Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Atti 25:1-27

25  Tlett ijiem wara li ħa f’idejh+ it-tmexxija tal-provinċja,* Festu telaʼ Ġerusalemm minn Ċesarija.+  Il-qassisin ewlenin u l-kbarat tal-Lhud tawh xi tagħrif+ kontra Pawlu u bdew jitolbuh bil-ħrara  biex jagħmlilhom favur billi jibgħat għalih u jġibu Ġerusalemm, peress li kienu ppjanaw nasba+ biex joqtluh fit-triq.  Madankollu, Festu wieġeb li Pawlu kellu jinżamm Ċesarija u li hu stess kien dalwaqt se jitlaq għal hemmhekk.  U qalilhom: “Mela, jekk hemm xi ħaġa ħażina f’dan ir-raġel, ħa jinżlu miegħi biex jakkużawh+ dawk fostkom li qegħdin fil-poter.”  Meta kien qattaʼ mhux iktar minn tmienja jew għaxart ijiem fosthom, niżel Ċesarija, u l-għada qagħad bil-qiegħda fuq it-tron tal-ġudizzju+ u ordna li jġibu lil Pawlu.  Meta wasal, il-Lhud li kienu niżlu minn Ġerusalemm daru miegħu, u bdew iġibu kontrih ħafna akkużi serji+ li ma setgħux jagħtu prova tagħhom.  Imma, biex jiddefendi ruħu, Pawlu qal: “La kontra l-Liġi tal-Lhud, la kontra t-tempju,+ u lanqas kontra Ċesari ma dnibt.”+  Billi xtaq jingħoġob+ mil-Lhud, Festu wieġeb lil Pawlu u qallu: “Tixtieq titlaʼ Ġerusalemm u tiġi ġudikat quddiemi dwar dan hemmhekk?”+ 10  Imma Pawlu qallu: “Jien qiegħed quddiem it-tron tal-ġudizzju taʼ Ċesari+ fejn suppost għandi niġi ġudikat. Jien m’għamiltilhom xejn ħażin lil-Lhud,+ bħalma int ukoll qed tara tajjeb. 11  Jekk jien tassew bniedem ħażin+ u għamilt xi ħaġa li għaliha jistħoqqli l-mewt,+ ma naħrabx mill-mewt; jekk, mill-banda l-oħra, ma jeżisti xejn minn dak li qed jakkużawni bih dawn l-irġiel, ħadd ma jistaʼ jagħtini f’idejhom biex jagħmlilhom favur. Nappella għal quddiem Ċesari!”+ 12  Imbagħad, wara li tkellem maʼ l-assemblea tal-kunsillieri, Festu wieġeb: “Għal quddiem Ċesari appellajt u għand Ċesari se tmur.” 13  Issa wara xi jiem, is-sultan Agrippa* u Berniċe* waslu Ċesarija biex jagħmlu żjara taʼ korteżija lil Festu. 14  Għalhekk, billi kienu se joqogħdu hemmhekk ftit jiem mhux ħażin, Festu ppreżenta l-każ taʼ Pawlu quddiem is-sultan u qallu: “Hemm wieħed raġel li tħalla priġunier minn Feliċ, 15  u meta kont Ġerusalemm il-qassisin ewlenin u x-xjuħ tal-Lhud ġabuli tagħrif+ dwaru, u riduni nikkundannah. 16  Imma jien wiġibthom li m’hijiex proċedura Rumana li tagħti lil xi bniedem f’idejn in-nies biex tagħmlilhom favur qabel ma l-akkużat jiltaqaʼ wiċċ imbwiċċ maʼ dawk li akkużawh+ u jkollu ċ-ċans jiddefendi ruħu dwar l-ilment. 17  Għalhekk, meta ġew kollha hawnhekk, ma tliftx ħin u l-għada qgħadt bil-qiegħda fuq it-tron tal-ġudizzju u ordnajt biex iġibu lir-raġel. 18  Meta dehru quddiemi, dawk li akkużawh ma ġabu ebda akkuża+ tal-ħażen li kont immaġinajt li għamel. 19  Sempliċement kellhom ċerti dibattiti miegħu dwar il-mod kif iqimu+ lill-alla tagħhom u dwar ċertu Ġesù li hu mejjet imma li Pawlu baqaʼ jsostni li hu ħaj.+ 20  Għaldaqstant, billi kont imħawwad dwar id-dibattitu minħabba dawn il-kwistjonijiet, staqsejtu jekk riedx imur Ġerusalemm biex jiġi ġudikat dwar dan hemmhekk.+ 21  Imma meta Pawlu appella+ biex jibqaʼ miżmum sad-deċiżjoni mill-Awgustu,* jien ordnajt li jinżamm sakemm nibagħtu għand Ċesari.” 22  Hawn Agrippa qal lil Festu: “Jien ukoll nixtieq nisimgħu lil dan ir-raġel.”+ Qallu: “Għada tisimgħu.” 23  Għalhekk, l-għada, Agrippa u Berniċe ġew b’pompa+ kbira u daħlu fis-sala taʼ l-udjenza flimkien mal-kmandanti militari kif ukoll maʼ l-irġiel prominenti tal-belt, u mbagħad Festu ordna li jġibu lil Pawlu. 24  U Festu qal: “Sultan Agrippa u intom l-irġiel kollha li qegħdin hawnhekk magħna, qed taraw lil dan ir-raġel li dwaru l-kotra kollha tal-Lhud, kemm f’Ġerusalemm u kemm hawnhekk, talbuni u għajtu li m’għandux jibqaʼ ħaj.+ 25  Imma jien indunajt li ma kien għamel xejn li għalih jistħoqqlu l-mewt.+ B’hekk, meta dan ir-raġel appella+ għal quddiem l-Awgustu, iddeċidejt li nibagħtu. 26  Imma m’għandi xejn ċert dwaru x’nikteb lil Sidi. Għalhekk ġibtu quddiemkom, u speċjalment quddiemek, Sultan Agrippa, sabiex wara li sseħħ l-interrogazzjoni,+ jien ikolli xi ħaġa x’nikteb. 27  Għax jidhirli li m’huwiex raġunevoli li nibgħat priġunier u ma nindikax ukoll l-akkużi kontrih.”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, tal-Lhudija, b’Ċesarija bħala r-residenza tal-gvernatur.
Jiġifieri, Erodi Agrippa II.
Oħt Erodi Agrippa II.
It-titlu taʼ Neruni Ċesari, ir-rabaʼ imperatur wara Ottavjanu, li kien l-ewwel wieħed li kellu dan it-titlu.