotra tad-​dixxipli u qalulhom: “M’aħniex qed nieħdu pjaċir li nħallu l-​kelma t’Alla biex inqassmu l-​ikel fuq l-​imwejjed.+  Mela, l-​aħwa, fittxu+ intom stess minn fostkom sebat irġiel kwalifikati, li għandhom isem tajjeb u mimlijin bl-​ispirtu u l-​għerf,+ biex naħtruhom fuq dan ix-​xogħol bżonnjuż;  u b’hekk aħna ningħataw għat-​talb u għall-​ministeru tal-​kelma.”+  U dak li ntqal għoġob lill-​kotra kollha, u għażlu lil Stiefnu, raġel mimli bil-​fidi u bl-​ispirtu qaddis,+ u lil Filippu+ u lil Prokoru u lil Nikanor u lil Timon u lil Parmena u lil Nikola, proselita* minn Antjokja;  u ħaduhom quddiem l-​appostli, u, wara li talbu, dawn qiegħdu idejhom+ fuqhom.  U l-​kelma t’Alla kompliet tikber,+ u l-​għadd tad-​dixxipli baqaʼ jiżdied ħafna f’Ġerusalemm;+ u folla kbira taʼ qassisin+ bdew jobdu+ l-​fidi.  Issa Stiefnu, mimli ħlewwa u qawwa, kien qed iwettaq għeġubijiet u sinjali+ kbar fost il-​poplu.  Imma qamu xi rġiel minn tas-​Sinagoga li jgħidulha tal-​Meħlusin, u miċ-​Ċirinej u mil-​Lixandrin+ u minn dawk taċ-​Ċiliċja+ u l-​Asja, biex jargumentaw maʼ Stiefnu; 10  iżda ma setgħux jegħlbu l-​għerf+ u l-​ispirtu li kien qed jitkellem bihom.+ 11  Imbagħad bil-​moħbi pperswadew lil xi rġiel biex jgħidu:+ “Smajnieh jidgħi+ kontra Mosè u Alla.” 12  U xewxu lin-​nies, lix-​xjuħ, u lill-​iskribi li, f’daqqa waħda, ġew fuqu, qabduh bil-​forza, u ħaduh quddiem is-​Sinedriju.+ 13  U ressqu xhieda foloz+ li qalu: “Dan ir-​raġel ma jiqafx jitkellem kontra dan il-​post qaddis u kontra l-​Liġi.+ 14  Per eżempju, smajnieh jgħid li dan Ġesù n-​Nazzarenu se jġarraf dan il-​post u jbiddel id-​drawwiet li għaddielna Mosè.” 15  U hekk kif dawk kollha li kienu bil-​qiegħda fis-​Sinedriju ħarsu fiss lejh,+ raw li wiċċu kien bħal wiċċ t’anġlu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “wieħed li kkonverta u sar Lhudi.”