Atti 27:1-44

27  Issa, meta kien ġie deċiż li kellna nsalpaw lejn l-​Italja,+ lil Pawlu u lil xi priġunieri oħrajn tawhom f’idejn fizzjal taʼ l-​armata li kien jismu Ġulju mill-​korp t’Awgustu.  Tlajna abbord fuq ġifen t’Adramitti, li kien sejjer lejn postijiet tul il-​kosta tad-​distrett taʼ l-​Asja, u salpajna, u magħna kien hemm Aristarku,+ Maċedoni minn Tessalonika.  U l-​għada nżilna Sidon, u Ġulju wera qalb tajba+ maʼ Pawlu u ħallieh imur ħdejn ħbiebu biex jieħdu ħsiebu.+  U tlaqna bil-​baħar minn hemmhekk u salpajna għall-​kenn taʼ Ċipru, għax l-​irjieħ kienu kontrina;  u għaddejna minn baħar miftuħ tul iċ-​Ċiliċja u l-​Pamfilja u dħalna fil-​port taʼ Mira fil-​Liċja.  Hemmhekk il-​fizzjal taʼ l-​armata sab ġifen minn Lixandra+ li kien sejjer l-​Italja, u ġegħelna nitilgħu abbord.  Imbagħad, wara li baħħarna bil-​mod għal ħafna jiem u ġejna Knidu bit-​tbatija, għax ir-​riħ ma ħalliniex nibqgħu sejrin, għaddejna għall-​kenn taʼ Kreta min-​naħa taʼ Salmone,  u bi tbatija bqajna sejrin mal-​kosta tagħha u ġejna f’post jgħidulu l-​Portijiet is-​Sbieħ, li qribu kien hemm il-​belt taʼ Lasegħa.  Peress li kien għadda ħafna żmien u issa kien sar perikoluż li tbaħħar, għax anki s-​sawm taʼ jum it-​tpattija*+ kien għadda, Pawlu għamel suġġeriment 10  u qalilhom: “Irġiel, qed nara li t-​tbaħħir se jkun taʼ ħsara u telf kbir mhux biss għat-​tagħbija u l-​ġifen imma wkoll għal ħajjitna.”*+ 11  Madankollu, il-​fizzjal taʼ l-​armata iktar ta kas taʼ dak li qalulu l-​kaptan tal-​ġifen u sid il-​ġifen milli taʼ dak li qallu Pawlu. 12  Issa billi l-​port ma kienx tajjeb biex ngħaddu x-​xitwa fih, il-​maġġuranza kienu tal-​parir li jsalpaw minn hemmhekk, biex jaraw jekk b’xi mod setgħux jaslu Feniċe, port fi Kreta li jiftaħ lejn il-​grigal u lejn ix-​xlokk, sabiex jgħaddu x-​xitwa hemmhekk. 13  Għaldaqstant, meta qam riħ ħafif min-​nofsinhar, ħasbu li l-​iskop tagħhom kien se jirnexxi u refgħu l-​ankra u bdew għaddejjin qrib il-​kosta taʼ Kreta. 14  Madankollu, wara ftit tal-​ħin, minn fuq il-​gżira qam riefnu+ qawwi li jgħidulu Grigal. 15  Il-ġifen inħakem bl-​aħrax u ma setax iżomm il-​pruwa kontra r-​riħ, u għalhekk ċedejna u ħallejna r-​riħ iġorrna. 16  Issa b’ġirja waħda ġejna għall-​kenn taʼ gżira żgħira jisimha Kawda, u bilkemm stajna naqbdu l-​frejgatina+ taʼ mal-​poppa. 17  Wara li tellgħuha abbord bdew jużaw tagħmir biex jorbtu l-​ġifen minn taħt; u peress li beżgħu li jinkaljaw fuq is-​Sirti,* niżżlu l-​armar, u b’hekk intelqu mal-​kurrent. 18  It-tempesta bdiet titfagħna ’l hemm u ’l hawn b’qawwa kbira, u minħabba f’hekk, l-​għada bdew iħaffu+ l-​ġifen; 19  u fit-​tielet jum irmew it-​tagħmir tal-​ġifen b’idejhom stess. 20  Issa, meta x-​xemx u l-​kwiekeb kienu ilhom ma jidhru bosta jiem, u peress li t-​tempesta+ li qabditna ma kinitx żgħira, kull tama li niġu salvati fl-​aħħar għabet. 21  U wara li kienu ilhom ħafna ma jduqu xi ħaġa taʼ l-​ikel, Pawlu qam f’nofshom+ u qalilhom: “Irġiel, kien imisskom ħadtu l-​parir tiegħi u ma tlaqtux minn Kreta, u b’hekk ġarrabtu din il-​ħsara u dan it-​telf.+ 22  Imma issa nissuġġerilkom tagħmlu l-​qalb, għax l-​ebda ruħ minnkom m’hi se tintilef, imma l-​ġifen biss se jintilef. 