Atti 3:1-26

3  Issa Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn it-​tempju għas-​siegħa tat-​talb, id-​disaʼ siegħa,*+  u kien qed jinġarr wieħed raġel li kien zopp minn ġuf ommu.+ Lil dan kienu jpoġġuh kuljum ħdejn il-​bieb tat-​tempju li jgħidulu s-​Sabiħ,+ sabiex jitlob l-​għotjiet taʼ ħniena mingħand dawk li jkunu deħlin fit-​tempju.+  Meta lemaħ lil Pietru u lil Ġwanni, hekk kif dawn kienu deħlin fit-​tempju, beda jitlobhom biex jagħtuh xi ħaġa.+  Imma Pietru, flimkien maʼ Ġwanni, ħares fiss+ lejh u qallu: “Ħares lejna.”  Għalhekk, dak tefaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuqhom, għax stenna li kien se jaqlaʼ xi ħaġa mingħandhom.  Madankollu, Pietru qallu: “Fidda u deheb m’għandix, imma nagħtik dak li għandi:+ F’isem Ġesù Kristu n-​Nazzarenu,+ imxi!”+  Imbagħad qabdu minn idu+ l-​leminija u qajmu. Minnufih il-​qigħan taʼ saqajh u l-​għekiesi ssodawlu;+  u qabeż fuq saqajh,+ qam bil-​wieqfa, u beda jimxi, u daħal magħhom fit-​tempju,+ jimxi u jaqbeż u jfaħħar lil Alla.  U n-​nies+ kollha rawh jimxi u jfaħħar lil Alla. 10  Barra minn hekk, għarfu li dan kien ir-​raġel li kien joqgħod bil-​qiegħda ħdejn il-​Bieb is-​Sabiħ+ tat-​tempju jitlob l-​għotjiet taʼ ħniena, u baqgħu mistagħġbin u miblugħin+ b’dak li ġralu. 11  Issa, waqt li r-​raġel baqaʼ mqabbad maʼ Pietru u Ġwanni, in-​nies, imbellhin, ġrew lejhom ilkoll flimkien lejn dik li jgħidulha l-​loġġa+ taʼ Salamun. 12  Meta Pietru ra dan, qal lin-​nies: “Irġiel taʼ Israel, għala qed tistagħġbu b’dan, jew għala qed tħarsu lejna bħallikieku kien b’ħilitna jew bid-​devozzjoni tagħna lejn Alla li għamilnieh jimxi?+ 13  L-Alla t’Abraham u taʼ Iżakk u taʼ Ġakobb,+ l-​Alla taʼ missirijietna, igglorifika+ lill-​Qaddej tiegħu,+ Ġesù, li intom, min-​naħa tagħkom, ittradejtuh+ u ċħadtuh quddiem Pilatu, meta dan iddeċieda li jeħilsu.+ 14  Iva, intom ċħadtu lil dak ir-​raġel qaddis u sewwa,+ u tlabtu li jinħelsilkom wieħed qattiel+ 15  u qtiltu lill-​Aġent Ewlieni tal-​ħajja.+ Imma Alla qajmu mill-​imwiet, u aħna xhieda taʼ dan il-​fatt.+ 16  Għaldaqstant kien ismu, bil-​fidi tagħna f’ismu, li għamel lil dan ir-​raġel, li qed taraw u li tafuh, b’saħħtu, u kienet il-​fidi permezz tiegħu li tatu dan il-​fejqan sħiħ quddiem għajnejkom ilkoll. 17  U issa, l-​aħwa, naf li dak li għamiltu għamiltuh fl-​injoranza,+ bħalma għamlu wkoll il-​ħakkiema+ tagħkom. 18  Imma b’dan il-​mod Alla wettaq dak li ħabbar minn qabel b’fomm il-​profeti kollha, li l-​Kristu tiegħu kellu jbati.+ 19  “Għalhekk, indmu+ u duru lura+ sabiex dnubietkom jitħassrulkom,+ u b’hekk jiġu staġuni taʼ serħan+ mingħand Ġeħova nnifsu 20  u jibgħat lil Ġesù, il-​Kristu li nħatar għalikom, 21  li tabilħaqq is-​sema jrid iżommu+ saż-​żminijiet meta jiġġeddu+ l-​affarijiet kollha li Alla tkellem dwarhom b’fomm il-​profeti+ mqaddsa tiegħu tal-​qedem. 22  Fil-fatt, Mosè qal, ‘Alla Ġeħova jqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom.+ Isimgħu minnu f’kulma jgħidilkom.+ 23  Tassew, kull ruħ li ma tismax minn dak il-​Profeta tinqered għalkollox minn fost in-​nies.’+ 24  U fil-​fatt, il-​profeti kollha, ibda minn Samwel u spiċċa b’dawk taʼ warajh, dawk kollha li tkellmu, ukoll xandru b’mod ċar dawn il-​jiem.+ 25  Intom ulied+ il-​profeti u wlied il-​patt li Alla għamel maʼ missirijietkom, meta qal lil Abraham, ‘U b’nislek se jitbierku l-​familji kollha taʼ l-​art.’+ 26  Wara li qajjem lill-​Qaddej tiegħu, Alla għandkom bagħtu l-​ewwel+ biex iberikkom billi jdawwar lil kull wieħed minnkom mill-​għemejjel mill-​agħar tiegħu.”

Noti taʼ taħt

Madwar it-​3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.