Atti 4:1-37

4  Issa, waqt li dawn it-​tnejn kienu qed ikellmu lin-​nies, ġew fuqhom il-​qassisin ewlenin u l-​kmandant tat-​tempju+ u s-​Sadduċej,+  għax kienu rrabjati peress li kienu qed jgħallmu lin-​nies u jużaw il-​każ taʼ Ġesù biex ixandru b’mod ċar l-​irxoxt mill-​imwiet;+  u qabduhom u żammewhom arrestati sa l-​għada,+ għax kien diġà sar fil-​għaxija.  Madankollu, ħafna minn dawk li kienu semgħu d-​diskors emmnu,+ u l-​għadd taʼ l-​irġiel sar madwar ħamest elef.+  L-għada ġara li f’Ġerusalemm inġabru flimkien il-​ħakkiema tagħhom u x-​xjuħ u l-​iskribi+  (kif ukoll Anna,+ il-​qassis ewlieni, u Kajfa+ u Ġwanni u Alessandru u kulmin kien jiġi mill-​qassis ewlieni),  u qegħduhom fin-​nofs u bdew jistaqsuhom: “B’liema qawwa jew f’isem min għamiltu dan?”+  Imbagħad Pietru, mimli bl-​ispirtu qaddis,+ qalilhom: “Ħakkiema tal-​poplu u xjuħ,  jekk illum qed niġu interrogati fuq għemil tajjeb li sar maʼ raġel marid,+ rigward min fejjaq lil dan ir-​raġel, 10  ħa tkunu tafu intom ilkoll u l-​poplu kollu taʼ Israel, li f’isem Ġesù Kristu n-​Nazzarenu,+ li intom sammartuh maʼ zokk+ imma li Alla qajmu mill-​imwiet,+ permezz tiegħu dan il-​bniedem jinsab hawn f’saħħtu quddiemkom. 11  Din hi ‘l-​ġebla li intom il-​bennejja ma stmajtuhiex u li saret il-​ġebla tax-​xewka taʼ fuqnett.’+ 12  Iktar minn hekk, f’ħadd iżjed m’hemm salvazzjoni, għax m’hemmx isem ieħor+ taħt is-​sema li ngħata lill-​bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.”+ 13  Issa meta raw il-​mod kif Pietru u Ġwanni tkellmu bla tlaqliq, u indunaw li kienu rġiel komuni u taʼ ftit skola,+ stagħġbu. U bdew jintebħu li dawn kienu jkunu maʼ Ġesù;+ 14  u kif ħarsu lejn ir-​raġel li kien tfejjaq u li kien qiegħed magħhom,+ ma setgħu jgħidu xejn biex imeruhom.+ 15  Għalhekk, ordnawlhom joħorġu ’l barra mis-​sala tas-​Sinedriju, u bdew jikkonsultaw bejniethom 16  u jgħidu: “X’se nagħmlu b’dawn l-​irġiel?+ Għax veru li permezz tagħhom seħħ sinjal li ma jistax jiġi injorat, sinjal li jistgħu jarawh l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm;+ u dan ma nistgħux niċħduh. 17  Madankollu, biex dan ma jkomplix jinxtered fost il-​poplu, ħa nhedduhom u ngħidulhom biex m’ebda bniedem ma jitkellmu iżjed fuq dan l-​isem.”+ 18  Wara dan, sejħulhom u ordnawlhom biex imkien ma jitkellmu jew jgħallmu f’isem Ġesù. 19  Imma Pietru u Ġwanni wieġbu u qalulhom: “Jekk hux sewwa f’għajnejn Alla li nisimgħu minnkom iktar milli minn Alla, iġġudikaw intom. 20  Imma aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.”+ 21  Imbagħad, wara iktar theddid, ħelsuhom għax ma sabu xejn fuqiex setgħu jikkastigawhom u anki minħabba n-​nies,+ għax dawn kollha kienu qed jigglorifikaw lil Alla minħabba dak li ġara; 22  għax ir-​raġel li fuqu kien seħħ dan il-​fejqan mirakoluż kellu iktar minn erbgħin sena. 23  Wara li nħelsu, marru għand sħabhom+ u għarrfuhom b’dak li kienu qalulhom il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ. 24  Malli semgħu dan, b’fehma waħda għollew leħinhom lejn Alla+ u qalu: “Mulej Sovran,+ int Dak li għamilt is-​sema u l-​art u l-​baħar u kulma fihom,+ 25  u li permezz taʼ l-​ispirtu qaddis għedt b’fomm missierna David,+ il-​qaddej tiegħek, ‘Il-​ġnus għala qamu f’rewwixta u l-​popli mmeditaw fuq il-​frugħat?+ 26  Is-slaten taʼ l-​art ħadu l-​pożizzjoni tagħhom u l-​ħakkiema nġemgħu flimkien ħaġa waħda kontra Ġeħova u kontra l-​midluk tiegħu.’+ 27  Tabilħaqq, kemm Erodi* u kemm Ponzju Pilatu+ nġabru flimkien f’din il-​belt man-​nies tal-​ġnus u mal-​popli taʼ Israel kontra l-​qaddej qaddis tiegħek,+ Ġesù, li int dlikt,+ 28  sabiex jagħmlu dak li idek u l-​iskop tiegħek iddeterminaw minn qabel li għandu jseħħ.+ 29  U issa, Ġeħova, agħti kas it-​theddid tagħhom,+ u agħmel li l-​ilsiera tiegħek jibqgħu jitkellmu l-​kelma tiegħek bil-​qlubija kollha,+ 30  waqt li toħroġ idek biex tfejjaq u jseħħu sinjali u għeġubijiet+ permezz taʼ isem+ il-​qaddej qaddis tiegħek,+ Ġesù.” 31  U wara li talbu bil-​ħerqa, il-​post fejn kienu miġburin flimkien theżżeż;+ u lkoll imtlew bl-​ispirtu qaddis+ u bdew ixandru l-​kelma t’Alla bil-​qlubija.+ 32  U l-​kotra taʼ dawk li kienu emmnu kienu qalb u ruħ waħda,+ u ħadd minnhom ma kien jgħid li dak li kellu kien tiegħu; imma kienu jaqsmu kollox bejniethom.+ 33  Ukoll, b’qawwa kbira l-​appostli komplew jagħtu x-​xiehda dwar l-​irxoxt tal-​Mulej Ġesù;+ u lkoll intwerew qalb tajba mhix mistħoqqa kbira. 34  Fil-fatt, ma kien hemm ħadd fosthom fil-​bżonn;+ għax dawk kollha li kellhom għelieqi jew djar kienu jbigħuhom u jġibu dak li jdaħħlu mill-​bejgħ 35  u jqegħduh f’riġlejn l-​appostli.+ Imbagħad kien jitqassam+ bejn kulħadd, skond il-​bżonn taʼ kull wieħed. 36  Hekk għamel Ġużeppi, Levita li twieled Ċipru u li l-​appostli kienu semmewh ukoll Barnaba,+ isem li meta jiġi tradott ifisser Bin il-​Faraġ. 37  Dan kellu biċċa art, biegħha u ġab il-​flus u qegħedhom f’riġlejn l-​appostli.+

Noti taʼ taħt

Ara Lq 3:1, in-​nota taʼ taħt.