23  Għax dan il-​lejl ġie ħdejja anġlu+ taʼ l-​Alla li jien tiegħu u li lilu nagħti servizz sagru,+ 24  u qalli, ‘Tibżax, Pawlu. Int trid tidher quddiem Ċesari,+ u, ara, Alla se jeħlislek lil dawk kollha li qed jivvjaġġaw miegħek.’ 25  Għalhekk, irġiel, agħmlu l-​qalb; għax jien nemmen lil Alla+ li kollox se jsir eżatt kif intqalli. 26  Madankollu, irridu niġu mitfugħin fuq ix-​xatt taʼ ċerta gżira.”+ 27  Issa meta wasal l-​erbatax-il lejl u konna qed niġu mitfugħin ’l hemm u ’l hawn fuq il-​Baħar t’Adrija,* f’nofsillejl il-​baħrin bdew jissuspettaw li qed jersqu qrib xi art. 28  U skandaljaw il-​fond tal-​baħar u sabuh għoxrin qama; imbagħad wara distanza qasira reġgħu skandaljaw u sabuh ħmistax-il qama. 29  U peress li beżgħu li niġu mitfugħin xi mkien fuq il-​blat, tefgħu erbaʼ ankri mill-​poppa u bdew jixtiquh jisbaħ. 30  Imma meta l-​baħrin bdew jipprovaw jaħarbu mill-​ġifen u niżżlu l-​frejgatina fil-​baħar bl-​iskuża li kien bi ħsiebhom iniżżlu l-​ankri mill-​pruwa, 31  Pawlu qal lill-​fizzjal taʼ l-​armata u lis-​suldati: “Jekk dawn l-​irġiel ma jibqgħux fuq il-​ġifen, intom ma tistgħux tiġu salvati.”+ 32  Imbagħad is-​suldati qatgħu l-​ħbula tal-​frejgatina+ u ħallewha taqaʼ. 33  X’ħin kien wasal biex jisbaħ, Pawlu beda jħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu xi ħaġa taʼ l-​ikel, u qalilhom: “Illum hu l-​erbatax-il jum li ilkom għassa u għadkom bla ikel, għax ma ħadtu xejn. 34  Għalhekk, inħeġġiġkom biex tieklu xi ħaġa, għax dan jiswa għas-​sigurtà tagħkom; għax lanqas xagħra+ waħda minn ras wieħed minnkom ma se tintilef.” 35  Wara li qal dan, ħa ħobża, radd ħajr+ lil Alla quddiemhom ilkoll, qasamha, u beda jiekol. 36  Għaldaqstant, ilkoll għamlu l-​qalb u bdew jieħdu xi ħaġa taʼ l-​ikel. 37  B’kollox fil-​ġifen konna mitejn u sitta u sebgħin ruħ. 38  Meta xebgħu bl-​ikel, bdew iħaffu+ l-​ġifen billi tefgħu l-​qamħ il-​baħar. 39  Fl-aħħar, meta sebaħ, ma setgħux jagħrfu l-​art imma raw bajja bi xtajta, u kienu determinati li, jekk jistaʼ jkun, jitfgħu+ l-​ġifen fuqha. 40  Għalhekk, qatgħu l-​ankri u ħallewhom jaqgħu l-​baħar; fl-​istess waqt, ħallew l-​irbit taʼ l-​imqadef tat-​tmun u, wara li tellgħu l-​qalaʼ taʼ quddiem għar-​riħ, ġibdu lejn ix-​xtajta. 41  Meta ħabtu maʼ sikka bejn żewġ kurrenti, inkaljaw il-​ġifen u l-​pruwa weħlet u ma ċċaqalqitx, imma l-​poppa bdiet titfarrak biċċiet bil-​qawwa tal-​baħar.+ 42  Minħabba f’hekk, is-​suldati riedu joqtlu lill-​priġunieri, biex ħadd ma jaħrab bl-​għawm. 43  Imma l-​fizzjal taʼ l-​armata xtaq li jwassal lil Pawlu qawwi u sħiħ u ma ħallihomx iwettqu l-​għan tagħhom. U ordna lil dawk li kienu jafu jgħumu biex jintefgħu l-​baħar u jkunu l-​ewwel li jaslu l-​art, 44  u lill-​bqija ordnalhom jaslu l-​art, min fuq twavel u min fuq xi bċejjeċ mill-​ġifen. U b’hekk kulħadd wasal l-​art qawwi u sħiħ.+

Noti taʼ taħt

Jew, “is-​sawm tal-​ħarifa.”
Letteralment, “ruħna.”
Żewġ golfijiet kbar u baxxi, mimlijin ramel taħt wiċċ l-​ilma u li dejjem jiċċaqlaq, fil-​kosta tal-​Libja, l-​Afrika taʼ Fuq.
Dak iż-​żmien il-​Baħar t’Adrija kien jinkludi l-​ibħra li llum huma magħrufin bħala l-​Baħar Adrijatiku, il-​Baħar Jonju, u dik il-​parti mill-​Baħar Mediterran taʼ bejn Sqallija u Kreta.